LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/99 pp. 3-6
  • Qima Vera Qed Tespandi fl-Ewropa tal-Lvant

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qima Vera Qed Tespandi fl-Ewropa tal-Lvant
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Il-Programm tal-Bini tas-Swali tas-Saltna Jimxi ’l Quddiem
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Bżonn taʼ Tkabbir Malajr Minħabba ż-Żjieda Fenomenali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Il-Bini Internazzjonali tas-Swali tas-Saltna f’Xi Pajjiżi Ewropej
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Xogħol taʼ bini li jonora lil Ġeħova
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 9/99 pp. 3-6

Qima Vera Qed Tespandi fl-​Ewropa tal-​Lvant

1 Il-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu kienu jippridkaw dwar is-​Saltna biż-​żelu. Huma ferħu meta l-​kongregazzjonijiet kienu “jiżdiedu fl-​għadd kuljum.” (Atti 16:5) Bl-​ippridkar qalbieni tagħhom, il-​qima vera waslet fl-​Asja, fl-​Afrika, u fl-​Ewropa, u dan irriżulta fi ħsad abbundanti taʼ wħud li emmnu.

2 F’dan iż-​żmien tat-​tmiem, il-​qima vera tkompli tespandi, partikolarment fil-​pajjiżi taʼ l-​Ewropa tal-​Lvant. F’pajjiżi fejn sal-​bidu tas-​snin 90 konna taħt restrizzjonijiet taʼ gvernijiet, issa qed nesperjenzaw żjieda taʼ l-​għaġeb. In-​1999 Yearbook jurina li żewġ pajjiżi minn dawn, ir-​Russja u l-​Ukraina, kull wieħed irrapportaw iktar minn 100,000 pubblikatur li jieħu sehem fil-​ministeru pubbliku. Fil-​15-il territorju taʼ dik li qabel kienet l-​Unjoni Sovjetika, mill-​1991 iktar minn 220,000 individwu ddedika lilu nnifsu lil Jehovah u tgħammed! B’din iż-​żjieda mgħaġġla nħass il-​bżonn li jinbnew ħafna Swali tas-​Saltna u Swali taʼ l-​Assembleat ġodda kif ukoll li jiġu mkabbrin għadd taʼ faċilitajiet tal-​fergħa.

3 Porzjon mill-​Fond tas-​Soċjetà għas-​Swali tas-​Saltna issa qed jintuża biex jipprovdi self lill-​kongregazzjonijiet f’pajjiżi fejn hemm ħtieġa urġenti ħafna għal iktar Swali tas-​Saltna, imma fejn hemm riżorsi limitati u problemi ekonomiċi ħorox. Bejn Marzu taʼ l-​1996 u Ottubru taʼ l-​1998, is-​Soċjetà approvat 359 rikjesta taʼ self għal Swali tas-​Saltna minn uffiċċji tal-​fergħa li jieħdu ħsieb 11-il pajjiż fl-​Ewropa tal-​Lvant. Fondi kkontribwiti qed jintużaw biex jinxtraw l-​art u l-​materjal għall-​bini taʼ Swali tas-​Saltna ġodda u biex jgħinu lill-​kongregazzjonijiet ħalli jirranġaw mill-​ġdid l-​istrutturi tal-​faċilitajiet li diġà jeżistu. L-​istampi murijin hawnhekk jagħtuna ħjiel taʼ kif ħutna fl-​Ewropa tal-​Lvant ibbenefikaw mill-​kontribuzzjonijiet li saru lill-​Fond tas-​Soċjetà għas-​Swali tas-​Saltna f’diversi pajjiżi.

4 Matul l-​1998, il-​Bulgarija esperjenzat żjieda taʼ 12 fil-​mija, u l-​aħwa kienu eċċitati meta ġiet dedikata l-​ewwel Sala tas-​Saltna f’April taʼ dik is-​sena. Il-​Kroazja gawdiet żjieda taʼ 4 fil-​mija, u bħalissa l-​aħwa qed jibnu iktar Swali tas-​Saltna, biex javanzaw il-​qima vera. Fl-​Ungerija 144 kongregazzjoni qed jużaw madwar 80 Sala tas-​Saltna. Dan ifisser li 61 fil-​mija tal-​235 kongregazzjoni f’dak il-​pajjiż għandhom il-​post taʼ qima tagħhom stess. Fil-​Maċedonja l-​programm tal-​bini tas-​Swali tas-​Saltna lesta żewġ swali ġodda, u għad iridu jinbnew iktar. Fis-​sajf taʼ l-​1999, tlestiet Sala tas-​Saltna doppja fil-​belt kapitali taʼ Skopje. Minn taʼ l-​inqas sitt kongregazzjonijiet jistgħu jużaw din is-​sala.

5 Is-​sena l-​oħra fir-​Russja, bejn wieħed u ieħor, kienu jitgħammdu iktar minn 260 ruħ fil-​ġimgħa! Billi segwiet l-​eżempju wżat minn pajjiżi oħrajn, il-​fergħa tar-​Russja issa organizzat 12-il Kumitat Reġjonali tal-​Bini mat-​territorju vast tagħha, biex tappoġġa l-​proġetti futuri tal-​bini taʼ Swali tas-​Saltna. Fin-​naħa taʼ fuq taʼ San Pietruburgu għaddej xogħol taʼ bini taʼ l-​ewwel Sala taʼ l-​Assemblea f’dak il-​pajjiż, li se tesaʼ 1,600 ruħ. Il-​faċilità se tinkludi wkoll ħames Swali tas-​Saltna b’200 post kull wieħed. Biex jiġu sodisfati l-​bżonnijiet spiritwali taʼ ħutna u taʼ ħafna wħud li qed juru interess fl-​Ukrajna, tlestew 84 Sala tas-​Saltna u qed jinbnew 80 oħra.

6 Ma tferraħilniex qalbna din iż-​żjieda fl-​Ewropa tal-​Lvant? Ngħixu fejn ngħixu, l-​espansjoni tal-​qima vera tfakkarna li Alla mhux parzjali u li l-​paċenzja tiegħu se tfisser salvazzjoni għal “kotra kbira.” (Apk. 7:9; 2 Pt. 3:9) Kemm hu taʼ privileġġ li għandna sehem żgħir f’li nikkontribwixxu lejn it-​tkabbir spiritwali t’oħrajn, anki taʼ dawk f’pajjiżi fil-​bogħod! Proverbji 28:27 jiżgurana li “min jagħti lill-​fqir ma jkun jonqsu xejn.” Id-​disponibbiltà tagħna biex ngħinu f’dawn l-​ispejjeż tirriżulta f’li l-​affarijiet materjali jiġu “ndaqs.” B’hekk, kulħadd ikun jistaʼ jgawdi l-​hena li tiġi milli nagħtu u l-​ferħ li jirriżulta milli naraw il-​qima vera tespandi mad-​dinja kollha.​—2 Kor. 8:​14, 15; Atti 20:35.

[Stampa f’paġna 3]

Săcele, Rumanija

[Stampa f’paġna 3]

Maardu, Estonja

[Stampa f’paġna 3]

Sevnica, Slovenja

[Stampa f’paġna 3]

Tiszavasvári, Ungerija

[Stampa f’paġna 4]

Jūrmala, Latvja

[Stampa f’paġna 4]

Taurage, Litwanja

[Stampa f’paġna 4]

Tallinn, Estonja

[Stampa f’paġna 5]

Prievidza, Slovakkja

[Stampa f’paġna 5]

Mátészalka, Ungerija

[Stampa f’paġna 5]

Belgrad, Jugoslavja

[Stampa f’paġna 6]

Ruma, Jugoslavja

[Stampa f’paġna 6]

Vranov nad Topl’ou, Slovakkja

[Stampa f’paġna 6]

Tornakalns, Latvja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja