Nifirħu Biż-Żjieda Li Jagħti Alla
1 Il-Kristjani fl-ewwel seklu kienu predikaturi żelużi tas-Saltna. Huma ferħu meta l-‘kongregazzjonijiet żdiedu fin-numru minn jum għal jum.’ (Atti 16:5) L-ippridkar qalbieni tagħhom estenda għal ġo l-Asja, l-Ewropa, u l-Afrika, bir-riżultat li kien hemm ħsad kbir taʼ kredenti.
2 Ġesù bassar li fl-aħħar jiem ix-xogħol taʼ l-ippridkar kellu jwassal sa l-‘art abitata kollha u l-ġnus kollha’! (Matt. 24:14) Matul is-sena taʼ servizz 1996, komplejna nirċievu rapporti meraviljużi u quċċati ġodda taʼ pubblikaturi minn pajjiżi madwar il-globu. Ħafna kongregazzjonijiet ġodda ġew ifformati. Dan it-tkabbir mgħaġġel għamilha neċessarja li jinbnew mijiet taʼ Swali tas-Saltna u Swali taʼ l-Assembleat ġodda kif ukoll li jsiru estensjonijiet f’għadd taʼ faċilitajiet tal-fergħat.
3 Il-Ministeru Tas-Saltna t’Awissu 1996 irrapportat fuq xogħol estensiv taʼ bini li qiegħed isir fl-Afrika. Attività bħal din qiegħda ssir maʼ l-Amerka Latina. Għas-sena taʼ servizz 1996, il-Messiku jirrapporta quċċata inkredibbli taʼ 470,098 pubblikatur u medja taʼ 600,751 studju tal-Bibbja, bir-riżultat li kien hemm il-bżonn li jiġu fformati 466 kongregazzjoni ġdida! It-tkabbir fil-faċilitajiet tal-fergħa tagħhom huwa ppjanat li jitlesta sa l-aħħar taʼ l-1999. Tkabbir bħal dan f’ħafna pajjiżi oħrajn ma jħalli wisaʼ għal ebda waqfien f’tipi diversi taʼ proġetti teokratiċi tal-bini.
4 L-ispejjeż involuti fil-bini huma għoljin kullimkien, u ħutna f’ħafna artijiet għandhom ftit x’jikkontribwixxu materjalment. Madankollu, fiż-żelu kbir tagħhom għas-servizz taʼ Jehovah, huma ċertament li qegħdin jikbru spiritwalment u jiżdiedu b’għadd kbir. Proverbji 28:27 jassigurana li “dak li qiegħed jagħti lill-wieħed taʼ ftit mezzi ma se jiġi f’ebda bżonn.” Il-volontà tagħna f’li ngħinu biex jiġu koperti dawn l-ispejjeż tal-bini tirriżulta f’“ugwaljar” t’affarijiet materjali, u b’hekk kulħadd ikun jistaʼ jesperjenza l-hena li jiġi meta nagħtu u l-ferħ li jirriżulta f’li naraw iż-żjieda li jagħti Jehovah!—2 Kor. 8:14, 15; Atti 20:35.
[Stampa f’paġni 4, 5]
Il-Fergħa Fil-Paragwaj
[Stampa f’paġna 4]
Il-Fergħa Fl-Ekwador
[Stampa f’paġni 4, 5]
L-Estensjoni Li Qed Tinbena Fil-Messiku
[Stampa f’paġni 4, 5]
Il-Fergħa Fir-Repubblika Dominikana
[Stampa f’paġna 4]
Il-Fergħa Bl-Estensjoni Fil-Brażil
[Stampa f’paġni 4, 5]
Il-Fergħa Li Qed Tinbena Fl-Urugwaj
[Stampa f’paġna 5]
Swali tas-Saltna tipiċi mibnijin b’nefqa baxxa fl-Amerka Latina
1. Brażil
2. Nikaragwa
3. Ċilì
4. Kolumbja
5. Messiku
6. Brażil
7. Perù
8. Venezwela
9. Messiku