LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/04 pp. 3-5
  • Ibqaʼ Xandar l-Għeġubijiet taʼ Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibqaʼ Xandar l-Għeġubijiet taʼ Jehovah
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • ‘Nagħtu Xiehda bir-Reqqa dwar l-Aħbar Tajba’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • ‘Inxandru b’Mod Sħiħ il-Kelma taʼ Alla’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Xandru maʼ Kullimkien il-Kwalitajiet Eċċellenti taʼ Ġeħova
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Hemm Bżonn—55 Pijunier Awżiljarju
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 2/04 pp. 3-5

Ibqaʼ Xandar l-​Għeġubijiet taʼ Jehovah

1. X’inhuma xi wħud mill-​għeġubijiet taʼ Jehovah li int tapprezza b’mod partikulari?

1 Ħadd ma jistaʼ jitqabbel m’Alla l-​grandjuż tagħna, Jehovah! David kiteb: “Bla għadd l-​għemejjel tiegħek, Mulej, Alla tiegħi; taʼ l-​għaġeb il-​ħsibijiet tiegħek għalina; ħadd ma jħabbatha miegħek!” (Salm 40:6 [40:​5, NW]) L-​għeġubijiet taʼ Jehovah jinkludu l-​ħolqien taʼ l-​univers, is-​Saltna Messjanika, l-​atti taʼ qalb tajba bl-​imħabba lejn in-​nies tiegħu, u l-​kampanja taʼ ppridkar madwar id-​dinja. (Salm 17:​7, 8; 139:14; Dan. 2:44; Mt. 24:14) L-​imħabba għal Jehovah u l-​apprezzament għal dak kollu li għamel iqanqluna biex ngħidu lil oħrajn dwaru. (Salm 145:​5-7) Matul Marzu, April, u Mejju, se jkollna l-​opportunità biex nagħmlu dan iktar bis-​sħiħ.

2. Kif nistgħu nibbenefikaw personalment billi nkunu pijunieri awżiljarji?

2 Bħala Pijunier Awżiljarju: Tistaʼ tirranġa l-​iskeda tiegħek biex tqattaʼ 50 siegħa fil-​ministeru matul xahar jew iktar minn dawn ix-​xhur t’attività speċjali? Żgur li kull bidla li se tagħmel fir-​rutina tiegħek se tkun siewja. (Efes. 5:16) Ħafna wħud sabu li meta jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju jtejbu l-​kwalità tal-​ministeru tagħhom. Huma jħossuhom iktar komdi fuq il-​bibien u jużaw iktar il-​Bibbja. Meta jqattgħu iktar ħin fil-​ministeru jkun iktar faċli għalihom li jsegwu l-​interess li jsibu, u xi wħud li qatt ma kkonduċew studju tal-​Bibbja qabel irnexxielhom jibdew wieħed waqt li kienu pijunieri awżiljarji. Minħabba li x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju jinvolvi li tagħti minnek innifsek għal oħrajn, dan huwa xogħol ferrieħi.​—Atti 20:35.

3. Xi wħud kif irnexxielhom jaqdu bħala pijunieri awżiljarji minkejja ċirkustanzi diffiċli?

3 Tgħaġġilx biex tikkonkludi li ċ-​ċirkustanzi tiegħek ma jippermettulikx biex tieħu sehem. Anzjan li qeda bħala pijunier awżiljarju s-​sena l-​oħra għandu żewġt itfal u xogħol sekulari full-time. Dan il-​ħu li għandu ħafna x’jagħmel kif irnexxielu jagħmel dan? Peress li jaħdem matul il-​ġimgħa, hu ppjana li jaħdem ġranet twal fis-​servizz fi tmiem il-​ġimgħa, billi kull nhar taʼ Sibt jibda fis–7:00 a.m. jagħti xiehda fit-​toroq. Diversi aħwa fil-​kongregazzjoni li kellhom ċirkustanzi simili ħadu sehem ukoll fix-​xogħol taʼ pijunier, u appoġġaw u inkuraġġew lil xulxin. F’kongregazzjoni oħra, oħt li kellha 99 sena ddeċidiet li tkun pijuniera fix-​xahar taʼ Mejju wara li ġiet mistiedna mit-​tifla tagħha biex jagħmluh flimkien. Oħrajn fil-​kongregazzjoni għenu lil din l-​oħt anzjana biex tmur minn bieb għal bieb u fuq studji tal-​Bibbja billi jimbottawlha s-​siġġu tar-​roti. Hi ħadet sehem ukoll fl-​għoti taʼ xiehda bit-​telefon, fit-​toroq, kif ukoll permezz taʼ l-​ittri. Hija konvinta li dan għamlitu, mhux bis-​saħħa tagħha, imma biss bl-​għajnuna taʼ Jehovah.​—Is. 40:​29-31.

4. X’fatturi għandna mnejn nikkunsidraw meta nagħmlu skeda għax-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju?

4 Ipprova ikteb l-​aħjar skeda għaċ-​ċirkustanzi tiegħek. L-​iskedi mogħtijin bħala eżempju f’din il-​ħarġa jistgħu jkunu t’għajnuna. Int taħdem full-time jew tmur l-​iskola? Skeda li primarjament tinkludi tmiem il-​ġimgħa tistaʼ tkun l-​iktar waħda prattika għalik. Jekk għandek problemi taʼ saħħa u l-​enerġija tiegħek ma tippermettilikx li taħdem ġranet twal fil-​ministeru, skeda li titlob li taħdem ftit ħin kuljum tistaʼ tkun l-​aħjar għalik. Tkellem m’oħrajn dwar ix-​xewqa tiegħek biex tkun pijunier awżiljarju. Forsi huma jkunu jistgħu jagħmluha l-​mira tagħhom ukoll.

5. Iż-​żgħażagħ liema miri jistgħu jagħmlu għal Marzu, April, u Mejju?

5 Modi Kif iż-​Żgħażagħ Jistgħu Jieħdu Sehem: Jehovah jifraħ meta jara liż-​żgħażagħ jitkellmu dwar l-​għeġubijiet tiegħu. (Salm 71:17; Mt. 21:16) Jekk int għadek żgħir u mgħammed, forsi tistaʼ tkun pijunier awżiljarju matul xahar li jkun fih il-​vaganzi. Jekk ma tistax taqdi bħala pijunier awżiljarju, tistaʼ tagħmel miri speċifiċi biex iżżid is-​sehem tiegħek u ttejjeb il-​kwalità tal-​ministeru tiegħek matul dawn ix-​xhur? Jekk kont qed toħroġ fil-​ministeru mal-​ġenituri tiegħek imma għadek m’intix pubblikatur mhux mgħammed, dan iż-​żmien jistaʼ jkun tajjeb biex tipprova tikkwalifika. M’għandikx għalfejn tħoss li għandek tkun espert biex twieġeb mistoqsijiet mill-​Bibbja jew li għandek tkun taf daqs kemm jafu l-​adulti mgħammdin. Tifhmu int it-​tagħlim bażiku tal-​Bibbja? Qiegħed tgħix fi qbil mal-​livelli morali tal-​Bibbja? Trid tkun magħruf bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah? Mela tkellem mal-​ġenituri tiegħek dwar dan. Huma jistgħu jiftiehmu biex tiltaqgħu flimkien maʼ l-​anzjani ħalli jaraw jekk tikkwalifikax.​—Ara l-​ktieb Our Ministry, paġni 98-9.

6. Kif nistgħu ngħinu lill-​istudenti tal-​Bibbja jsiru pubblikaturi taʼ l-​aħbar tajba?

6 Ngħinu lil Oħrajn biex Jippridkaw: Studenti tal-​Bibbja li qed jagħmlu progress jistgħu jikkwalifikaw biex jingħaqdu magħna bħala pubblikaturi matul ix-​xhur t’attività speċjali li ġejjin. Jekk għandek student tal-​Bibbja li qed jagħmel progress tajjeb, fittex l-​għajnuna taʼ l-​indokratur taʼ l-​istudju tal-​ktieb tiegħek jew taʼ l-​indokratur tas-​servizz. Xi ħadd minnhom jistaʼ jingħaqad magħkom fl-​istudju sabiex jara l-​progress taʼ l-​istudent. Jekk l-​istudent jikkwalifika u għandu x-​xewqa li jsir pubblikatur, l-​indokratur li jippresiedi jistaʼ jirranġa biex żewġ anzjani jiltaqgħu miegħek u maʼ l-​istudent. (Ara It-​Torri taʼ l-​Għassa, tal-​15 taʼ Frar, 1989, paġna 13.) Malli l-​istudent jiġi approvat, ibda ħarrġu fil-​ministeru mill-​ewwel.

7. Pubblikaturi li m’humiex regulari jew inattivi kif jistgħu jingħataw l-​għajnuna?

7 L-​indokraturi taʼ l-​istudju tal-​ktieb għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lil kulmin huwa inattiv jew irregulari fil-​grupp tagħhom. Stidinhom personalment biex jaħdmu miegħek fil-​ministeru. Jekk ilhom inattivi għal żmien twil, huwa għaqli li żewġ anzjani l-​ewwel jitkellmu magħhom biex jaraw jekk jikkwalifikawx. (Ara l-​Kaxxa għall-​Mistoqsija fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Diċembru 2000.) Iż-​żelu tal-​kongregazzjoni matul dawn ix-​xhur t’attività speċjali jistaʼ jqanqalhom biex il-​ministeru jerġgħu jagħmluh aspett regulari f’ħajjithom.

8, 9. L-​anzjani x’jistgħu jagħmlu biex iqanqlu l-​entużjażmu għall-​attività speċjali?

8 Ipprepara Issa għal Iktar Attività: Anzjani, ibdew minn issa biex tibnu l-​entużjażmu fil-​kongregazzjoni għax-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju. Tistgħu tagħmlu ħafna ġid bil-​kummenti pożittivi u l-​eżempju tajjeb tagħkom. (1 Pt. 5:3) X’kien l-​akbar numru taʼ pijunieri awżiljarji fil-​kongregazzjoni? Dan in-​numru jistaʼ jinqabeż din is-​sena? L-​indokraturi taʼ l-​istudju tal-​ktieb u l-​assistenti tagħhom iridu jfittxu modi kif jinkuraġġixxu lil kulħadd fil-​grupp biex iżid l-​attività tiegħu. L-​indokraturi tas-​servizz jistgħu jagħmlu arranġament għal iktar laqgħat għas-​servizz taʼ l-​għalqa. Informa lill-​kongregazzjoni bil-​quddiem dwar l-​arranġamenti li jsiru. Kun ċert li pubblikaturi kapaċi jkunu inkarigati biex jieħdu t-​tmexxija u li l-​laqgħat għas-​servizz jibdew u jispiċċaw fil-​ħin. (Ara l-​Kaxxa għall-​Mistoqsija fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Settembru 2001.) L-​indokratur tas-​servizz għandu wkoll jagħmel arranġamenti biex ikun hemm biżżejjed territorju, rivisti, u letteratura.

9 Is-​sena l-​oħra l-​anzjani taʼ kongregazzjoni waħda b’entużjażmu u billi ħasbu sew minn qabel bdew jinkuraġġixxu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju, u ħafna minnhom tefgħu l-​applikazzjonijiet. Huma għamlu arranġamenti biex ikun hemm iktar laqgħat għas-​servizz taʼ l-​għalqa​—wieħed fil–5:30 a.m. għall-​għoti taʼ xiehda fit-​toroq, ieħor fit-​3:00 p.m. għal dawk li jispiċċaw mill-​iskola, u t-​tielet grupp fis-​6:​00 p.m. għal dawk li jispiċċaw mix-​xogħol. Barra minn hekk, saru arranġamenti għal tliet laqgħat għas-​servizz taʼ l-​għalqa għas-​Sibtijiet. Kien hemm reazzjoni tajba mill-​kongregazzjoni b’66 persuna li għamlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju f’April!

10. Il-familji kif jistgħu jippreparaw biex iżidu l-​attività tagħhom?

10 Għaliex ma tħallux ftit ħin mill-​istudju tal-​familja li jmiss biex tagħmlu miri realistiċi għax-​xhur li ġejjin? Permezz taʼ kooperazzjoni u ppjanar tajjeb, xi ftit mill-​membri tal-​familja, jew kollha kemm huma, ikunu jistgħu jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju. Jekk dan m’huwiex possibbli, agħmlu miri biex iżżidu l-​attività tagħkom billi ttawlu l-​ħin li s-​soltu tqattgħu fil-​ministeru jew billi toħorġu iktar drabi. Itolbu dwarha bħala familja. Tistgħu tkunu ċerti li Jehovah se jbierek l-​isforzi tagħkom.​—1 Ġw. 3:22.

11. (a) Liema għeġubijiet wettaq is-​sagrifiċċju taʼ Kristu? (b) X’inhu l-​ħin u l-​post taʼ l-​osservanza tat-​Tifkira lokali?

11 L-​Akbar Wieħed mill-​Għeġubijiet t’Alla: L-​akbar espressjoni taʼ mħabba mingħand Jehovah hija l-​għotja taʼ Ibnu bħala fidwa għalina. (1 Ġw. 4:​9, 10) Is-​sagrifiċċju taʼ fidwa jipprovdi l-​bażi legali sabiex l-​umanità tinfeda mid-​dnub u l-​mewt. (Rum. 3:​23, 24) Permezz tad-​demm imxerred taʼ Ġesù, il-​patt il-​ġdid sar validu, u b’hekk il-​bnedmin imperfetti setgħu jiġu adottati bħala wlied Alla bil-​prospett li jaħkmu fis-​Saltna tas-​sema. (Ġer. 31:​31-34; Mk. 14:24) Primarjament, il-​ħajja t’ubbidjenza perfetta taʼ Ġesù qaddset l-​isem taʼ Jehovah. (Dt. 32:4; Prov. 27:11) Il-​Ħadd, 4 t’April, wara nżul ix-​xemx, it-​Tifkira tal-​mewt taʼ Kristu se tiġi ċelebrata madwar id-​dinja.

12. Kif tistaʼ l-​attendenza għall-​osservanza taʼ l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej tkun taʼ ġid għal uħud interessati?

12 L-​osservanza taʼ l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej tkompli tigglorifika l-​għeġubijiet taʼ Jehovah. It-​taħdita tkabbar l-​apprezzament għal dak li Jehovah għamel meta pprovda l-​fidwa. Dawk l-​uħud interessati li jattendu se jkunu jistgħu josservaw għeġubijiet oħra t’Alla. Se jkunu jistgħu jaraw l-​għaqda u l-​imħabba mill-​qalb li Jehovah għallem lin-​nies tiegħu biex juru. (Efes. 4:​16, 22-24; Ġak. 3:​17, 18) L-​attendenza għal din l-​okkażjoni importanti jistaʼ jkollha impatt qawwi fuq il-​ħsieb taʼ dak li jkun, u għalhekk nixtiequ lil kemm jistaʼ jkun nies ikunu preżenti.​—2 Kor. 5:​14, 15.

13, 14. Lil min għandna nistiednu għat-​Tifkira, u kif?

13 Nistiednu lil Oħrajn biex Jattendu: Ibda ipprepara minnufih billi tagħmel lista taʼ dawk li se tistieden. Il-​lista tiegħek għandha tinkludi lill-​membri tal-​familja tiegħek li ma jemmnux, ġirien, nies li taf mix-​xogħol jew mill-​iskola, uħud li kienu jew għadhom qed jistudjaw, u ż-​żjajjar lura kollha li għandek. L-​indokraturi taʼ l-​istudju tal-​ktieb għandhom jinkludu fil-​lista tagħhom lil dawk il-​pubblikaturi inattivi.

14 Uża l-​inviti stampati tat-​Tifkira, u ittajpja jew ikteb pulit fuqhom il-​ħin u l-​post tat-​Tifkira. Jew forsi tistaʼ tuża l-​invit li jidher fuq il-​qoxra taʼ wara tat-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Marzu, 2004, jew Stenbaħ! tat-​8 t’April, 2004. Hekk kif joqrob l-​4 t’April, fakkar lil dawk li għandek fuq il-​lista, jew personalment jew inkella bit-​telefon.

15. Kif nistgħu nuru l-​ospitalità fil-​lejla tat-​Tifkira?

15 Fit-​Tifkira: Ipprova asal kmieni fil-​lejla tat-​Tifkira. Uri l-​ospitalità billi minn qalbek tilqaʼ lill-​ġodda. (Rum. 12:13) Int għandek responsabbiltà speċjali lejn dawk li tistieden int. Għinhom biex ma jħossuhomx ħuta barra mill-​ilma, u introduċihom maʼ oħrajn fil-​kongregazzjoni. Forsi tistaʼ tgħinhom isibu post ħdejk. U jekk m’għandhomx Bibbja jew ktieb taʼ l-​għanjiet, irranġalhom biex jaraw miegħek jew maʼ xi ħadd ieħor. Wara l-​osservanza, kun disponibbli biex twieġeb kwalunkwe mistoqsija li jistaʼ jkollhom. Jekk hemm xi wħud li ġew għall-​ewwel darba, staqsihom jekk jixtiqux jitgħallmu iktar dwar il-​Kelma t’Alla u l-​iskop tiegħu. Offrilhom biex tikkonduċi studju tal-​Bibbja fid-​dar magħhom.

16. X’jistaʼ jsir biex ngħinu lil dawk li attendew jagħmlu progress spiritwali?

16 Kompli Għin lil Dawk li Attendew: Fil-​ġimgħat taʼ wara t-​Tifkira, dawk li attendew jistaʼ jkollhom bżonn iktar assistenza. Dan jinkludi lil uħud li qabel kienu jattendu l-​laqgħat regolarment imma li issa ftit li xejn jissieħbu mal-​kongregazzjoni. L-​anzjani se jkunu attenti biex jaraw li wħud bħal dawn ma jiġux injorati u jaraw għala waqfu jagħmlu progress spiritwali. Ġibhom konxji taʼ l-​urġenza taż-​żmien. (1 Pt. 4:7) Għin lil kulħadd jara l-​benefiċċju li jiġi meta nobdu t-​twissija Skritturali biex niltaqgħu flimkien regolarment mal-​poplu t’Alla.​—Lhud 10:​24, 25.

17. Għala għandna nibqgħu nxandru l-​għeġubijiet taʼ Jehovah?

17 L-​għemejjel taʼ Jehovah huma wisq taʼ l-​għaġeb biex nifhmuhom kompletament, anki jekk ngħixu għal dejjem. (Ġob 42:​2, 3; Koħ. 3:​11) Għalhekk, dejjem se nsibu affarijiet dwar xiex infaħħruh. F’dan l-​istaġun tat-​Tifkira nistgħu nuru l-​apprezzament għall-​għeġubijiet taʼ Jehovah billi nagħmlu sforz speċjali biex inżidu s-​sehem tagħna fil-​ministeru.

[Tabella f’paġna 5]

Tistaʼ Taqdi Bħala Pijunier Awżiljarju Billi Tuża Waħda minn Dawn l-​Iskedi?

Għall-​formazzjoni sħiħa tat-​test, ara pubblikazzjoni

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja