L-Istaġun tat-Tifkira—Opportunità Biex Inżidu l-Attività Tagħna!
1. X’raġunijiet għandna biex nikkunsidraw jekk nistgħux inżidu fl-attività tagħna matul Marzu, April, u Mejju?
1 Tistaʼ int iżżid is-sehem tiegħek fil-ministeru matul l-istaġun tat-Tifkira li ġej? Ħafna postijiet se jgawdu temp tajjeb u ma jidlamx daqshekk malajr. Xi pubblikaturi se jkollhom il-vaganzi mix-xogħol jew mill-iskola li jistgħu jużaw għall-ministeru. Mit-2 t’April se jkun hemm kampanja speċjali biex nistiednu lil uħud interessati ħalli jattendu t-Tifkira magħna fis-17 t’April. Wara dan, se nistinkaw biex niżviluppaw l-interess taʼ dawk li attendew u nistidnuhom għat-taħdita speċjali li se tingħata matul il-ġimgħa li tibda fil-25 t’April. Tabilħaqq, hemm ħafna raġunijiet biex nikkunsidraw jekk nistgħux inżidu l-attività tagħna matul Marzu, April, u Mejju.
2. X’inhu mod eċċellenti wieħed kif inżidu fil-ministeru tagħna?
2 Naqdu Bħala Pijunieri Awżiljarji: Mod eċċellenti wieħed kif iżżid l-attività hu billi taqdi bħala pijunier awżiljarju. Ladarba lkoll għandna ħafna x’nagħmlu, dan ġeneralment jirrikjedi ħsib minn qabel u aġġustamenti fl-iskeda tagħna. (Prov. 21:5) Forsi tistaʼ tħalli għal darb’oħra xi attivitajiet mir-rutina normali tiegħek li mhumiex essenzjali. (Flp. 1:9-11) Għala ma titkellimx dwar ix-xewqa tiegħek li taqdi bħala pijunier awżiljarju m’oħrajn fil-kongregazzjoni biex tara jekk jistgħux jingħaqdu miegħek?
3. Il-familji kif jistgħu jirranġaw biex iżidu fl-attività tagħhom?
3 Matul il-lejla tagħkom tal-Qima tal-Familja li jmiss, ikun tajjeb li tiddiskuti l-miri li għandkom bħala familja. (Prov. 15:22) Bl-għajnuna tal-familja, forsi xi membri jistgħu jaqdu bħala pijunieri awżiljarji għal xahar jew iktar. Xi ngħidu jekk tara li dan sempliċement mhuwiex possibbli? Il-familja xorta jistgħu jirranġaw biex iżidu l-attività tagħhom billi joħorġu fil-ministeru xi drabi filgħaxija jew billi jdumu iktar meta joħorġu fi tmiem il-ġimgħa.
4. X’barkiet se nirċievu jekk inżidu l-attività tagħna fil-ministeru f’dan l-istaġun tat-Tifkira?
4 Ġeħova jinnota dak kollu li nagħmlu biex naqduh u japprezza s-sagrifiċċji tagħna. (Ebr. 6:10) Il-ferħ jiġi milli nagħtu lil Ġeħova u lil oħrajn. (1 Kron. 29:9; Atti 20:35) Tistaʼ int iżżid l-attività tiegħek f’dan l-istaġun tat-Tifkira, u b’hekk tikseb il-ferħ u l-barkiet akbar li jiġu minn dan?