LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/98 p. 7
  • X’inhuma l-Pjanijiet Tiegħek għas-Sajf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’inhuma l-Pjanijiet Tiegħek għas-Sajf?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • X’Inhuma L-Pjanijiet Tiegħek Għas-Sajf?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Se Nerġgħu Nagħmluh?—Appell Ieħor għal Pijunieri Awżiljarji
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Hemm Bżonn—55 Pijunier Awżiljarju
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • ‘Nagħtu Xiehda bir-Reqqa dwar l-Aħbar Tajba’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 5/98 p. 7

X’inhuma l-​Pjanijiet Tiegħek għas-​Sajf?

1 M’huwiex minnu li aħna x’aktarx li iktar nilħqu l-​miri siewja tagħna meta nippjanaw kif inhu l-​aħjar li nużaw il-​ħin disponibbli għalina? Is-​sajf jipprovdilna varjetà t’opportunitajiet biex navanzaw l-​interessi teokratiċi. (Prov. 21:5) X’inhuma xi ftit minn dawn?

2 Il-​Konvenzjoni “Il-​Mod taʼ Ħajja t’Alla” hija avveniment wieħed li kull wieħed minna għandu jinkludi fil-​pjanijiet tiegħu. Irranġa li jkollok ftit ħin liberu mix-​xogħol jew l-​iskola sabiex tkun preżenti għal kull jum tal-​konvenzjoni.

3 Għala ma tippjanax li żżid l-​attività tiegħek fis-​servizz taʼ l-​għalqa matul is-​sajf? Ħinijiet itwal tal-​ġurnata u temp iktar sħun jistgħu jippermettulek tqattaʼ iktar ħin fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Il-​vaganzi taʼ l-​iskola jagħtu l-​opportunità lit-​tfal biex jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju matul wieħed jew iktar mix-​xhur sajfin. Oħrajn ukoll jistgħu jippjanaw bil-​quddiem biex jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju f’Awissu, meta se jkun hemm ħames Sibtijiet u Ħdud. Awissu li ġej, hekk kif nikkonkludu s-​sena taʼ servizz, se jsir sforz għalenija biex kulħadd jieħu sehem fil-​ministeru bl-​iktar mod sħiħ possibbli.

4 Qed tippjana int biex tgħin lil xi kongregazzjoni fil-​qrib li għandha bżonn l-​għajnuna biex tkopri t-​territorju tagħha? L-​indokratur tas-​circuit jistaʼ jinforma lill-​anzjani dwar il-​bżonnijiet fl-​inħawi tiegħek. Għala ma tiddiskutix dan miegħu meta jżurek f’Mejju jew f’Ġunju? Jekk se tieħu vaganza ’l bogħod mid-​dar, ippjana li tattendi għal-​laqgħat u tieħu sehem fis-​servizz taʼ l-​għalqa mal-​kongregazzjoni f’dik il-​lokalità. Jekk iżżur xi qraba li m’humiex Xhieda taʼ Jehovah, ipprepara minn qabel xi modi li bihom tkun tistaʼ taqsam magħhom il-​verità.

5 X’inhuma l-​pjanijiet tiegħek għas-​sajf? Bla dubju int trid tiffriska ruħek fiżikament. Imma tinjorax l-​iktar opportunitajiet importanti li jeżistu biex tagħti enerġija lilek innifsek spiritwalment billi tkompli tpoġġi s-​Saltna l-​ewwel f’ħajtek.​—Mt. 6:33; Efes. 5:​15, 16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja