LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 5/1 pp. 3-4
  • It-Tajjeb Kontra l-Ħażin—Battalja Dejjiema

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tajjeb Kontra l-Ħażin—Battalja Dejjiema
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Materjal Simili
  • It-Tajjeb Qatt se Jikkonkwista lill-Ħażin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • X’Jagħmilna Tajbin jew Ħżiena?
    Stenbaħ!—2010
  • Kif it-Tajjeb Se Jirbaħ lill-Ħażin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Troddu lil Ħadd Ħsara bi Ħsara”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 5/1 pp. 3-4

It-Tajjeb Kontra l-Ħażin—Battalja Dejjiema

FIL-​films tal-​imgħoddi, “l-​artist,” bħala l-​wieħed it-​tajjeb, dejjem għeleb lill-​forzi tal-​ħażen. Imma r-​realtà qatt ma kienet daqshekk sempliċi. Taʼ spiss fid-​dinja vera, il-​ħażen jidher li huwa dejjem minn fuq.

L-ispettru tal-​ħażen spiss jimla l-​aħbarijiet taʼ kull fil-​għaxija. Fit-​Tramuntana tal-​Istati Uniti, raġel minn Milwaukee joqtol 11-il persuna u jaħżen il-​bqija tal-​iġsma mbiċċrin tagħhom fil-​freezer tiegħu. ’L isfel fin-​Nofs in-​Nhar, stranġier jidħol f’kafeterija ġewwa Texas u jiftaħ in-​nar bl-​addoċċ għal għaxar minuti, u jħalli 23 persuna mejta, inkluż lilu nnifsu. Opponent imdejjaq fil-​Korea jagħti n-​nar lil Sala tas-​Saltna tax-​Xhieda taʼ Jehovah, u joqtol 14-il adoratur.

Mhux biss hemm dawn l-​attakki sporadiċi tal-​ħażen imma hemm ħażen orribbli ieħor li jeffettwa lid-​dinja​—il-​ġenoċidju. Huwa kkalkulat li miljun Armen, sitt miljun Lhudi, u iktar minn miljun Kamboġjan ġew meqrudin fi qtil razzjali u politiku f’dan is-​seklu biss. Il-​hekk imsejjaħ tindif etniku laqat lil ħafna f’dik li qabel kienet il-​Jugoslavja. Ħadd ma jaf kemm-il miljun taʼ nies innoċenti ġew ittorturati brutalment madwar il-​globu.

Traġedji bħal dawn iġagħluna nikkonfrontaw il-​mistoqsija disturbanti, In-​nies għala jaġixxu b’dan il-​mod? Ma nistgħux nikkonkludu li dawn l-​atroċitajiet huma l-​prodott taʼ ftit imħuħ imħawdin. L-​iskop assolut tal-​ħażen li sar fis-​seklu tagħna jikkontradixxi spjegazzjoni bħal din.

Għemil ħażin jingħata d-​definizzjoni taʼ wieħed li hu ħażin moralment. Huwa att imwettaq minn xi ħadd li jistaʼ jagħżel bejn li jagħmel it-​tajjeb u li jagħmel il-​ħażen. B’xi mod il-​ġudizzju morali tiegħu jsir imgħawweġ u l-​ħażen jirbaħ. Imma għala u kif jiġri dan?

Spjegazzjonijiet reliġjużi għall-​ħażen spiss ma jissodisfawx. Il-​filosfu Kattoliku Thomas Aquinas sostna li “ħafna affarijiet tajbin jitneħħew kieku Alla ma ppermettiex li l-​ħażen jeżisti.” Bosta filosfi Protestanti għandhom opinjonijiet simili. Per eżempju, kif mistqarr f’The Encyclopœdia Britannica, Gottfried Leibniz ikkunsidra l-​ħażen bħala “sempliċi imbottatura lit-​tajjeb fid-​dinja, li hu jżid b’kuntrast.” Fi kliem ieħor, hu emmen li aħna għandna bżonn il-​ħażen sabiex inkunu nistgħu napprezzaw it-​tajjeb. Raġunar bħal dan huwa bħal meta tgħid lill-​pazjent li huwa marid bil-​kanċer li l-​marda tiegħu hija sewwa sew dak li huwa meħtieġ sabiex iġiegħel lil ħaddieħor iħossu verament ħaj u f’saħħtu.

L-intenzjonijiet ħżiena bil-​fors li jiġu minn x’imkien. Għandu Alla ħtija b’mod indirett? Il-​Bibbja twieġeb: “Meta jkun qiegħed jiġi pprovat, ħalli ħadd ma jgħid: ‘Qiegħed niġi pprovat minn Alla.’ Għax b’affarijiet mill-​agħar Alla ma jistax jiġi pprovat u lanqas hu nnifsu ma jipprova lil xi ħadd.” Jekk Alla mhux responsabbli, min hu responsabbli? Il-​versi li ġejjin jagħtu t-​tweġiba: “Kull wieħed hu pprovat billi jkun miġbud u mħajjar mix-​xewqa tiegħu stess. Imbagħad ix-​xewqa, meta tkun saret fertili, twelled id-​dnub.” (Ġakbu 1:13-15) B’hekk għemil ħażin jitwieled meta xewqa ħażina tiġi aċċettata minflok ma tiġi rrifjutata. Madankollu, dik mhix l-​istampa kollha.

L-Iskrittura tispjega li xewqat ħżiena jqumu għaliex l-​umanità għandha difett fundamentali​—l-​imperfezzjoni li ntwirtet. L-​appostlu Pawlu kiteb: “Sewwa sew bħalma permezz taʼ bniedem wieħed id-​dnub daħal fid-​dinja u l-​mewt permezz tad-​dnub, u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha għaliex kollha kienu dinbu.” (Rumani 5:12) Minħabba d-​dnub li writna, l-​egoiżmu jistaʼ jirbaħ fuq il-​qalb tajba fil-​ħsieb tagħna, u l-​kefrija tistaʼ tirbaħ fuq il-​mogħdrija.

M’għandniex xi ngħidu, il-​biċċa l-​kbira tan-​nies jafu minn jeddhom li ċerta mġieba hi ħażina. Il-​kuxjenza tagħhom​—jew ‘liġi miktuba fi qlubhom’ bħalma jsejħilha Pawlu—​tikkonvinċihom biex ma jikkommettux għemil ħażin. (Rumani 2:15) Xorta waħda, ambjent kiefer jistaʼ joħnoq lil sentimenti bħal dawn, u kuxjenza tistaʼ ssir mejta jekk tiġi injorata ripetutament.a​—Qabbel 1 Timotew 4:2.

Tistaʼ l-​imperfezzjoni tal-​bniedem waħedha tispjega l-​ħażen orkestrat taʼ żmienna? Il-​kittieb tal-​istorja Jeffrey Burton Russell osserva: “Huwa veru li hemm il-​ħażen f’kull wieħed minna, imma ż-​żjieda flimkien saħansitra taʼ numri kbar taʼ ħażen individwali ma tispjegax lil Auschwitz . . . Ħażen fuq din l-​iskala jidher li hu kwalitattivament kif ukoll kwantitattivament differenti.” Ma kien ħadd ħlief Ġesù Kristu li indika dan is-​sors taʼ ħażen kwalitattivament differenti.

Mhux wisq qabel il-​mewt tiegħu, Ġesù spjega li l-​irġiel li kienu qegħdin jippjanaw biex joqtluh ma kinux qegħdin jaġixxu għalkollox fuq ir-​rieda tagħhom stess. Forza li ma tidhirx iggwidathom. Ġesù qalilhom: “Intom minn missierkom ix-​Xitan, u tixtiequ tagħmlu x-​xewqat taʼ missierkom. Dak il-​wieħed kien qattiel meta beda, u ma żammx sħiħ fil-​verità.” (Ġwann 8:44) Ix-​Xitan, li lilu Ġesù sejjaħ “il-​ħakkiem taʼ did-dinja,” b’mod ċar għandu rwol prominenti f’li jqanqal il-​ħażen.​—Ġwann 16:11; 1 Ġwann 5:19.

Kemm l-​imperfezzjoni tal-​bniedem u kemm l-​influwenza satanika kienu l-​kaġun taʼ ħafna mwiet għal eluf taʼ snin. U m’hemm ebda sinjal li l-​qabda tagħhom fuq l-​umanità qiegħda terħi. Qiegħed il-​ħażen hawn biex jibqaʼ? Jew sejrin il-​forzi tat-​tajjeb eventwalment jeqirdu għalkollox lill-​ħażen?

[Nota taʼ taħt]

a Xi riċerkaturi dan l-​aħħar raw relazzjoni bejn il-​vjolenza espliċita fuq it-​televiżjoni u l-​kriminalità taż-​żgħażagħ. Inħawi b’ħafna kriminalità u djar miksurin huma wkoll fatturi f’imġieba mhix soċjali. Fil-​Ġermanja Nażista propaganda razzista bla waqfien wasslet lil xi nies biex jiġġustifikaw—u saħansitra jigglorifikaw—lil atroċitajiet kontra Lhud u Slavi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja