LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/96 pp. 4-5
  • Nifirħu Biż-Żjieda Li Jagħti Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nifirħu Biż-Żjieda Li Jagħti Alla
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Kontribuzzjonijiet Għall-Appoġġ Tat-Tkabbir Tax-Xogħol Madwar Id-Dinja Tas-Soċjetà
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Qima Vera Qed Tespandi fl-Ewropa tal-Lvant
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Huma Jaqdu lill-Fratellanza Kristjana f’Pajjiżi Barranin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Xogħol taʼ bini li jonora lil Ġeħova
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 12/96 pp. 4-5

Nifirħu Biż-​Żjieda Li Jagħti Alla

1 Il-​Kristjani fl-​ewwel seklu kienu predikaturi żelużi tas-​Saltna. Huma ferħu meta l-​‘kongregazzjonijiet żdiedu fin-​numru minn jum għal jum.’ (Atti 16:5) L-​ippridkar qalbieni tagħhom estenda għal ġo l-​Asja, l-​Ewropa, u l-​Afrika, bir-​riżultat li kien hemm ħsad kbir taʼ kredenti.

2 Ġesù bassar li fl-​aħħar jiem ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar kellu jwassal sa l-​‘art abitata kollha u l-​ġnus kollha’! (Matt. 24:14) Matul is-​sena taʼ servizz 1996, komplejna nirċievu rapporti meraviljużi u quċċati ġodda taʼ pubblikaturi minn pajjiżi madwar il-​globu. Ħafna kongregazzjonijiet ġodda ġew ifformati. Dan it-​tkabbir mgħaġġel għamilha neċessarja li jinbnew mijiet taʼ Swali tas-​Saltna u Swali taʼ l-​Assembleat ġodda kif ukoll li jsiru estensjonijiet f’għadd taʼ faċilitajiet tal-​fergħat.

3 Il-​Ministeru Tas-​Saltna t’Awissu 1996 irrapportat fuq xogħol estensiv taʼ bini li qiegħed isir fl-​Afrika. Attività bħal din qiegħda ssir maʼ l-​Amerka Latina. Għas-​sena taʼ servizz 1996, il-​Messiku jirrapporta quċċata inkredibbli taʼ 470,098 pubblikatur u medja taʼ 600,751 studju tal-​Bibbja, bir-​riżultat li kien hemm il-​bżonn li jiġu fformati 466 kongregazzjoni ġdida! It-​tkabbir fil-​faċilitajiet tal-​fergħa tagħhom huwa ppjanat li jitlesta sa l-​aħħar taʼ l-​1999. Tkabbir bħal dan f’ħafna pajjiżi oħrajn ma jħalli wisaʼ għal ebda waqfien f’tipi diversi taʼ proġetti teokratiċi tal-​bini.

4 L-​ispejjeż involuti fil-​bini huma għoljin kullimkien, u ħutna f’ħafna artijiet għandhom ftit x’jikkontribwixxu materjalment. Madankollu, fiż-​żelu kbir tagħhom għas-​servizz taʼ Jehovah, huma ċertament li qegħdin jikbru spiritwalment u jiżdiedu b’għadd kbir. Proverbji 28:27 jassigurana li “dak li qiegħed jagħti lill-​wieħed taʼ ftit mezzi ma se jiġi f’ebda bżonn.” Il-​volontà tagħna f’li ngħinu biex jiġu koperti dawn l-​ispejjeż tal-​bini tirriżulta f’“ugwaljar” t’affarijiet materjali, u b’hekk kulħadd ikun jistaʼ jesperjenza l-​hena li jiġi meta nagħtu u l-​ferħ li jirriżulta f’li naraw iż-​żjieda li jagħti Jehovah!​—2 Kor. 8:​14, 15; Atti 20:35.

[Stampa f’paġni 4, 5]

Il-​Fergħa Fil-​Paragwaj

[Stampa f’paġna 4]

Il-​Fergħa Fl-​Ekwador

[Stampa f’paġni 4, 5]

L-​Estensjoni Li Qed Tinbena Fil-​Messiku

[Stampa f’paġni 4, 5]

Il-​Fergħa Fir-​Repubblika Dominikana

[Stampa f’paġna 4]

Il-​Fergħa Bl-​Estensjoni Fil-​Brażil

[Stampa f’paġni 4, 5]

Il-​Fergħa Li Qed Tinbena Fl-​Urugwaj

[Stampa f’paġna 5]

Swali tas-​Saltna tipiċi mibnijin b’nefqa baxxa fl-Amerka Latina

1. Brażil

2. Nikaragwa

3. Ċilì

4. Kolumbja

5. Messiku

6. Brażil

7. Perù

8. Venezwela

9. Messiku

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja