Laqgħat tas-Servizz għal Diċembru
Ġimgħa Li Tibda 2 Taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru Tas-Saltna.
15 min: “Min Se Jagħti Widen Għall-Messaġġ Tagħna?” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi xi punti mill-Awake! tat-22 taʼ Marzu, 1987, paġna 5, dwar għala l-messaġġ tagħna huwa li jappella.
20 min: “Il-Kelma T’Alla Tipprovdi Gwida.” (Paragrafi 1-6) Introduċi l-parti b’paragrafi 1-2. (Inkludi l-ktieb Reasoning, paġni 58-60, billi ssemmi fil-qosor erbaʼ “Reasons for considering the Bible.”) Ħejji pubblikaturi kapaċi biex jagħmlu turija tal-preżentazzjonijiet issuġġeriti f’paragrafi 3-6. Stieden lill-udjenza biex tikkummenta fuq (1) kif il-mistoqsijiet li ġew imqajmin għenu biex jitqanqal l-interess, (2) kif l-iskritturi wżati jimxu id f’id mas-suġġett li qiegħed jiġi diskuss, (3) kif iż-żjara lura segwiet b’mod naturali l-ewwel diskussjoni, u (4) kif saret offerta taʼ studju.
Għanja 75 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 9 Taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: Ngħinu Wħud Avanzati Fiż-Żmien Biex Jieħdu Sehem Fis-Servizz. Ħafna pubblikaturi leali ixjeħ għandhom xewqa ħerqana li jieħdu sehem f’li jippridkaw mal-kongregazzjoni, imma għandhom limitazzjonijiet fiżiċi minħabba l-età u n-nuqqas taʼ saħħa. Hemm modi kif nistgħu nuruhom konsiderazzjoni sabiex ninkluduhom fil-grupp tas-servizz: Offri li tipprovdilhom trasport; irranġalhom biex jaħdmu djar fejn hemm inqas taraġ x’jitilgħu; ipparkja l-karozza fil-qrib sabiex huma jkunu jistgħu jistrieħu meta jgħajjew; offri li teħodhom fuq iż-żjajjar lura tagħhom; informahom li int se teħodhom id-dar meta jħossu li ma jistgħux ikomplu. Uħud ixjeħ huma grati taʼ l-għajnuna li tiġi offruta lilhom. Semmi xi modi oħrajn li bihom turu konsiderazzjoni bħal din lokalment. Irrevedi l-punti prinċipali fl-artiklu “We Appreciate the Older Ones!” misjub fil-Watchtower taʼ l-1 taʼ Frar, 1986, paġni 28-9.
20 min: “Il-Kelma T’Alla Tipprovdi Gwida.” (Paragrafi 7-9) Ikkummenta fuq “A Need for Guidance” fil-Watchtower taʼ l-1 taʼ Mejju, 1993, paġna 3. Spjega għala l-preżentazzjonijiet tagħna għandhom jagħmlu enfasi fuq l-importanza taʼ li nfittxu għajnuna minn sors ogħla—Alla. Ħejji pubblikatur biex jagħmel turija tal-preżentazzjonijiet f’paragrafi 7-8. Enfasizza li l-mira tagħna għandha tkun eventwalment li nibdew studju tal-Bibbja fil-ktieb Għarfien.
Għanja 197 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 16 Taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Offri xi suġġerimenti dwar kif inwieġbu bit-tattika għal xewqat tajba tal-btajjel. Semmi l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa għall-25 taʼ Diċembru.
15 min: “Noffru Lilna Nfusna Minn Jeddna.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi kummenti mit-Torri Taʼ L-Għassa taʼ l-1 t’Awissu, 1984, paġna 18 (w84 5/1, pġ. 22).
20 min: “Nifirħu Biż-Żjieda Li Jagħti Alla.” Taħdita bl-entużjażmu minn anzjan. Iċċita xi esperjenzi jew evidenza taʼ żjieda fil-pajjiżi rrappreżentati, kif mogħtijin f’Yearbooks riċenti.
Għanja 41 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 23 Taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Semmi xi punti li nistgħu nitkellmu fuqhom fir-rivisti kurrenti li nistgħu nużaw fis-servizz din il-ġimgħa. Semmi l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa għall-1 taʼ Jannar.
15 min: Bżonnijiet lokali. Jew anzjan jagħti taħdita fuq “Retirement—An Open Door to Theocratic Activity?” mill-Watchtower tal-15 taʼ Lulju, 1996, paġni 24-5.—Ara l-Insight, it-2 Volum, paġna 794, paragrafi 2-3.
20 min: “L-Ingaġġar Fl-Iskola Tal-Ministeru Teokratiku.” Taħdita mill-indokratur taʼ l-iskola. Agħti l-istatistiċi lokali taʼ l-ingaġġar, u ħeġġeġ lil kulmin jistaʼ biex jinkiteb. Irrevedi l-istruzzjonijiet għall-inkarigi taʼ l-istudent ipprovduti fl-“Iskeda Taʼ L-Iskola Tal-Ministeru Teokratiku Għall-1997.”
Għanja 166 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 30 Taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Jekk il-kongregazzjoni tagħkom waslet biex tbiddel il-ħinijiet tal-laqgħat għas-sena l-ġdida, offri inkuraġġiment billi tħeġġeġ lil kulħadd ħalli jagħmel l-aġġustamenti meħtiġin u jżomm attendenza regulari mal-kongregazzjoni fil-ħinijiet ġodda tagħha.
20 min: “Għajnuna Fiż-Żmien Xieraq.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Semmi xi punti prinċipali taʼ valur minn kull wieħed mill-pubblikazzjonijiet il-ġodda.
15 min: Irrevedi l-Offerta tal-Letteratura għal Jannar. Offri Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Billi tuża Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja (hw-MT), paġni 2-7, irrevedi fil-qosor l-introduzzjonijiet addattati għall-ktieb. Uri xi waħda jew żewġ preżentazzjonijiet.
Għanja 137 u talba taʼ l-għeluq.