Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ Għala għandna nirrapportaw l-attività tagħna fis-servizz taʼ l-għalqa kull xahar fil-ħin?
Ilkoll kemm aħna nħossu sens taʼ ferħ meta nisimgħu b’affarijiet tajbin li qegħdin jitwettqu waqt li jiġi ppridkat il-messaġġ tas-Saltna. (Ara Proverbji 25:25.) Atti 2:41 jirrapporta li wara d-diskors li jqanqal taʼ Pietru f’jum Pentekoste, “madwar tlett elef ruħ żdiedu.” Ftit żmien wara dan, dak in-numru kien kiber għal “madwar ħamest elef.” (Atti 4:4) Min jaf kemm dawn ir-rapporti ġabu ferħ lill-Kristjani taʼ l-ewwel seklu! Illum aħna nirreaġixxu bl-istess mod għal rapporti inkuraġġanti. Nifirħu meta nisimgħu dwar is-suċċess li jgawdu ħutna waqt li jippridkaw l-aħbar tajba madwar id-dinja.
Peress li hemm involuti ħafna ħin u sforz biex jinġabru rapporti bħal dawn, il-koperazzjoni taʼ kull pubblikatur tas-Saltna hija essenzjali. Kuxjenzjuż int dwar li titfaʼ r-rapport tiegħek taʼ kull xahar fil-ħin?
Rapporti taʼ żjidiet iġibulna ħafna ferħ. Flimkien maʼ dan, ir-rapporti jgħinu lis-Soċjetà biex tanalizza l-progress tax-xogħol madwar id-dinja. Iridu jittieħdu deċiżjonijiet dwar fejn hemm bżonn l-iktar għajnuna jew it-tip u l-ammont taʼ letteratura li għandha tiġi prodotta. L-anzjani f’kull kongregazzjoni jużaw ir-rapporti tas-servizz taʼ l-għalqa biex jiddeterminaw fejn hemm bżonn taʼ titjib. Rapporti tajbin jibnuna, billi jimmotivawna lkoll biex neżaminaw il-ministeru tagħna stess għal xi titjib li jistaʼ jsir.
Il-pubblikaturi kollha jridu jirrikonoxxu r-responsabbiltà individwali tagħhom taʼ li jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa taʼ kull xahar fil-ħin. Dawk li jikkonduċu l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni jinsabu f’pożizzjoni tajba biex ifakkru lill-pubblikaturi dwar din ir-responsabbiltà, peress li huma wkoll attenti biex jagħtu għajnuna persunali lil dawk li forsi jsibu xi ftit tad-diffikultà biex jieħdu sehem fis-servizz taʼ l-għalqa regolarment kull xahar. Din it-tfakkira tistaʼ tingħata fl-aħħar studju taʼ kull xahar tal-ktieb jew f’xi ħin xieraq ieħor. Jekk m’hemmx l-opportunità li r-rapporti tas-servizz taʼ l-għalqa jingħataw fis-Sala tas-Saltna, dak li jikkonduċi l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni jistaʼ jiġborhom u jara li dawn jingħataw lis-segretarju fil-ħin biex jiġu inklużi fir-rapport regulari taʼ kull xahar tal-kongregazzjoni lis-Soċjetà.
Id-diliġenza tagħna f’li nirrapportaw bil-lealtà l-attività tagħna fis-servizz taʼ l-għalqa fil-ħin tħaffef it-tagħbija taʼ dawk li huma responsabbli mill-benesseri spiritwali tagħna.