Sofonija
3 Gwaj għaliha dik li qed tirribella u titniġġes, il-belt oppressiva!+ 2 Ma semgħetx minn leħen;+ m’aċċettatx id-dixxiplina.+ Ma fdatx f’Ġeħova.+ Ma resqitx qrib lejn Alla tagħha.+ 3 Il-prinċpijiet tagħha f’nofsha kienu ljuni jgħajtu.+ L-imħallfin tagħha kienu lpup taʼ fil-għaxija li ma baqgħux igerrmu l-għadam sa fil-għodu.+ 4 Il-profeti tagħha kienu insolenti, kienu rġiel tradituri.+ Il-qassisin tagħha kasbru dak li kien qaddis; kisru l-liġi.+ 5 Ġeħova kien ġust f’nofsha;+ m’għamel ebda inġustizzja.+ Kull fil-għodu baqaʼ jagħtihom id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu.+ Mad-dawl taʼ l-għodwa ma kinitx tkun nieqsa.+ Imma l-inġust ma kienx jaf x’inhi mistħija.+
6 “Jien qaċċatt il-ġnus; it-torrijiet tagħhom tal-kantunieri ntgħamlu ħerba. Ħarbatt it-toroq tagħhom, u b’hekk ma kien hemm ħadd għaddej minnhom. Il-bliet tagħhom ġew abbandunati, u b’hekk ma kien hemm ebda bniedem fihom, ebda abitant.+ 7 Jien għedt lill-belt, ‘Żgur li int se tibżaʼ minni; se taċċetta d-dixxiplina’;+ u b’hekk il-post fejn tgħammar ma jinqeridx+ minħabba dak kollu li se nitlob kont tiegħu minnha.+ Imma tabilħaqq huma kienu ħfief biex jagħmlu l-ħsara.+
8 “‘Għalhekk ibqgħu stennewni,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘sal-jum li fih inqum biex naħtaf il-priża,+ għax id-deċiżjoni ġudizzjarja tiegħi hi li niġbor il-ġnus,+ li niġmaʼ flimkien saltniet, sabiex insawwab fuqhom il-kundanna tiegħi,+ ir-rabja taħraq kollha tiegħi; għax bin-nar taż-żelu tiegħi l-art kollha se tinbelaʼ.+ 9 Għax f’dak iż-żmien se nagħti lill-popli l-bidla għal lingwa pura,+ biex ilkoll isejħu isem Ġeħova,+ biex jaqduh spalla maʼ spalla.’+
10 “Dawk li qed jitolbuni bil-ħrara, jiġifieri, l-imxerrdin tiegħi, se jġibuli għotja+ mir-reġjun tax-xmajjar taʼ l-Etjopja. 11 F’dak il-jum m’intix se tistħi minħabba l-għemejjel kollha tiegħek li bihom inqast kontrija,+ għax imbagħad jien se nneħħi minn nofsok lil dawk li ferħu b’suppervja;+ u qatt iktar ma se tkun supperva fuq il-muntanja qaddisa tiegħi.+ 12 U se nħalli f’nofsok poplu umli u ġwejjed,+ u huma se jistkennu fl-isem taʼ Ġeħova.+ 13 U dawk li jifdal minn Israel+ ma se jagħmlu ebda inġustizzja,+ lanqas ma se jgħidu xi gidba+ jew jinstab f’fommhom ilsien qarrieq;+ għax huma nfushom se jieklu u jimteddu fil-wisaʼ,+ u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.”+
14 Għajjat bil-ferħ, O bint Sijon! Infexx f’tifħir,+ O Israel! Thenna u ifraħ b’qalbek kollha, O bint Ġerusalemm!+ 15 Ġeħova neħħa l-ġudizzji minn fuqek.+ Hu biegħed l-għadu tiegħek.+ Is-sultan taʼ Israel, Ġeħova, qiegħed f’nofsok.+ M’intix se tibżaʼ iktar mill-gwaj.+ 16 F’dak il-jum se jingħad lil Ġerusalemm: “Tibżax, O Sijon.+ Ħa ma jintelqux idejk.+ 17 Ġeħova Alla tiegħek qiegħed f’nofsok. Bħala Wieħed setgħan, hu se jagħtik salvazzjoni.+ Se jithenna minħabba fik b’ferħ kbir.+ Se jistrieħ għax ikun sodisfatt bl-imħabba li wriek. Se jifraħ minħabba fik b’għajat hieni.
18 “Se niġbor flimkien+ lil dawk milqutin min-niket+ għax ma kinux hemmhekk fl-istaġun tiegħek tal-festi; ma kinux miegħek, għax ġarrew it-tmaqdir tagħhom.+ 19 Ara, f’dak iż-żmien+ se naġixxi kontra dawk kollha li ġegħluk issofri; u se nsalva lil dik li qed izzappap+ u niġbor flimkien lil dawk li huma mxerrdin.+ U nara li jkollhom tifħir u isem tajjeb fl-art kollha fejn ġew imġegħlin jistħu. 20 F’dak iż-żmien se ndaħħalkom ġewwa, iva, fiż-żmien meta niġborkom flimkien. Għax se nġegħelkom tkunu msemmijin u mfaħħrin fost il-popli kollha taʼ l-art, meta niġbor lura lill-imjassrin tagħkom quddiem għajnejkom,” qal Ġeħova.+