LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/08 pp. 3-6
  • ‘Nagħtu Xiehda bir-Reqqa dwar l-Aħbar Tajba’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Nagħtu Xiehda bir-Reqqa dwar l-Aħbar Tajba’
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Xandru maʼ Kullimkien il-Kwalitajiet Eċċellenti taʼ Ġeħova
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • ‘Inxandru b’Mod Sħiħ il-Kelma taʼ Alla’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Ibqaʼ Xandar l-Għeġubijiet taʼ Jehovah
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • L-Istaġun tat-Tifkira—Opportunità Biex Inżidu l-Attività Tagħna!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 1/08 pp. 3-6

‘Nagħtu Xiehda bir-​Reqqa dwar l-​Aħbar Tajba’

1. Liema aħbar tajba rridu naqsmu m’oħrajn?

1 F’dinja fejn rari tismaʼ aħbar tajba, aħna għandna l-​privileġġ li ‘nagħtu xiehda bir-​reqqa dwar l-​aħbar tajba tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla.’ (Atti 20:24) Dan jinkludi li ngħidu lin-​nies biex ikunu jafu li d-​dinja l-​ġdida sewwa u ġusta taʼ Ġeħova, dinja ġdida li fiha “l-​affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw,” dalwaqt se tieħu post l-​“aħħar jiem.” (2 Tim. 3:1-5; Riv. 21:4) F’dak iż-​żmien mhux se jkun hemm iktar mard. (Is. 33:24) L-​uħud maħbubin mejtin se joħorġu mill-​oqbra tat-​tifkira u jerġgħu jingħaqdu mal-​familja u l-​ħbieb. (Ġw. 5:28, 29) L-​art kollha se ssir Ġenna taʼ l-​art mill-​isbaħ. (Is. 65:21-23) Dawn huma ftit eżempji taʼ l-​aħbar tajba li rridu naqsmu m’oħrajn!

2. L-​istaġun tat-​Tifkira għala jagħtina opportunità eċċellenti biex nagħtu xiehda dwar l-​aħbar tajba?

2 Ix-​xhur taʼ Marzu, April, u Mejju se joffru opportunità eċċellenti biex inxandru aħbar tajba bħal din. Matul dawn ix-​xhur, it-​temp u l-​ġranet itwal f’ħafna partijiet tad-​dinja jkunu tajbin biex inqattgħu iktar ħin fil-​ministeru. Barra minn hekk, l-​iktar okkażjoni importanti tas-​sena, it-​Tifkira, se tiġi osservata madwar id-​dinja wara nżul ix-​xemx nhar is-​Sibt, 22 taʼ Marzu. Issa huwa ż-​żmien biex nibdew nippreparaw ħalli noħorġu iktar fis-​servizz taʼ l-​għalqa.

3. X’jistaʼ jgħinna nżidu l-​attività tagħna bħala familja?

3 Pijunier Awżiljarju: Tistaʼ tirranġa l-​iskeda tiegħek biex taqdi bħala pijunier awżiljarju għal xahar minnhom, xahrejn, jew it-​tliet xhur kollha? Għax ma twarrabx ftit ħin matul l-​istudju tal-​familja li jmiss sabiex tikkunsidra din il-​kwistjoni? B’kooperazzjoni tajba, membru wieħed jew iktar tal-​familja jistaʼ jirnexxilu jaqdi bħala pijunier awżiljarju. (Prov. 15:22) Itlob dwar din il-​kwistjoni, u tara kif Ġeħova jbierek l-​isforzi tiegħek. (Prov. 16:3) Anki jekk ħadd mill-​familja ma jistaʼ jaqdi bħala pijunier awżiljarju, il-​membri kollha tal-​familja jistgħu jagħmlu miri speċifiċi biex iżidu s-​sehem tagħhom fil-​ministeru hekk kif jaħdmu m’oħrajn li jistgħu jaqdu bħala pijunieri.

4. Kif nistgħu nirranġaw l-​affarijiet fl-​iskeda tagħna biex naqdu bħala pijunieri awżiljarji jekk għandna xogħol full-time?

4 Jekk taħdem xogħol full-time jistaʼ jirnexxilek taqdi bħala pijunier awżiljarju permezz taʼ skeda tajba. Forsi tistaʼ tuża ftit ħin mill-​break taʼ l-​ikel biex tippriedka. Jew tistaʼ tikseb territorju persunali viċin id-​dar tiegħek jew fejn taħdem u tieħu sehem fil-​ministeru għal siegħa jew iktar qabel jew wara x-​xogħol. Jistaʼ jirnexxilek iżżid iktar ħin fl-​iskeda tiegħek billi ċerti affarijiet mhux daqshekk importanti tagħmilhom xahar ieħor u billi tqattaʼ ġranet sħaħ fil-​ministeru matul tmiem il-​ġimgħa. Xi wħud irnexxielhom jieħdu ġurnata leave jew tnejn biex joħorġu fis-​servizz taʼ l-​għalqa.

5. Kif tistaʼ tgħin lill-​uħud imdaħħlin fiż-​żmien jew li m’humiex f’saħħithom biex jaqdu bħala pijunieri awżiljarji?

5 Jekk int imdaħħal fiż-​żmien jew m’intix f’saħħtek jew għandek enerġija limitata, għandek mnejn jirnexxilek taqdi bħala pijunier awżiljarju billi tqattaʼ ftit ħin kuljum fil-​ministeru. Itlob lil Ġeħova biex jagħtik “il-​qawwa iktar min-​normal.” (2 Kor. 4:7) Waħda oħt irnexxielha taqdi bħala pijuniera awżiljarja fl-​età taʼ 106! Bl-​għajnuna tal-​qraba Kristjani tagħha u oħrajn fil-​kongregazzjoni, hi ppridkat minn dar għal dar, għamlet żjajjar lura, marret fuq studji tal-​Bibbja, u ħadet sehem f’oqsma oħrajn tal-​ministeru. Hi kienet t’għajnuna biex jinbdew għaxar studji tal-​Bibbja. “Hekk kif naħseb dwar il-​privileġġ meraviljuż li kelli biex naqdi bħala pijuniera awżiljarja,” tgħid hi, “qalbi timtela bi mħabba u apprezzament għal Ġeħova, għal Ibnu, u għall-​organizzazzjoni Tiegħu kollha mħabba. Tassew nixtieq ngħid ‘grazzi, Ġeħova!’”

6 Jekk int żagħżugħ mgħammed li għadek tmur l-​iskola, int ukoll jistaʼ jirnexxilek taqdi bħala pijunier awżiljarju. Bħal dawk li jaħdmu xogħol full-time, int x’aktarx li tistaʼ tuża primarjament tmiem il-​ġimgħa fl-​iskeda tiegħek għall-​ministeru. Forsi f’xi ġranet tistaʼ toħroġ ukoll siegħa jew iktar wara l-​iskola. Se jkun hemm xi festa pubblika li tistaʼ tużaha biex tieħu sehem fil-​ministeru? Jekk tixtieq taqdi bħala pijunier awżiljarju, tkellem mal-​ġenituri tiegħek dwar dan.

7 Żidu l-​Entużjażmu: L-​anzjani jistgħu jagħmlu ħafna permezz taʼ l-​eżempju tagħhom biex iżidu l-​entużjażmu tal-​kongregazzjoni. (1 Pt. 5:2, 3) Huma għandhom mnejn jiddeċiedu li jżidu iktar laqgħat għas-​servizz taʼ l-​għalqa għal dawk li se jieħdu sehem fil-​ministeru kmieni fil-​għodu, wara l-​iskola, jew wara x-​xogħol. L-​indokratur tas-​servizz għandu jkun ċert li pubblikaturi kwalifikati jiġu inkarigati biex jikkonduċu dawn il-​laqgħat u li jkun hemm biżżejjed territorju kif ukoll rivisti u letteratura disponibbli għal dawn ix-​xhur t’attività speċjali.

8 F’kongregazzjoni waħda, l-​anzjani bdew jinkuraġġixxu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju minn diversi xhur qabel. Huma żammew lill-​kongregazzjoni informata kull ġimgħa dwar kemm kien hemm pubblikaturi approvati biex jaqdu bħala pijunieri awżiljarji. B’riżultat taʼ dan, dawk li xtaqu jżidu s-​sehem tagħhom fil-​ministeru kienu jafu li se jkollhom ħafna maʼ min jaħdmu. Ġew irranġati iktar laqgħat għas-​servizz taʼ l-​għalqa għal fil-​għodu kmieni u fil-​għaxija. Ir-​riżultat kien li f’April 53 pubblikatur qdew bħala pijunieri awżiljarji, kważi nofs il-​kongregazzjoni!

9 Għin lill-​Oħrajn Jippridkaw: Meta wħud ġodda u xi żgħażagħ jikkwalifikaw biex isiru pubblikaturi, huma jistgħu jiġu mistidnin biex jaħdmu fis-​servizz taʼ l-​għalqa maʼ pubblikaturi t’esperjenza. Jistaʼ jkun hemm opportunità bħal din matul l-​istaġun tat-​Tifkira peress li ħafna fil-​kongregazzjoni se jkunu qed iżidu l-​attività tagħhom. Għandek xi student tal-​Bibbja li qed jagħmel progress u li ġab ħajtu fi qbil mal-​livelli sewwa u ġusti taʼ Ġeħova? Għandek xi tfal li qed iġibu ruħhom sew u li qed jagħmlu progress tajjeb imma li għadhom ma sarux pubblikaturi? Jekk uħud bħal dawn jesprimu x-​xewqa li jsiru pubblikaturi mhux mgħammdin u int tħoss li jikkwalifikaw, għid lil xi ħadd mill-​anzjani. L-​indokratur li jippresiedi se jirranġa biex żewġ anzjani jiddiskutu l-​kwistjoni miegħek u maʼ wliedek jew maʼ l-​istudent tiegħek.

10 Ix-​xhur li ġejjin se jkunu wkoll żmien eċċellenti għal dawk li saru inattivi biex jerġgħu jibdew ikunu attivi mal-​kongregazzjoni. L-​indokraturi taʼ l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni u anzjani oħrajn għandhom jagħmlu sforz speċjali biex iżuru lil dawn l-​uħud u jistidnuhom mill-​qalb personalment ħalli jaħdmu magħhom fil-​ministeru. Jekk ilhom inattivi għal żmien twil, l-​ewwel iridu jitkellmu magħhom żewġ anzjani biex jiddeterminaw jekk jikkwalifikawx.—km 12/00 pġ. 7.

11 Ipprepara għat-​Tifkira: Il-​prezz li tħallas għall-​fidwa huwa l-​akbar espressjoni “tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla.” (Atti 20:24) Miljuni taʼ nies grati madwar id-​dinja se jingħaqdu nhar is-​Sibt, 22 taʼ Marzu, wara nżul ix-​xemx, biex josservaw it-​Tifkira tal-​mewt taʼ Kristu. Aħna rridu nistiednu u ngħinu lil dawk kollha taʼ qalb onesta biex jattendu din l-​okkażjoni importanti li se tixhed dwar il-​qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ Ġeħova lejn il-​bnedmin.

12 Agħmel lista taʼ dawk li tixtieq tistieden. Żgur li l-​lista tiegħek se tinkludi lill-​qraba, lill-​ġirien, lil dawk li taf fuq ix-​xogħol jew l-​iskola, lil dawk li xi darba kienu jistudjaw u lil dawk li qed jistudjaw il-​Bibbja bħalissa, u lil oħrajn kollha li żżurhom regolarment. Jekk xi ħadd minn dawk li tistieden ikollu mistoqsijiet dwar it-​Tifkira, bħala għajnuna tistaʼ tuża l-​artiklu fl-​appendiċi tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? f’paġni 206-8 rigward l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej. Dan jistaʼ saħansitra jgħinek tibda studju tal-​Bibbja, ladarba se jagħtik l-​opportunità li tintroduċi l-​pubblikazzjoni li nużaw biex nikkonduċu studji tal-​Bibbja.

13 Waħda oħt għamlet lista taʼ 48 familja li riedet tistieden. Hekk kif stidnithom, hi mmarkat isimhom u kitbet id-​data meta stidnithom. Kemm kienet ferħana li 26 ruħ minn dawk li stiednet ġew għat-​Tifkira! Wieħed ħu li għandu ħanut stieden lil wieħed mill-​ħaddiema li qabel kien qassis. Ir-​raġel attenda u wara qal, “Tgħallimt iktar dwar il-​Bibbja f’siegħa milli fi 30 sena bħala Kattoliku.” Eżatt wara t-​Tifkira, hu aċċetta studju bil-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem?

14 Il-​Kampanja: B’seħħ mis-​Sibt, l-​1 taʼ Marzu, sat-​22 taʼ Marzu, se jiġi mqassam invit speċjali għat-​Tifkira madwar id-​dinja. Il-​pubblikaturi kollha se jkunu jixtiequ jieħdu sehem bis-​sħiħ f’din il-​kampanja importanti. Ikun aħjar li tagħti l-​invit personalment lill-​inkwilin milli tħalli wieħed fil-​kaxxa taʼ l-​ittri. Madankollu, jekk għandkom territorju kbir, l-​anzjani għandhom mnejn jiddeċiedu li l-​inviti jistgħu jitħallew b’mod għaqli lil dawk li ma jkunux id-​dar. Fi tmiem il-​ġimgħa se noffru wkoll il-​ħarġiet kurrenti tar-​rivisti.

15 Ladarba għandna ħin limitat biex inqassmu l-​inviti, ikun l-​aħjar li nagħmlu preżentazzjoni qasira. Kun dħuli u mimli ħeġġa. Tistaʼ tgħid xi ħaġa hekk: “Nixtiequ nkunu ċerti li int, il-​membri tal-​familja tiegħek, u sħabek tiġu mistidnin għal ġrajja importanti li se tinżamm fit-​22 taʼ Marzu. Dan hu l-​invit tiegħek. Id-​dettalji huma stampati fuq l-​invit.” L-​inkwilin għandu mnejn ikollu xi mistoqsijiet. Jew forsi jaċċetta l-​invit u saħansitra jgħid li se jiġi. Ħu nota taʼ l-​interess li ssib, u rranġa biex tmur lura.

16 Is-​sena l-​oħra kien hemm suldat li sab l-​invit tat-​Tifkira fil-​kaxxa taʼ l-​ittri tiegħu. Hu ddeċieda li jattendi imma kellu jieħu permess mingħand is-​surġent tiegħu. Meta wera l-​invit lis-​surġent, is-​surġent qagħad kwiet, u mbagħad qal li l-​ġenituri tiegħu huma Xhieda u li qabel hu kien jattendi l-​laqgħat magħhom. Mhux biss ta l-​permess lis-​suldat biex jattendi imma wkoll mar miegħu għat-​Tifkira!

17 Uri Apprezzament: Hekk kif joqrob l-​istaġun tat-​Tifkira 2008, jalla lkoll kemm aħna nirriflettu dwar il-​qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ Ġeħova għan-​nom tagħna. L-​appostlu Pawlu kiteb: “Nitolbukom bil-​ħrara wkoll biex ma taċċettawx il-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla u titilfu l-​iskop tagħha.” (2 Kor. 6:1) Kif nuru li ma tlifniex l-​iskop tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla? Pawlu kiteb: “Imma b’kull mod nirrikkmandaw lilna nfusna bħala ministri t’Alla.” (2 Kor. 6:4) Għalhekk, aħna nuru l-​apprezzament tagħna għall-​għotja taʼ Ġeħova permezz tal-​kondotta tajba tagħna u billi nippridkaw l-​aħbar tajba b’mod żeluż. F’dan l-​istaġun tat-​Tifkira se jkollna opportunità eċċellenti biex inżidu l-​attività tagħna hekk kif nagħtu xiehda bir-​reqqa dwar l-​aħbar tajba.

6. Iż-​żgħażagħ mgħammdin li għadhom imorru l-​iskola kif jistaʼ jirnexxilhom jaqdu bħala pijunieri awżiljarji?

7. L-​anzjani x’jistgħu jagħmlu biex iżidu l-​entużjażmu għall-​ministeru matul l-​istaġun tat-​Tifkira?

8. X’nitgħallmu mill-​esperjenza taʼ kongregazzjoni waħda?

9. L-​istaġun tat-​Tifkira għala huwa żmien eċċellenti għal dawk li jikkwalifikaw biex isiru pubblikaturi taʼ l-​aħbar tajba?

10. L-​anzjani x’jistgħu jagħmlu biex jgħinu lil dawk li huma inattivi?

11. X’inhi l-​akbar espressjoni “tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla?”

12. Lil min għandna nistiednu għat-​Tifkira?

13. Ġeħova kif bierek l-​isforzi taʼ żewġ pubblikaturi li ddeċidew li jistiednu lil oħrajn għat-​Tifkira?

14. Liema kampanja madwar id-​dinja se tibda fl-​1 taʼ Marzu?

15. Kif nistgħu nippreżentaw l-​invit għat-​Tifkira?

16. Liema esperjenza turi l-​valur tal-​kampanja biex nistiednu lin-​nies fit-​territorju għat-​Tifkira?

17. Kif nuru li ma tlifniex l-​iskop tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla?

[Kaxxa f’paġna 3]

Min Jistaʼ Jirnexxilu Jaqdi Bħala Pijunier Awżiljarju?

◼ Familji

◼ Dawk li jaħdmu full-time

◼ Dawk imdaħħlin fiż-​żmien u dawk li m’humiex f’saħħithom

◼ Dawk li jmorru l-​iskola

[Kaxxa f’paġna 4]

Meta Tqassam l-​Inviti għat-​Tifkira:

◼ Żomm il-​preżentazzjoni fil-​qosor; tkellem bil-​ħeġġa

◼ Ħu nota fejn issib interess u mur lura

◼ Offri r-​rivisti fi tmiem il-​ġimgħa

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja