LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/96 p. 1
  • Noffru Lilna Nfusna Minn Jeddna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Noffru Lilna Nfusna Minn Jeddna
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Modi kif tkabbar il-ministeru tiegħek
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Żomm f’moħħok lil dawk fis-servizz fultajm
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Hemm Bżonn Taʼ Iktar Aħwa Rġiel Fis-Servizz Taʼ Pijunier
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Ix-Xogħol taʼ Pijunier—Użu Għaqli tal-Ħin Tagħna!
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 12/96 p. 1

Noffru Lilna Nfusna Minn Jeddna

1 Is-​salmista David ipprofetizza li n-​nies taʼ Jehovah “se joffru lilhom infushom għax iridu”; jiġifieri, bħala “volontieri fil-​pront.” (Salm 110:​3, nota taʼ taħt) Dan ċertament li qiegħed jitwettaq fost is-​sħubija tagħna t’aħwa madwar id-​dinja. Matul kull waħda mill-​aħħar erbaʼ snin taʼ servizz li għaddew, in-​nies taʼ Jehovah iddedikaw iktar minn biljun siegħa f’li jxerrdu l-​aħbar tajba tas-​Saltna. U hemm ħafna modi, flimkien max-​xogħol taʼ l-​ippridkar u taʼ li nagħmlu dixxipli, fejn nistgħu noffru lilna nfusna minn jeddna biex ngħinu lil oħrajn.

2 Modi Kif Nistgħu Nuru L-​Volontà Tagħna: Xi wħud fil-​kongregazzjoni jistaʼ jkollhom bżonn t’għajnuna biex imorru għal-​laqgħat. Għala ma toffrix li teħodhom miegħek? Oħrajn jistgħu jkunu morda, ma jifilħux, jew fl-​isptar. Tistaʼ int tieħu l-​inizjattiva biex iżżurhom jew tkun t’għajnuna b’xi mod? Jistaʼ jkun hemm individwu jew xi familja li għandhom bżonn taʼ l-​inkuraġġiment. Ħsibt dwar li tistieden lil uħud bħal dawn biex kultant joqogħdu miegħek għall-​istudju tiegħek tal-​familja? Xi pijunier jew pubblikatur jistaʼ jkollu bżonn taʼ sieħeb fil-​ministeru. Għala ma toffrix biex taħdmu flimkien fis-​servizz? Dawn huma ftit mill-​modi fejn nistgħu b’mod volontarju nagħmlu t-​tajjeb maʼ dawk imseħbin magħna fil-​fidi.​—Gal. 6:​10.

3 L-​aħwa rġiel jistgħu juru l-​volontà tagħhom li jiġu wżati fl-​organizzazzjoni taʼ Jehovah billi jistinkaw ħalli jilħqu l-​kwalifiki għal anzjani u qaddejja ministerjali. (1 Tim. 3:​2-10, 12, 13; Tit. 1:​5-9) Hekk kif inkomplu niżdiedu fin-​numru, hemm il-​bżonn t’aħwa rġiel ikkwalifikati li huma lesti li jkunu minn taʼ quddiem f’li jippridkaw u jgħallmu u f’li jindokraw il-​kongregazzjonijiet.​—1 Tim. 3:1.

4 Forsi xi ftit minna jistgħu jagħmlu lilhom infushom disponibbli għas-​servizz taʼ Jehovah f’qasam akbar billi jinkitbu bħala pijunieri awżiljari minn żmien għal żmien. Jerġaʼ wkoll, bi ftit ­aġġustamenti raġonevoli fl-​iskeda tagħna, forsi nkunu nistgħu nagħmlu dan kontinwament jew saħansitra nibdew fis-​servizz taʼ pijunier regulari. Huma ċ-​­ċirkostanzi tagħna tali li nistgħu mmorru noqogħdu x’imkien fejn hemm bżonn akbar għall-​għajnuna? Ħafna qiegħed ukoll jiġi mwettaq fil-​bini taʼ Swali tas-​Saltna, Swali taʼ l-​Assembleat, u faċilitajiet tal-​fergħat madwar id-​dinja, fejn hemm bżonn taʼ ħafna wħud li lesti għax-​xogħol. Dawk li offrew lilhom infushom għal dawn ix-​xogħlijiet mill-​aħjar huma apprezzati ħafna, u dawn ġew imberkin bil-​bosta!​—Luqa 6:38.

5 Dawn huma żminijiet eċċitanti. Jehovah, permezz taʼ l-​ispirtu tiegħu, qiegħed iwettaq xogħol meraviljuż fuq l-​art permezz tan-​nies ħerqanin tiegħu! Kull meta Jehovah, permezz taʼ l-​organizzazzjoni tiegħu, jibgħat stedina biex uħud jieħdu sehem f’iktar attività tas-​Saltna, nagħmlu tajjeb li nistaqsu lilna nfusna: ‘Għadni jien noffri lili nnifsi minn jeddi?’ Imbagħad għandna neżaminaw bit-​talb lil qalbna u liċ-​ċirkostanzi tagħna. Id-​devozzjoni tagħna lejn Alla se ġġagħalna nagħmlu dak kollu li nistgħu fis-​servizz sagru, u b’hekk inferrħu qalb Jehovah!​—Sof. 3:​17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja