Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal Diċembru: In-New World Translation mal-ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. Jannar: Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Frar: L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Marzu: Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-volumi llegati tal-Watchtower u l-Awake! għall-1996 mat-talba tagħhom għal-letteratura f’Diċembru. Il-volumi llegati se jkunu disponibbli bil-Franċiż, bil-Ġappuniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Portugiż, bir-Rumen, bir-Russu, u bit-Taljan. Sakemm isiru disponibbli l-volumi llegati u jsiru l-konsenji, dawn se jidhru bħala “Back Ordered” fil-listi taʼ l-ippakkjar tal-kongregazzjoni. Il-volumi llegati huma oġġetti li jinkisbu b’talba speċjali.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jeżamina l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Diċembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Għandu jsir avviż lill-kongregazzjoni meta dan ikun seħħ.
◼ Il-Mafkar għall-1998 se jkun is-Sibt, 11 t’April, wara nżul ix-xemx. Dan l-avviż bil-quddiem tad-data għaċ-ċelebrazzjoni tal-Mafkar għall-1998 ġie mogħti sabiex l-aħwa jkunu jistgħu jagħmlu l-kiri u l-kuntratti għal swali disponibbli fejn hemm ħafna kongregazzjonijiet li jużaw is-Sala tas-Saltna u b’hekk ikunu jridu jsibu faċilitajiet oħrajn.
◼ Minħabba l-importanza taʼ l-okkażjoni, meta jiġi magħżul il-kelliemi fil-Mafkar, il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandha tagħżel wieħed mill-iktar anzjani kkwalifikati minflok ma sempliċement joqogħdu darba kull wieħed jew jużaw l-istess ħu kull sena.