Nilħqu Mseħbin Fiż-Żwieġ Li M’Humiex Xhieda
1 Hija ħaġa taʼ ferħ kbir meta koppji miżżewġin jingħaqdu fil-qima vera. Madankollu, f’ħafna familji jkun wieħed biss mill-imseħbin fiż-żwieġ li jaċċetta l-mogħdija tal-verità. Kif nistgħu nilħqu lil dawn l-imseħbin fiż-żwieġ li m’humiex Xhieda u ninkuraġġuhom biex iqimu lil Jehovah flimkien magħna?—1 Tim. 2:1-4.
2 Nifhmu Kif Jaħsbuha: Għalkemm xi mseħbin fiż-żwieġ li m’humiex Xhieda jistgħu forsi jopponu, iktar iva milli le l-problema tkun waħda taʼ indifferenza jew taʼ li wieħed ikun fehem ħażin. Dak li jkun jistaʼ forsi jħossu injorat jew jibda jgħir għall-interess spiritwali li tkun għadha kemm sabet is-sieħba tiegħu. “Waħdi ġewwa d-dar, ħassejtni abbandunat,” jiftakar wieħed raġel miżżewweġ. “Ħassejtni li qishom marti u wliedi kienu qed jagħtuni daharhom,” jgħid ieħor. Xi rġiel forsi jaħsbu li qegħdin jitilfu l-familja tagħhom minħabba xi reliġjon. (Ara l-Watchtower tal-15 t’Awissu, 1990, paġni 20-3.) Hu għalhekk li jkun aħjar, jekk inhu possibbli, li r-raġel ikun inkluż mill-bidu fl-arranġament taʼ l-istudju tal-Bibbja fid-dar flimkien maʼ martu.
3 Jaħdmu Bħala Tim: Żewġ Xhieda miżżewġin ħadmu flimkien bħala koppja biex b’mod effettiv jgħinu nies miżżewġin jidħlu fil-verità. Wara li l-oħt tkun stabbiliet studju mal-mara, il-ħu kien imur iżur lir-raġel tagħha. Taʼ spiss kien jirnexxilu jibda studju mar-raġel.
4 Kunu Dħulin u Ospitabbli: Il-familji fil-kongregazzjoni jistgħu jgħinu billi jieħdu interess f’dawk il-familji li għadhom m’humiex magħqudin fil-qima vera. Ftit żjajjar bħala ħbieb jistgħu jgħinu lill-persuna li m’hijiex Xhud tara li x-Xhieda taʼ Jehovah huma Kristjani dħulin u li jixtiequ l-ġid lil kull wieħed minnhom.
5 Minn żmien għal żmien, l-anzjani jistgħu jirrevedu l-isforzi li jkunu saru dan l-aħħar biex jintlaħqu mseħbin fiż-żwieġ li m’humiex Xhieda u jiddeterminaw x’jistaʼ jsir iktar bit-tama li dawn jintrebħu lejn Jehovah.—1 Pt. 3:1, ntt. fin-New World Translation.