“Għajnuna Fiż-Żmien Xieraq”
1 Kemm huwa rifreskanti li nirċievu għajnuna sewwa sew meta għandna bżonnha! (Ebr. 4:16) Fil-Konvenzjoni Distrettwali “Messaġġiera Tal-Paċi Divina,” fraħna meta ġejna mogħtijin żewġ provvedimenti speċjali t’għajnuna sewwa sew fiż-żmien xieraq.
2 Il-ktieb il-ġdid, Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja, ġie fi żmien addattat. Dan jiffoka fuq erbaʼ bżonnijiet essenzjali li jippromwovu ħajja tal-familja hienja: (1) kontroll fuqna nfusna, (2) li nirrikonoxxu l-istat taʼ kap, (3) komunikazzjoni tajba, u (4) imħabba. Il-pariri ppreżentati fil-ktieb L-Hena Fil-Familja se jgħinu lill-familji kollha li japplikawhom biex isibu paċi divina. Warrbu ħin biex taqraw il-ktieb il-ġdid bir-reqqa u biex tistudjawh flimkien bħala familja. Siru midħla sew tal-karatteristiċi tiegħu sabiex tkunu ppreparati biex tużawh b’mod effettiv meta jiġi offrut lill-pubbliku għall-ewwel darba, f’Marzu.
3 Il-brochure il-ġdid, Alla X’Jirrikjedi Minna?, ħareġ fiż-żmien xieraq biex jgħaġġel ix-xogħol tagħna taʼ li nagħmlu dixxipli. Fil-waqt li dan jistaʼ jiġi wżat b’mod speċjali biex jgħin lil nies b’abbiltà limitata fil-qari, ħafna adulti u tfal żgħar li jafu jaqraw sew se jibbenefikaw ukoll mill-ispjegazzjoni sempliċi tiegħu taʼ tagħlim bażiku mill-Bibbja. Jistaʼ jkun eżatt dak li hemm bżonn biex jinbeda studju bħala l-ewwel pass li jwassal għall-ktieb Għarfien. Dan il-provvediment żgur li se jgħin lil ħafna oħrajn biex japprezzaw kif huma jistgħu jiġu mberkin bil-kbir billi jagħmlu dak li jirrikjedi Alla.
4 David esprima s-sentimenti tagħna perfettament meta ddikjara li ‘ma kien jonqsu xejn, ruħu kienet rifreskata, u l-kies tiegħu kien mimli sew!’ (Salm 23:1, 3, 5) Aħna nħarsu ’l quddiem kollna ferħ biex ngħaddu din l-għajnuna spiritwali taʼ l-għaġeb lil ħafna oħrajn li sinċerament jixtiequ jkunu jafu u jaqdu lill-veru Alla, Jehovah.