Laqgħat tas-Servizz għal Diċembru
Ġimgħa Li Tibda 1 Taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru Tas-Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jappoġġja ż-żjara taż-żona f’Jannar.
15 min: “Tkellem Dwar Jehovah Kuljum.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Meta tgħaddi paragrafu 4, inkludi xi kummenti mill-iSchool Guidebook, studju 16, paragrafi 14-16.
20 min: “Il-Bibbja—Il-Gwida T’Alla Għan-Nies Kollha.” Anzjan jiddiskuti l-artiklu flimkien maʼ raġunijiet għala kulħadd għandu jkun imqanqal li jeżamina l-Bibbja. (Ara l-brochure Ktieb Għan-Nies Kollha, paġni 30, 32.) Intervista fil-qosor lil żewġ pubblikaturi dwar kif ippreparaw biex jużaw il-preżentazzjonijiet issuġġeriti f’paragrafi 3-8. Offri turija taʼ waħda minn dawn għall-ewwel żjara u ż-żjara lura li tmur magħha.
Għanja 165 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 8 Taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
20 min: “Why Report What Is Bad?” (Għala Tirrapporta Dak Li Hu Ħażin?) Taħdita minn anzjan ibbażata fuq il-Watchtower tal-15 t’Awissu, 1997, paġni 26-30. (Edizzjoni Ingliża)
15 min: “In-Nuqqas Tal-Preżenza Tiegħek Jinħass!” Diskussjoni maʼ l-udjenza mmexxija minn anzjan. Semmi l-medji taʼ l-attendenza għal-laqgħat għall-kongregazzjoni. Stieden lil xi wħud biex isemmu raġunijiet għala jħossuhom aħjar meta niltaqgħu flimkien għal-laqgħat.
Għanja 172 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 15 Taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Offri xi suġġerimenti dwar kif nistgħu nwieġbu bit-tattika għal tislijiet konnessi maʼ btajjel dinjin. Semmi l-arranġamenti speċjali tas-servizz taʼ l-għalqa għall-25 taʼ Diċembru u l-ewwel taʼ Jannar.
10 min: Bżonnijiet lokali.
25 min: “Aħna Rridu Nkunu Għalliema, Mhux Sempliċement Predikaturi.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Meta tgħaddi paragrafu 11, aqra l-iSchool Guidebook, studju 15, paragrafu 11.
Għanja 174 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 22 Taʼ Diċembru
8 min: Avviżi lokali.
17 min: “L-Iskola Tal-Ministeru Teokratiku Għall-1998.” Taħdita mill-indokratur taʼ l-iskola. Irrevedi xi modi li bihom ilkoll nistgħu nibbenefikaw iktar bis-sħiħ mill-iskola matul is-sena d-dieħla. Inkuraġġixxi biex inżommu maʼ l-“Iskeda Għall-Qari Tal-Bibbja Supplimentari” l-ġdida kull ġimgħa.
20 min: Xandar L-Aħbar Tajba Maʼ Kullimkien. Diskussjoni maʼ l-udjenza tal-ktieb Our Ministry, paġni 92-7, billi tuża dawn il-mistoqsijiet: (1) Għala huwa l-użu tal-letteratura tagħna effettiv f’li tixxerred l-aħbar tajba? Għala għandna noffru l-letteratura f’kull opportunità? Għala huwa importanti li jissemma l-arranġament tad-donazzjoni meta jitqajmu mistoqsijiet dwar il-prezz? (2) Għala għandna nkunu konxji dwar li nagħtu xiehda informali? Liema huma xi modi taʼ kif nagħtu xiehda informali? (Stieden lil xi wħud biex jirrakkontaw esperjenzi f’li jagħtu xiehda informali.) (3) Għala għandha l-kongregazzjoni tistinka biex tkopri tajjeb it-territorju mogħti lilha? Fejn hemm ħafna territorju, x’inhu l-vantaġġ taʼ li jkollok territorju persunali? (4) Kif nibbenefikaw minn arranġamenti għal għoti taʼ xiehda bħala grupp? Kif nistgħu nippjanaw l-attività tagħna taʼ l-għoti taʼ xiehda sabiex inkunu ċerti li nagħmlu l-aħjar użu mill-ħin tagħna?
Għanja 222 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 29 Taʼ Diċembru
8 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa. Jekk il-kongregazzjoni tiegħek se tbiddel il-ħinijiet tal-laqgħat għas-sena l-ġdida, bi ħlewwa offri inkuraġġiment billi tħeġġeġ lil kulħadd jibqaʼ jattendi regolarment mal-kongregazzjoni fil-ħinijiet ġodda tagħha.
12 min: Irrevedi L-Offerta Tal-Letteratura Għal Jannar. Semmi xi punti interessanti li nistgħu nitkellmu dwarhom u li jkunu t’għajnuna f’li nippreparaw preżentazzjonijiet bil-ktieb Magħqudin Fil-Qima. Inkludi turija waħda. Għandna nkomplu l-isforzi tagħna f’li nibdew studji jew fil-brochure X’Jirrikjedi jew fil-ktieb Għarfien.
15 min: “Programm Tad-Dedikazzjoni.” Taħdita mill-indokratur li jippresiedi li tkopri l-punti prinċipali fl-artiklu, flimkien maʼ xi informazzjoni oħra li tkun disponibbli sa l-aħħar taʼ Diċembru.
10 min: Taħdita lokali li tkopri sitwazzjonijiet partikulari li jirrikjedu gwida bl-imħabba u direzzjoni spiritwali.
Għanja 215 u talba taʼ l-għeluq.