Qassam B’Mod Estensiv L-Aħbar Tas-Saltna Nru. 35
1 Ix-xhur T’ottubru U Novembru Se Jkunu Xhur Biżlin Għalina Lkoll. Matul L-ewwel 11-Il Ġurnata T’ottubru, Se Noffru Kopji Individwali Taʼ It-torri Taʼ L-għassa U Stenbaħ! Bil-malti U Bl-ingliż. Imbagħad, Mill-ħadd, 12 T’ottubru, Sal-ħadd, 16 Taʼ Novembru, Se Nieħdu Sehem fit-tqassim Mad-dinja Kollha Taʼ L-aħbar Tas-saltna Nru. 35. Se Jkollna L-privileġġ Li Nwasslu Messaġġ Importanti Lin-nies Kollha fil-lokalità Tagħna. Dan Huwa T-tweġiba Għall-mistoqsija, “In-nies Kollha Qatt Se Jħobbu Lil Xulxin?” Matul Din Il-kampanja Speċjali, Se Nqassmu L-aħbar Tas-saltna Nru. 35 Fost Il-ġimgħa. Fi Tmiem Il-ġimgħa, flimkien Maʼ Li Nippreżentaw L-aħbar Tas-saltna, Se Noffru L-ħarġiet Kurrenti Tar-rivisti.
2 Min Jistaʼ Jieħu Sehem? Bħas-soltu, l-anzjani se jkunu fuq quddiem fix-xogħol. Kulħadd jieħu pjaċir iqassam l-Aħbar Tas-Saltna, u m’hemmx dubju li ħafna se jkunu l-pubblikaturi li se jagħmlu x-xogħol taʼ pijunier awżiljarju matul wieħed jew inkella fix-xahrejn tal-kampanja. Pubblikaturi oħrajn se jkunu jixtiequ jqattgħu iktar ħin mis-soltu fil-ministeru.
3 Għandek int xi student tal-Bibbja li mexa ’l quddiem sew fl-istudju tiegħu tal-ktieb Għarfien u li dalwaqt se jikkwalifika biex jieħu sehem fis-servizz taʼ l-għalqa? Forsi hu jkun jistaʼ jsir pubblikatur mhux mgħammed kmieni biżżejjed biex jilħaq jieħu sehem fil-kampanja taʼ l-Aħbar Tas-Saltna. Hemm bżonn biss preżentazzjoni sempliċi biex wieħed jintroduċi l-fuljett. Per eżempju, wieħed jistaʼ jgħid: “Dan il-messaġġ tant huwa importanti li qiegħed jixxandar mad-dinja kollha dan ix-xahar f’169 lingwa. Nixtieq nagħtik il-kopja persunali tiegħek.” It-tfal żgħar ukoll jistgħu jkollhom sehem sinjifikanti f’dan ix-xogħol eċċitanti.
4 Dawk li jikkonduċu l-istudju tal-Ktieb għandhom jinkuraġġixxu lil kull membru tal-grupp tagħhom biex jieħu sehem bis-sħiħ fit-tqassim taʼ l-Aħbar Tas-Saltna Nru. 35. Jistaʼ wkoll ikun hemm xi pubblikaturi li saru inattivi imma li kapaċi jerġgħu jsiru attivi fis-servizz li kieku jingħataw l-inkuraġġiment meħtieġ. Qabel ma tibda l-kampanja, l-anzjani għandhom iżuru lil kull wieħed u waħda minnhom biex jaraw x’jistaʼ jsir ħalli dawn jakkumpanjaw lil xi pubblikaturi bl-esperjenza f’dan l-aspett tal-ministeru.
5 Meta Nistgħu Niltaqgħu Għas-Servizz? Din l-attività kollha se tirrikjedi li jkun hemm arranġamenti taʼ gruppi għall-għoti taʼ xiehda li jkunu kemm konvenjenti u kemm prattiċi. Kulfejn ikun possibbli, għandhom jiġu organizzati laqgħat tas-servizz għal kull ġurnata tal-ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd, u fil-għaxijiet. Dawn għandhom jinżammu f’ħinijiet fejn il-pubblikaturi u l-pijunieri jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-perijodu taʼ l-għoti taʼ xiehda. Jistgħu jsiru wkoll arranġamenti għall-gruppi tard wara nofs in-nhar għall-benefiċċju taʼ l-istudenti taʼ l-iskola, tal-ħaddiema li jaħdmu bix-xift, u t’oħrajn. L-indokratur tas-servizz għandu jkun ċert li se jkun hemm biżżejjed territorju minn dar għal dar u tan-negozju sabiex kulħadd ikun jistaʼ jieħu sehem bis-sħiħ fix-xogħol. Fejn f’inħawi minnhom ikun hemm ħafna pubblikaturi, dawn għandhom ikunu għaqlin dwar kemm uħud għandhom jaħdmu f’ċerta parti tat-territorju.
6 Xi Ngħidu Għal Dawk Id-Djar Fejn Ma Nsibu Lil Ħadd? Aħna nixtiequ nitkellmu maʼ kemm jistaʼ jkun inkwilini biex nispjegawlhom għala għandhom jaqraw l-Aħbar Tas-Saltna Nru. 35. Mela jekk meta tħabbat ma ssib lil ħadd id-dar, ħu nota taʼ l-indirizz u erġaʼ mur f’xi ħin differenti tal-ġurnata. Jekk sa l-aħħar ġimgħa tal-kampanja l-isforzi tiegħek biex tikkuntattja lil dawn l-inkwilini xorta jkunu għadhom bla suċċess, tistaʼ tħalli kopja taʼ l-Aħbar Tas-Saltna f’dik id-dar f’xi post fejn ma tkunx tidher minn dawk li jkunu għaddejjin minn hemm. F’inħawi residenzjali, kun konxju li toffri l-Aħbar Tas-Saltna lil individwi li jkunu għaddejjin mit-triq. Meta jkunu qed jinħadmu nħawi rurali u fejn ikun hemm iktar territorju milli jistaʼ jintlaħaq matul il-kampanja, tistaʼ titħalla kopja taʼ l-Aħbar Tas-Saltna fl-ewwel żjara meta ma nsibu ’l ħadd id-dar.
7 X’Inhu L-Objettiv Tagħna? Il-kongregazzjonijiet għandhom jistinkaw biex jużaw il-provista tagħhom kollha taʼ l-Aħbar Tas-Saltna biex ikopru t-territorju tagħhom kollu qabel ma tintemm il-kampanja fis-16 taʼ Novembru. Jekk it-territorju li minnu hija inkarigata l-kongregazzjoni tiegħek huwa kbir mhux ħażin u jekk ma jkunx taʼ periklu li taħdem waħdek minflok ma tkunu tnejn, jistaʼ jkun prattiku li tagħmel hekk. Dan se jgħinek tilħaq bl-aħbar tajba lil kemm jistaʼ jkun uħud li jixirqilhom. (Matt. 10:11) Jistaʼ jkun taʼ vantaġġ li ġġorr xi ftit fuljetti f’idejk u żżomm Bibbja fil-but jew f’xi basket żgħir, minflok ma toqgħod tuża briefcase. Kun ċert li tieħu nota sewwa taʼ kulfejn tkun sibt xi interess.
8 Lest Int Biex Tibda? L-anzjani għandhom jantiċipaw kemm se jkollha bżonn rivisti żejda l-kongregazzjoni u għandhom jordnaw skond il-bżonn. M’hemmx għalfejn tiġi ordnata l-Aħbar Tas-Saltna Nru. 35, peress li se tintbagħat kunsinna lil kull kongregazzjoni. Il-pijunieri speċjali, regulari, u awżiljarji se jkollhom 250 kopja kull wieħed x’iqassmu, fil-waqt li l-pubblikaturi tal-kongregazzjoni se jingħataw 50 kopja kull wieħed. Għandna biċċa xogħol x’nagħmlu. Ħerqan int biex tieħu sehem f’din l-attività mill-isbaħ? Daż-żgur li int. Ejjew inqassmu f’kemm jistaʼ jkun postijiet il-messaġġ importanti bbażat mill-Bibbja li fiha l-Aħbar Tas-Saltna Nru. 35!