Laqgħat tas-Servizz għal Jannar
Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Jannar
8 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna.
17 min: “Tgħaxxaq f’li Tagħti Xiehda bir-Reqqa.” Diskussjoni taʼ l-artiklu maʼ l-udjenza. Enfasizza l-punti essenzjali għal preżentazzjoni effettiva: (1) Agħti tislima taʼ ħbiberija, (2) ikkummenta fuq jew staqsi mistoqsija dwar suġġett taʼ interess kurrenti, (3) irreferi għal vers xieraq mill-Iskrittura, u (4) idderieġi l-interess lejn il-pubblikazzjoni li tkun qed toffri. Agħżel pubblikatur kapaċi biex juri preżentazzjoni tal-bidu u żjara lura fuqha.
20 min: Ipprepara Issa Biex Iżżomm mal-Liġi taʼ Alla dwar id-Demm. Anzjan kwalifikat jiddiskuti l-importanza taʼ li timtela kemm l-Advance Medical Directive/Release card kif ukoll il-formola tas-Soċjetà tal-prokura dwar il-kura tas-saħħa. Direzzjoni ispirata f’Salm 19:8 [19:7, NW] turi li Atti 15:28, 29 hija espressjoni tal-liġi perfetta taʼ Alla dwar id-demm. Adoraturi leali jistinkaw biex iżommu maʼ dik il-liġi. Dawn id-dokumenti jagħmlu magħruf id-determinazzjoni tiegħek li tagħmel hekk u jitkellmu għalik meta ma tkunx tistaʼ titkellem għalik innifsek. (Qabbel Proverbji 22:3.) Card ġdida tipprovdi dikjarazzjoni kurrenti taʼ l-irrifjutar tiegħek li tieħu d-demm. Wara din il-laqgħa, Xhieda mgħammdin li jixtiequ card ġdida se jingħataw waħda, u dawk li għandhom tfal taħt it-18-il sena li m’humiex mgħammdin se jirċievu Identity Card għal kull tifel jew tifla. Dawn il-cards m’għandhomx jimtlew il-lejla. Għandhom jimtlew bir-reqqa d-dar imma MA JIĠUX iffirmati. L-iffirmar minnek, u mix-xhieda, u d-data tal-cards kollha se jsiru wara l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni li jmiss, taħt is-superviżjoni tal-ħu li jikkonduċi l-istudju tal-ktieb. Dan se jiżgura li dawk kollha assenjati fil-grupp tiegħu li jridu jesegwixxu din id-direttiva medika jkollhom l-assistenza meħtieġa. Dawk li jiffirmaw bħala xhieda jridu attwalment jaraw lil individwu li se jkollu l-card jiffirma d-dokument. Kulmin ma jkunx preżenti dak in-nhar u li jixtieq li jimla u jiffirma l-card se jiġi megħjun minn dawk li jikkonduċu l-istudju tal-ktieb/anzjani fil-Laqgħa tas-Servizz li jkun imiss sakemm il-pubblikaturi mgħammdin kollha jkollhom il-cards tagħhom mimlijin kif suppost. (Irrevedi l-ittra tal-15 taʼ Ottubru, 1991.) Billi jaddattaw il-kliem minn din il-card għaċ-ċirkostanzi u l-konvinzjonijiet tagħhom stess, pubblikaturi li m’humiex mgħammdin jistgħu jiktbu d-direttiva tagħhom stess għalihom infushom u għal uliedhom. Mill-banda l-oħra, il-formola permanenti tal-prokura hija dokument iktar komprensiv u, ladarba hija bbażata fuq il-liġi statutarja taʼ l-istat, hija rrispettata mill-personell mediku u legali. (Irreferi skond il-bżonn għall-karta taʼ Jannar 1997 intitolata “Information About the Society’s Health-Care Durable Power of Attorney Forms” [Informazzjoni Dwar il-Formoli Permanenti tas-Soċjetà tal-Prokura Dwar il-Kura tas-Saħħa] u l-Kaxxa għall-Mistoqsija fl-Our Kingdom Ministry taʼ Diċembru 1995.) Għall-aħjar protezzjoni legali, huwa rrikkmandat li ż-żewġ dokumenti jimtlew kollha. Fuq il-faċċata taʼ l-Advance Medical Directive/Release card ikteb, preferibbilment bil-kitba tiegħek stess: “Jien imlejt ukoll prokura dwar il-kura tas-saħħa.”
Għanja 142 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: “Uża l-Handbills Tajjeb.” Diskussjoni maʼ l-udjenza. Inkludi l-esperjenza li hemm f’It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Diċembru, 1996, paġna 25, paragrafu 15.
20 min: “Jehovah Jagħti Qawwa Iktar min-Normal.” Mistoqsijiet u tweġibiet. (Ara w-MT90 10/15, paragrafi 15-16.) Irranġa għal xi wħud biex jirrakkontaw esperjenzi inkuraġġanti li juru kif Jehovah saħħaħhom.
Għanja 81 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: Studju tal-Familja li Jġib il-Ferħ. Koppja miżżewġa jiddiskutu l-bżonnijiet spiritwali tal-familja tagħhom. Minħabba li huma kkonċernati dwar l-influwenzi dinjin li jeffettwaw lil uliedhom b’mod negattiv, iħossu l-bżonn li jsaħħu l-ispiritwalità taʼ wliedhom imma jirrikonoxxu li l-istudju tagħhom tal-familja ma kienx regulari u taʼ spiss mhux effettiv. Flimkien, jirrevedu suġġerimenti fuq kif jikkonduċu studju tal-familja taʼ benefiċċju li ġew mogħtijin f’The Watchtower taʼ l-1 t’Awissu, 1997, paġni 26-9. It-tnejn li huma ddeterminati li jippersistu f’li jissalvagwardjaw il-benesseri spiritwali taʼ wliedhom.
Għanja 146 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Jannar
12 min: Avviżi lokali. Irrevedi l-offerta tal-letteratura għal Frar. Semmi xi punt jew tnejn mill-ktieb Tgħix Għal Dejjem li se jkunu taʼ għajnuna meta jiġi offrut.
15 min: “Uri Rispett għall-Post taʼ Qima taʼ Jehovah.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Mogħtija minn anzjan, li għandu jagħmel applikazzjoni lokali b’qalb tajba.
18 min: Nirrapportaw is-Sehem Tagħna fix-Xogħol taʼ l-Għoti taʼ Xiehda Madwar id-Dinja. (Ibbażat fuq il-ktieb Our Ministry, paġni 100-2, 106-10) Taħdita u diskussjoni mogħtijin mis-segretarju. Wara li juri l-preċedent Skritturali għall-irrapportar regulari taʼ l-attività tagħna, hu jistieden żewġ qaddejja ministerjali biex jirrevedu s-sottitlu “Why We Report Our Field Service.” (Għala Nirrapportaw is-Servizz taʼ l-Għalqa Tagħna.) Is-segretarju mbagħad jenfasizza l-importanza taʼ li nagħtu rapporti eżatti fil-pront. Hu jagħti r-raġunijiet għala li nagħmlu miri persunali huwa taʼ benefiċċju, u jikkonkludi b’kummenti inkuraġġanti dwar il-barkiet li jiġu għal dawk li għandhom sehem sħiħ fix-xogħol taʼ l-għoti taʼ xiehda.
Għanja 189 u talba taʼ l-għeluq.