Avviżi
◼ L-offerta tal-letteratura għal Jannar: Il-Ktieb Tiegħi Taʼ Stejjer Mill-Bibbja. Frar: L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Marzu: Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja. April: Kopji individwali kemm taʼ It-Torri Taʼ L-Għassa bil-Malti u bl-Ingliż u kemm taʼ l-Awake! Għal territorju li jinħadem taʼ spiss, il-brochure il-ġdid, Alla X’Jirrikjedi Minna?, jistaʼ jiġi wżat.
◼ Il-pubblikaturi mgħammdin kollha preżenti fil-Laqgħa tas-Servizz il-ġimgħa li tibda 6 taʼ Jannar se jingħataw il-biljett taʼ Direttiva Medika Bil-Quddiem/Li Jeħles Lit-Tobba u l-Biljett taʼ l-Identità għal uliedhom.
◼ B’seħħ minn Frar, u mhux iktar tard mit-2 taʼ Marzu, it-taħdita pubblika ġdida għall-indokraturi tas-circuit se tkun “Uża L-Edukazzjoni Biex Tfaħħar Lil Jehovah.”
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu arranġamenti konvenjenti biex jiċċelebraw il-Mafkar din is-sena nhar il-Ħadd, 23 taʼ Marzu, wara nżul ix-xemx. Għalkemm it-taħdita tistaʼ tibda qabel, it-tqassim taʼ l-emblemi tal-Mafkar m’għandux jibda qabel inżul ix-xemx. Iċċekkjaw maʼ sorsi lokali biex tiddeterminaw meta tinżel ix-xemx fl-inħawi tagħkom. Peress li f’dik il-ġurnata m’għandhom isiru l-ebda laqgħat ħlief dawk tas-servizz taʼ l-għalqa, għandhom isiru aġġustamenti xierqa biex l-Istudju tat-Torri Taʼ L-Għassa jiġi kondott darb’oħra. L-indokraturi tas-circuit se jkollhom bżonn jaġġustaw l-iskeda tagħhom tal-laqgħat għal dik il-ġimgħa skond iċ-ċirkostanzi lokali. Għalkemm huwa mixtieq li kull kongregazzjoni jkollha ċ-ċelebrazzjoni tal-Mafkar tagħha stess, dan mhux dejjem jistaʼ jkun possibbli. Fejn numru taʼ kongregazzjonijiet normalment jużaw l-istess Sala tas-Saltna, forsi kongregazzjoni waħda jew iktar jistgħu jiksbu l-użu taʼ faċilità oħra għal dik il-lejla. Il-Mafkar m’għandux jibda daqshekk tard li wħud ġodda interessati jsibu li huwa inkonvenjenti li jattendu. Lanqas m’għandha l-iskeda tkun daqshekk stretta li ma jkunx hemm ħin qabel u wara ċ-ċelebrazzjoni biex nilqgħu viżitaturi, nagħmlu arranġamenti għal iktar assistenza spiritwali għal uħud interessati, jew ingawdu tibdil ġenerali taʼ inkuraġġiment. Wara li jikkunsidraw bir-reqqa l-fatturi kollha, l-anzjani għandhom jiddeċiedu liema arranġamenti se jgħinu l-aħjar lil dawk li jattendu l-Mafkar biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-okkażjoni.
◼ It-taħdita pubblika speċjali għall-istaġun tal-Mafkar 1997 se tingħata l-Ħadd, 6 t’April. Se jiġi pprovdut outline. Dawk il-kongregazzjonijiet li fit-tmiem taʼ dik il-ġimgħa jkollhom iż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit, assemblea tas-circuit, jew jum t’assemblea speċjali se jkollhom it-taħdita speċjali l-ġimgħa taʼ wara. L-ebda kongregazzjoni m’għandu jkollha t-taħdita speċjali qabel is-6 t’April.
◼ Il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandhom ikunu konxji li l-aġġustamenti li ġejjin huma meħtiġin meta l-kongregazzjoni tattendi assembleat lokali: Meta jkun se jsir programm taʼ jum t’assemblea speċjali, il-kongregazzjoni għandu jkollha l-laqgħat normali tagħha kollha matul il-ġimgħa, bl-eċċezzjoni li l-Laqgħa Pubblika u l-Istudju tat-Torri Taʼ L-Għassa jiġu kkanċellati. Meta tkun se tattendi assemblea tas-circuit, il-kongregazzjoni għandha tħassar ukoll l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku u l-Laqgħat Tas-Servizz; l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni biss se jsir lokalment matul dik il-ġimgħa.