LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/98 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 1/98 p. 3

Avviżi

◼ Offerta tal-​letteratura għal Jannar: Magħqudin Fil-​Qima. Il-​kongregazzjonijiet li m’għandhomx provista taʼ dawn il-​kotba jistgħu joffru Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art. Frar: Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Ikkonċentra fuq li tibda studji tal-​Bibbja fid-​djar. April: Kopji individwali taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! bil-​Malti u bl-​Ingliż.

◼ Il-​pubblikaturi mgħammdin kollha preżenti għal-​Laqgħa tas-​Servizz fil-​ġimgħa tal-​5 taʼ Jannar se jingħataw l-​Advance Medical Directive/Release card u l-​Identity Card għal uliedhom.

◼ B’seħħ mill-​bidu taʼ Frar, u mhux iktar tard mill-​1 taʼ Marzu, it-​taħdita pubblika l-​ġdida għall-​indokraturi tas-​circuit se tkun “Għandek l-​Istess Ħarsa taʼ Alla Dwar il-​Ħajja?”

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu arranġamenti konvenjenti biex jiċċelebraw il-​Mafkar din is-​sena nhar is-​Sibt, 11 taʼ April, wara nżul ix-​xemx. Għalkemm it-​taħdita tistaʼ tibda iktar kmieni, it-​tqassim taʼ l-​emblemi tal-​Mafkar m’għandux jibda qabel inżul ix-​xemx. Iċċekkja maʼ sorsi lokali biex tiddetermina meta jseħħ inżul ix-​xemx fil-​lokalità tiegħek. Għalkemm huwa mixtieq li kull kongregazzjoni jkollha ċ-​ċelebrazzjoni tal-​Mafkar tagħha stess, dan mhux dejjem jistaʼ jkun possibbli. Fejn normalment għadd taʼ kongregazzjonijiet jużaw l-​istess Sala tas-​Saltna, forsi kongregazzjoni waħda jew iktar jistgħu jiksbu l-​użu taʼ xi faċilità oħra għal dik il-​lejla. Il-​Mafkar m’għandux jibda tant tard li wħud ġodda li juru interess isibuha inkonvenjenti li jattendu. Lanqas m’għandha l-​iskeda tkun daqshekk mimlija li ma jifdalx ħin qabel jew wara ċ-​ċelebrazzjoni biex jiġu milqugħin il-​mistednin, jintgħamlu xi arranġamenti għal tkomplija taʼ assistenza spiritwali għal uħud interessati, jew jitgawda tpartit taʼ inkuraġġiment inġenerali. Wara li bir-​reqqa jiġu kkunsidrati l-​fatturi kollha, l-​anzjani għandhom jiddeċiedu liema arranġamenti se jgħinu bl-​aħjar mod lil dawk li jattendu għall-​Mafkar biex jibbenefikaw bis-​sħiħ mill-​okkażjoni.

◼ It-​taħdita pubblika speċjali għall-​istaġun tal-​Mafkar 1998 se tingħata nhar il-​Ħadd, 29 taʼ Marzu. Outline se jkun ipprovdut. Dawk il-​kongregazzjonijiet li se jkollhom iż-​żjara taʼ l-​indokratur tas-​circuit, l-​assemblea tas-​circuit, jew il-​jum taʼ assemblea speċjali f’dak tmiem il-​ġimgħa se jkollhom it-​taħdita speċjali l-​ġimgħa taʼ wara. L-​ebda kongregazzjoni m’għandu jkollha t-​taħdita speċjali qabel id-​29 taʼ Marzu, 1998.

◼ Il-​ġemgħa taʼ l-​anzjani għandha żżomm f’moħħha li dawn il-​bidliet li ġejjin huma meħtiġin meta l-​kongregazzjoni tattendi l-​assemblea lokali: Meta jum taʼ assemblea speċjali jkun fl-​iskeda, il-​kongregazzjoni għandu jkollha l-​laqgħat tas-​soltu kollha matul dik il-​ġimgħa, ħlief li l-​Laqgħa Pubblika u l-​Istudju taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa jiġu kkanċellati. Meta l-​kongregazzjoni tkun ippjanata li tattendi assemblea tas-​circuit, din trid tikkanċella wkoll l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku u l-​Laqgħa tas-​Servizz; l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni biss se jinżamm lokalment matul dik il-​ġimgħa.

◼ B’seħħ mill-​ġimgħa taʼ l-​4 taʼ Mejju, 1998, u jkompli sal-​ġimgħa taʼ l-​14 taʼ Settembru, 1998, Il-​Bibbja​—Il-​Kelma t’Alla jew tal-​Bniedem? se jiġi kkunsidrat fl-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja