LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/96 p. 2
  • “Għajnuna Fiż-Żmien Xieraq”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Għajnuna Fiż-Żmien Xieraq”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Sus Wara L-Paċi t’Alla fil-Ħajja tal-Familja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Naqsmu M’Oħrajn Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Ngħinu Lil Familji Biex Jassiguraw Futur Dejjiemi
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Assigura Futur Dejjiemi għall-​Familja Tiegħek
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 12/96 p. 2

“Għajnuna Fiż-​Żmien Xieraq”

1 Kemm huwa rifreskanti li nirċievu għajnuna sewwa sew meta għandna bżonnha! (Ebr. 4:​16) Fil-​Konvenzjoni Distrettwali “Messaġġiera Tal-​Paċi Divina,” fraħna meta ġejna mogħtijin żewġ provvedimenti speċjali t’għajnuna sewwa sew fiż-​żmien xieraq.

2 Il-​ktieb il-​ġdid, Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja, ġie fi żmien addattat. Dan jiffoka fuq erbaʼ bżonnijiet essenzjali li jippromwovu ħajja tal-​familja hienja: (1) kontroll fuqna nfusna, (2) li nirrikonoxxu l-​istat taʼ kap, (3) komunikazzjoni tajba, u (4) imħabba. Il-​pariri ppreżentati fil-​ktieb L-​Hena Fil-​Familja se jgħinu lill-​familji kollha li japplikawhom biex isibu paċi divina. Warrbu ħin biex taqraw il-​ktieb il-​ġdid bir-​reqqa u biex tistudjawh flimkien bħala familja. Siru midħla sew tal-​karatteristiċi tiegħu sabiex tkunu ppreparati biex tużawh b’mod effettiv meta jiġi offrut lill-​pubbliku għall-​ewwel darba, f’Marzu.

3 Il-​brochure il-​ġdid, Alla X’Jirrikjedi Minna?, ħareġ fiż-​żmien xieraq biex jgħaġġel ix-​xogħol tagħna taʼ li nagħmlu dixxipli. Fil-​waqt li dan jistaʼ jiġi wżat b’mod speċjali biex jgħin lil nies b’abbiltà limitata fil-​qari, ħafna adulti u tfal żgħar li jafu jaqraw sew se jibbenefikaw ukoll mill-​ispjegazzjoni sempliċi tiegħu taʼ tagħlim bażiku mill-​Bibbja. Jistaʼ jkun eżatt dak li hemm bżonn biex jinbeda studju bħala l-​ewwel pass li jwassal għall-​ktieb Għarfien. Dan il-​provvediment żgur li se jgħin lil ħafna oħrajn biex japprezzaw kif huma jistgħu jiġu mberkin bil-​kbir billi jagħmlu dak li jirrikjedi Alla.

4 David esprima s-​sentimenti tagħna perfettament meta ddikjara li ‘ma kien jonqsu xejn, ruħu kienet rifreskata, u l-​kies tiegħu kien mimli sew!’ (Salm 23:​1, 3, 5) Aħna nħarsu ’l quddiem kollna ferħ biex ngħaddu din l-​għajnuna spiritwali taʼ l-​għaġeb lil ħafna oħrajn li sinċerament jixtiequ jkunu jafu u jaqdu lill-​veru Alla, Jehovah.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja