LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/97 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Jannar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Jannar
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 1/97 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Jannar

Ġimgħa Li Tibda 6 Taʼ Jannar

Għanja 6

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru Tas-​Saltna. Ikkummenta fuq ir-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Settembru, kemm għall-​pajjiż u kemm għall-​kongregazzjoni lokali.

20 min: Wasal Iż-​Żmien Li Nġeddu L-​Biljett Taʼ Direttiva Medika Bil-​Quddiem/Li Jeħles Lit-​Tobba. Anzjan ikkwalifikat jiddiskuti l-​importanza taʼ li nimlew il-​biljett kompletament u nġorruh magħna l-​ħin kollu. Dan id-​dokument jitkellem għalik jekk int ma tistax titkellem għalik innifsek f’każ t’emerġenza. (Qabbel Proverbji 22:3.) Għandu jimtela biljett ġdid kull sena biex tingħata dikjarazzjoni kurrenti dwar l-​irrifjutar tad-​demm, peress li xi tobba u oħrajn sostnew li dokumenti li għandhom iktar minn sena jistgħu ma jirriflettux il-​konvinzjoni li għandu bħalissa l-​individwu. Wara l-​laqgħa, il-​pubblikaturi mgħammdin kollha se jingħataw il-​biljett taʼ Direttiva Medika Bil-​Quddiem/Li Jeħles Lit-​Tobba, u dawk li għandhom tfal taħt l-​età mhux mgħammdin se jirċievu Biljett taʼ l-​Identità għal kull tifel u tifla. Spjega li dawn il-​biljetti m’għandhomx jimtlew dik il-​lejla. Għandhom jiġu mimlijin bil-​għaqal id-​dar imma MA JIĠUX iffirmati. L-​iffirmar taʼ l-​individwu, tax-​xhieda, u l-​kitba tad-​data fuq il-​biljetti kollha se jsir wara l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni li jmiss, taħt il-​ħarsien taʼ dak li jikkonduċi l-​istudju tal-​ktieb. Dan se jiċċekkja li dawk kollha assenjati fil-​grupp tiegħu rċevew biljett u għandhom l-​għajnuna meħtieġa. Dawk li jiffirmaw bħala xhieda għandhom attwalment jaraw lil sid il-​biljett jiffirma d-​dokument. Kulmin ma jkunx preżenti dak in-​nhar se jiġi mgħejjun minn dawk li jikkonduċu l-​ktieb jew xi anzjan ieħor fil-​Laqgħa tas-​Servizz li jmiss sakemm il-​pubblikaturi kollha li jixtiequ dan jimlew u jiffirmaw il-​biljetti tagħhom kif jixraq. (Irrevedi l-​ittra taʼ l-​1 taʼ Novembru 1996.) Billi jaddattaw il-​lingwaġġ minn dan il-​biljett skond iċ-​ċirkostanzi u t-​twemmin tagħhom, pubblikaturi mhux mgħammdin jistgħu jiktbu d-​direttiva tagħhom stess biex jużawha għalihom infushom u għal uliedhom. Spjega li l-​formola tad-​direttiva bil-​quddiem dwar il-​kura tas-​saħħa pprovduta mis-​Soċjetà hija dokument legali rrikonoxxut minn nies mediċi u legali u li, meta jimtela kif suppost, dan joffri iktar assiguranza legali li x-​xewqat taʼ dak li jkun se jiġu rrispettati fuq id-​demm u fuq deċiżjonijiet oħrajn taʼ kura tas-​saħħa u waqfien tal-​ħajja. Pubblikaturi mgħammdin jistgħu jiksbu kopja taʼ dan id-​dokument mingħand is-​segretarju. (Kuntrarju għall-​biljett taʼ Direttiva Medika Bil-​Quddiem/Li Jeħles Lit-​Tobba, li jiġi mġedded kull sena, il-​formola tad-​direttiva bil-​quddiem dwar il-​kura tas-​saħħa jkollha bżonn tinbidel biss meta int tagħżel li tagħmel xi bidla fiha.) Li neżerċitaw dehen f’li nieħdu ħsieb dawn id-​dettalji vitali se jagħtina l-​prosit mingħand Jehovah.​—Prov. 16:20.

15 min: “Ikkwalifikati u Mgħammrin Biex Ngħallmu Lil Oħrajn.” (Paragrafi 1-6) Agħmel kummenti qosra fuq paragrafi 1-2, billi tenfasizza l-​bżonn li nkunu kunfidenti li bl-​għajnuna taʼ Jehovah nistgħu ngħallmu lil oħrajn b’mod effettiv. Ħejji żewġ pari taʼ pubblikatur u inkwilin kull wieħed biex jagħmlu turija tal-​preżentazzjonijiet f’paragrafi 3-6, billi kull par juri kif issir l-​ewwel żjara u ż-​żjara lura.

Għanja 14 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 13 Taʼ Jannar

Għanja 16

15 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Semmi xi punti taʼ konversazzjoni fl-​aħħar rivisti li ħarġu. Offri xi suġġerimenti dwar kif nintroduċu lilna nfusna meta navviċinaw lin-​nies sabiex nagħtuhom xiehda informali. Stieden lill-​aħwa fl-​udjenza biex isemmu liema kliem tal-​ftuħ użaw meta tkellmu maʼ wħud fil-​ħwienet, fit-​triq, fil-​ġonna, fuq it-​trasport pubbliku, u affarijiet bħal dawn.

15 min: “Ikkwalifikati u Mgħammrin Biex Ngħallmu Lil Oħrajn.” (Paragrafi 7-9) Irrakkonta l-​esperjenza dwar li nagħmlu żjajjar lura li hemm f’paġna 45 tan-​1995 Yearbook, fil-​waqt li tenfasizza l-​importanza li mmorru lura kulfejn inkunu sibna xi interess. Ħejji pubblikatur taʼ l-​esperjenza biex jagħmel turija tal-​preżentazzjonijiet f’paragrafi 7-8. Għalkemm għall-​ewwel noffru kotba oħrajn, għandna nikkonċentraw l-​isforzi tagħna biex eventwalment nikkonduċu studji fil-​ktieb Għarfien. Ħeġġeġ lil kulħadd biex il-​ġimgħa d-​dieħla jwarrab ftit ħin biex jagħmel żjajjar lura.

15 min: Bżonnijiet lokali. Jew “Always Throw Your Burden on Jehovah.” Taħdita inkuraġġanti bbażata fuq The Watchtower taʼ l-​1 t’April, 1996, paġni 27-9.

Għanja 15 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 20 Taʼ Jannar

Għanja 21

10 min: Avviżi lokali.

15 min: “Kull Xorta Taʼ Nies Se Jiġu Salvati.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Stieden lill-​aħwa fl-​udjenza biex jirrakkontaw fil-​qosor xi esperjenzi li juru kif kisbu rispons favorevoli mingħand nies li ġejjin minn livelli tal-​ħajja differenti.

20 min: Nagħtu Xiehda b’Kondotta Tajba. Anzjan imexxi diskussjoni maʼ tnejn jew tliet żgħażagħ. Id-​diskussjoni hija bbażata fuq il-​Watchtower tal-​15 t’Awissu, 1987, paġni 10-20. Inkludi xi esperjenzi ppubblikati kif ukoll xi esperjenzi lokali li juru kif osservaturi baqgħu impressjonati b’mod favorevoli bil-​kondotta retta taʼ żgħażagħ Kris­tjani.

Għanja 23 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 27 Taʼ Jannar

Għanja 20

5 min: Avviżi lokali.

10 min: Reviżjoni tal-​Kaxxa Għall-​Mistoqsija mis-​segretarju.

15 min: “Aħna ‘Nippridkaw il-​Kelma.’” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi xi kummenti għala aħna napprezzaw profondament il-​valur tal-​Kelma t’Alla.​—Ara l-​Awake! tat-​22 taʼ Marzu, 1984, paġni 9-​11.

15 min: Irrevedi l-​Offerta tal-​Letteratura għal Frar. Semmi xi aspetti interessanti tal-​ktieb, bħalma huma: (1) It-​titli li jispikkaw tal-​kapitli, (2) stampi mżewqin, (3) il-​mappa. Fi qbil mal-​parti li saret qabel fil-​laqgħa, ħeġġeġ l-​użu taʼ skrittura magħżula sew fil-​preżentazzjoni. Ħejji waħda jew żewġ preżentazzjonijiet qosra. Fakkar lil kulħadd biex din il-​ġimgħa jiġbor il-​kotba li se ­juża.

Għanja 26 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja