Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Reviżjoni mingħajr l-użu tal-kotba fuq il-materjal mgħoddi fl-inkarigi taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħat mit-2 taʼ Settembru sat-23 taʼ Diċembru, 1996. Uża karta separata biex tikteb it-tweġibiet tal-mistoqsijiet skond kemm tilħaq fil-ħin assenjat.
[Nota: Matul ir-reviżjoni bil-kitba, il-Bibbja biss tistaʼ tintuża biex tiġi mwieġba kwalunkwe mistoqsija. Ir-referenzi li ssib wara l-mistoqsijiet huma għar-riċerka persunali tiegħek. Jistaʼ jkun li n-numri tal-paġna u l-paragrafu ma jidhrux fir-referenzi kollha għal It-Torri Taʼ L-Għassa.]
Wieġeb kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:
1. Eliżabetta, bħal qaribtha Marija, kienet mit-tribù taʼ Ġuda. [it-1 p. 719 par. 3]
2. Fir-realtà m’hemm ebda “ħuta kbira” li kapaċi tiblaʼ bniedem sħiħ. (Ġona 1:17) [si p. 153 par. 4]
3. Epafras u Epafroditus kienu t-tnejn sħab taʼ l-appostlu Pawlu. [it-1 p. 731 pari. 4-5]
4. Il-profezija f’Danjel 9:24, 25 tipponta lejn it-twelid taʼ Ġesù. [kl-MT p. 36 par. 8]
5. Ebed-melek, ewnuku Etjopjan, għen lil Ġeremija biex joħroġ mill-ġiebja kollha ħama taʼ Malkija. [it-1 p. 672 par. 9]
6. Enok ma rax il-mewt għaliex ittieħed bil-ġisem lejn is-sema. (Ġen. 5:24) [it-1 p. 729 par. 10]
7. Il-profezija taʼ Ħosea kienet prinċipalment diretta lejn is-saltna b’żewġ tribujiet taʼ Ġuda. [si p. 144 par. 8]
8. L-ewwel ħtieġa biex wieħed jaqdi fil-Kumitat taʼ Bini Reġjonali hija li jkollu esperjenza tajba fuq il-bini u jkollu għarfien tas-snajjaʼ fil-qasam tal-bini. [jv p. 326 par. 1]
9. Skond Sofonija 3:9, il-poplu t’Alla se jkun magħqud fid-dinja l-ġdida għax ilkoll se jitkellmu lingwa komuni—l-Ebrajk. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w89 6/1 p. 30.]
10. Eliħu aġixxa taʼ ħabib veru billi wera parzjalità lejn Ġob. [it-1 p. 710 pari. 3-4]
Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
11. Għala huwa xieraq li l-postijiet prinċipali għal-laqgħat tal-kongregazzjonijiet madwar id-dinja jissejħu Swali tas-Saltna, u fejn kien jinstab l-ewwel bini li ġie mogħti dan l-isem? [jv p. 319 par. 2]
12. Liema stqarrija Skritturali tat-tliet Ebrej tirrevela li l-ubbidjenza tagħhom lejn Alla ma kinitx tiddependi minn protezzjoni u salvezza divini? (Dan. 3:16-18) [si p. 141 par. 19]
13. Liema ktieb, kapitlu, u vers tal-Bibbja jbassar il-post tat-twelid tal-Messija? [si p. 156 par. 6]
14. Xogħlijiet kollha qawwa mwettqin f’isem Ġesù għala ma jkunux evidenza żgura tal-favur jew l-appoġġ t’Alla? [kl-MT p. 46 pari. 6-7]
15. Ix-Xhieda taʼ Jehovah għala ma jitolbux lil Alla biex iwaqqaf immedjatament il-gwerer u n-nuqqas taʼ ikel u biex ineħħi kull persekuzzjoni? [jv p. 317 par. 4]
16. Ir-Reġina Ester b’liema modi wriet il-frott tal-kontroll fuqha nfisha? [it-1 pġi. 761-2 par. 13]
17. Għalkemm Eli kien qassis il-kbir ġewwa Israel, liema dgħjufija minn tiegħu ħalla tiffjorixxi f’konnessjoni maʼ wliedu, u dan fiex ġabhom? (1 Sam. 2:12, 29, 34) [it-1 p. 706 pari. 13-14]
18. David għal min kien qiegħed jirreferi f’Salm 52:2, 3, u dan l-individwu għala kien jistħoqqlu daqshekk disprezz? [it-1 p. 644 pari. 2-3]
19. F’Ħaggaj 2:9, liema tempju kien “l-aħħar dar,” liema kien “taʼ qabilha,” u l-glorja taʼ “l-aħħar dar” għala kienet akbar minn dik “taʼ qabilha”? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w89 6/1 30.]
20. Ħosea 14:2 x’kien qiegħed iħeġġeġ lill-Israeliti biex jagħmlu, u x-Xhieda taʼ Jehovah kif iwettqu din il-profezija llum? (Ebr. 13:15) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara wMT94 10/1 p. 8 pari. 1-2 (w94 9/15 p. 10 pari. 1-2).]
Ipprovdi l-kelma (kliem) jew frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
21. Il-belt taʼ ______ kienet imsejħa l-belt tat-tixrid taʼ demm mill-profeta _____ xi 200 sena wara li ____ kien lesta x-xogħol tiegħu mogħti minn Alla hemmhekk. [si p. 154 par. 10, p. 160 par. 10]
22. Irridu nqimu lil Alla bl-_______, billi niġu mqanqlin minn qlub mimlijin fidi u mħabba; irridu wkoll inqimuh bil-______ billi nistudjaw il-Kelma tiegħu. [kl-MT p. 45 par. 4]
23. Il-profeta _____ staqsa lis-Sultan ____ biex jiltaqaʼ maʼ l-450 profeta taʼ ____, u r-riżultat taʼ dan ta prova li Jehovah hu dak Alla veru u li hu jwieġeb _______. (Ġak. 5:16, 17) [it-1 p. 711 pari. 1-2]
24. L-eżempju Kristjan tal-mara Lhudija ______ u taʼ binha _______ juri li dawk li jgħixu fi djar mifrudin reliġjożament jistgħu b’suċċess iħarrġu lil uliedhom biex jibżgħu minn Jehovah. [it-1 p. 767 par. 7]
25. Tliet aspetti t’evidenza li jagħtu prova li Ġesù kien il-Messija huma (1) _________________________, (2) _______________________, u (3) _______________________________. [kl-MT pġi. 34-8 pari. 6-10]
Agħżel it-tweġiba korretta f’kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
26. Il-fehma t’Amos (8:11; 9:2, 3; 9:11, 12) għenet lill-ġemgħa li tiggverna taʼ l-ewwel seklu biex tirrealizza li kienet ir-rieda t’Alla li wħud li ma kinux Israeliti jinġabru ġewwa l-kongregazzjoni Kristjana. (Atti 15:13-19) [si p. 150 par. 16]
27. Meta (Amos; Ġoel; Ħabakkuk) ġie msejjaħ minn Jehovah, hu ma kienx profeta jew bin profeta imma kien irabbi n-ngħaġ u kien joqros (it-tamar; it-tin; iż-żebbuġ) tas-siġar tal-ġummajż. [si p. 148 par. 1]
28. L-ewwel irxoxt irrapportat li ġie mwettaq minn appostlu kien meta (Ġwanni; Pietru; Pawlu) mar Ġoppa u qajjem lil (Dorkas; Lidja; Ewtikus) mill-mewt. [it-1 p. 646 pari. 7-8]
29. Mit-tliet “farraġa,” (Bildad; Elifaż; Żofar) kien minn taʼ l-ewwel f’li jitkellem u jispikka bħala l-iktar wieħed taʼ influwenza, u dan jagħti x’jifhem li hu setaʼ kien ukoll l-iktar wieħed (għani; għaref; xiħ). [it-1 p. 713 par. 17]
30. It-tewmi taʼ (Ġużeppi; Ixmael; Ġakobb) kien jismu Eżaw għax kien (l-ewwel imwieled; kaċċatur; muswaf iktar mis-soltu), u iktar tard ngħata l-isem (Nimrod; Edom; Baal) mill-minestra ħamra taʼ l-għads li għaliha kien biegħ il-primaġenitura tiegħu. [it-1 p. 759 par. 1]
Qabbel l-iskritturi li ġejjin maʼ l-istqarrijiet miktubin taħt:
2 Sln. 2:23, 24; Sof. 2:3; Flp. 2:25-30; Ġak. 1:26, 27; 1 Ġwn. 2:15-17
31. Sabiex il-qima tagħna tkun aċċettabbli għal Alla, ma tridx tkun biss mhux imniġġsa minn prattiċi dinjin imma trid tinkludi wkoll l-affarijiet kollha li Alla jikkunsidra vitali. [kl-MT p. 51 par. 20]
32. Jehovah jitlob kont mit-tfal li juru nuqqas taʼ rispett lejn il-qaddejja leali tiegħu. [it-1 p. 715 par. 1]
33. Iż-żmien u l-affarijiet mhux mistennijin jeffettwaw saħansitra lill-qaddejja leali taʼ Jehovah. [it-1 p. 731 par. 5]
34. Bħala Kristjani veri, irridu nevitaw kwalunkwe prattiċi li jirriflettu l-ispirtu tad-dinja madwarna taʼ mingħajr Alla. [kl-MT p. 50 par. 17]
35. Il-ħniena t’Alla ma nistgħux nagħmluha fatta. [si p. 165 par. 11]