LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/97 p. 1
  • Il-Bieb Kbir Għal Attività Huwa Miftuħ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bieb Kbir Għal Attività Huwa Miftuħ
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Materjal Simili
  • Metodi taʼ kif tiġi pritkata l-aħbar tajba
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Qabel Tipprietka, Għandek Mnejn Trid Tfittex
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Modi kif tkabbar il-ministeru tiegħek
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Waqt li Għadek Żagħżugħ, Agħżel li Taqdi lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 11/97 p. 1

Il-​Bieb Kbir Għal Attività Huwa Miftuħ

1 Bħala predikatur żeluż taʼ l-​aħbar tajba, Pawlu fittex bil-​ħerqa territorji fejn kien hemm iktar bżonn. Il-​belt t’Efesu kienet waħda minnhom. Tant mar tajjeb f’li jippriedka hemmhekk li hu kiteb lill-​Kristjani sħabu: “Hemm bieb kbir miftuħ għalija.” (1 Kor. 16:9) Pawlu kompla jaqdi f’dak it-​territorju u għen lil ħafna Efesin biex isiru jemmnu.​—Atti 19:​1-20, 26.

2 Illum, hemm miftuħ għalina bieb kbir li jwassal għal attività. Ġejna mistednin biex ngħinu lil dawk il-​kongregazzjonijiet li m’humiex jirnexxilhom jaħdmu għalkollox it-​territorju kollu tagħhom kull sena. B’hekk l-​isforzi tagħna jistgħu jagħmlu tajjeb għall-​bżonn li jeżisti f’ċerti nħawi.​—Qabbel it-​2 Korintin 8:​13-15.

3 Tistaʼ Taqdi Fejn Hemm Iktar Bżonn? Ikkunsidrajt int permezz tat-​talb il-​possibbiltà li tmur taqdi x’imkien ieħor? Forsi tkun tistaʼ tgħin lil xi kongregazzjoni fil-​post fejn toqgħod int stess. Għax ma tiddiskutix l-​affari maʼ l-​indokratur tas-​circuit u tara x’jissuġġerilek? Jew jistaʼ jkun li ġewwa t-​territorju stess tal-​kongregazzjoni tiegħek, hemm għadd kbir taʼ nies neqsin mis-​smigħ jew li jitkellmu lingwa barranija u li ħadd għadu ma ħa ħsiebhom. Sabiex tlaħħaq maʼ dan il-​bżonn, tistaʼ tagħmel sforz biex titgħallem il-​lingwa tagħhom? Barra minn hekk, forsi fil-​viċinanza diġà jeżisti xi grupp jew xi kongregazzjoni oħra b’dik il-​lingwa li kienu qegħdin ‘jitolbu lis-​Sid għal iktar ħaddiema tas-​Saltna.’ (Mt. 9:​37, 38) Jekk dan hu minnu, kapaċi tgħin?

4 Matul dawn l-​aħħar għaxriet taʼ snin, kien hemm eluf taʼ familji Kristjani li marru joqogħdu f’postijiet oħrajn biex ikollhom sehem akbar fix-​xogħol tal-​ħsad. Tnejn miżżewġin li għamlu dan qalu: “Ridna naqdu lil Jehovah fejn stajna nagħmlu l-​iktar ġid.” Jekk għandek din ix-​xewqa u ssibha possibbli li tmur toqgħod x’imkien ieħor f’dan il-​pajjiż jew jekk tikkwalifika biex taqdi f’xi pajjiż ieħor, l-​ewwel iddiskuti l-​pjanijiet tiegħek maʼ l-​anzjani tal-​kongregazzjoni tiegħek.

5 Jekk tixtieq tistaqsi lis-​Soċjetà dwar fejn jeżisti xi bżonn, agħti lill-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni ittra li tispjega x-​xewqa speċifika tiegħek. Huma jżidu l-​kummenti tagħhom u jibagħtuha lis-​Soċjetà. Hu x’inhu l-​każ, sakemm jibqaʼ miftuħ il-​bieb kbir għal attività, jalla lkoll kemm aħna nibqgħu nħabirku fis-​servizz taʼ Jehovah.​—1 Kor. 15:58.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja