Uża l-Handbills Tajjeb
1 Il-handbills tal-kongregazzjoni huma utli biex jinformaw lin-nies fil-komunità dwar l-indirizz tas-Sala tas-Saltna u l-ħin eżatt tal-laqgħat. Ikun tajjeb li tħalli waħda maʼ kull persuna li tiltaqaʼ magħha. Għal dak l-għan, kull kongregazzjoni għandha żżomm provista abbundanti taʼ handbills għall-użu. Għal kongregazzjonijiet li kull sena jbiddlu l-ħinijiet tal-laqgħat, f’Jannar, handbills ġodda għandhom jiġu ordnati kull sena matul Ottubru taʼ qabel sabiex provista bil-ħinijiet kurrenti tal-laqgħat jistgħu dejjem ikunu disponibbli. Il-formola Handbill Request għandha tintuża għal dan l-iskop. Ladarba jkollok il-handbills, kif tistaʼ tużahom bl-aħjar mod?
2 Ħafna pubblikaturi jsibu illi li jagħtu waħda lil xi ħadd huwa mod effettiv biex jintroduċu ruħhom u jibdew konversazzjonijiet. Billi tindika l-iskeda tal-laqgħat jew il-messaġġ li hemm fuq in-naħa taʼ wara, dan jistaʼ jiftaħ it-triq għal diskussjoni dwar xogħolna u l-iskop tiegħu. Il-ġenituri jistgħu jinvolvu lil uliedhom ċkejknin fil-ministeru billi jħalluhom joffru handbill f’kull bieb. Pubblikaturi li jieħdu sehem fl-għoti taʼ xiehda bl-ittri għandhom jinkludu handbill fl-ittra tagħhom u jistiednu lill-persuna biex tattendi għal-laqgħat. Il-handbills jistgħu jitħallew fejn in-nies ma jkunux id-dar, basta jitpoġġew bil-galbu taħt il-bieb fejn assolutament ma jidhrux.
3 Il-handbills kienu u għadhom mezz siewi f’li jidderieġu wħud taʼ qalb onesta lejn il-verità. Esperjenza waħda tgħid dwar mara li, grazzi għal handbill, setgħet taqtaʼ x-xewqa taʼ ħajjitha li tifhem il-Bibbja. Wara li kienet qattgħet lejl titlob lil Alla, koppja miżżewġa li kienu Xhieda ċemplulha l-qanpiena tal-bieb fil-għodu. X’ħin ħarset mit-toqba tal-bieb, hi qaltilhom li ma setgħetx tiftaħ. Ix-Xhieda tefgħu handbill taħt il-bieb. Kienet tgħid: “Kun Af il-Bibbja Tiegħek.” Hi ratha u fetħet. Mill-ewwel inbeda studju tal-Bibbja, u iktar tard tgħammdet. Jalla regolarment nużaw il-handbills tajjeb waqt li nwettqu għalkollox il-ministeru tagħna, billi qatt ma nissottovalutaw il-qawwa taʼ l-ispirtu taʼ Alla.—Ara wkoll l-Our Kingdom Ministry taʼ Frar 1994, paġna 1.