LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/13 p. 1
  • Se Taqdi Int Bħala Pijunier Awżiljarju?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Se Taqdi Int Bħala Pijunier Awżiljarju?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Materjal Simili
  • Ippjana Issa Biex Tkabbar il-Ministeru Tiegħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Agħmel dan l-istaġun tat-Tifkira wieħed taʼ ferħ!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Hemm Bżonn—55 Pijunier Awżiljarju
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Xandru maʼ Kullimkien il-Kwalitajiet Eċċellenti taʼ Ġeħova
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2013
km 2/13 p. 1

Se Taqdi Int Bħala Pijunier Awżiljarju?

1. L-​istaġun tat-​Tifkira għala hu żmien tajjeb biex inżidu fil-​ministeru tagħna?

1 L-​istaġun tat-​Tifkira hu żmien tajjeb biex inżidu fil-​ministeru tagħna. Hu żmien meta nirriflettu fuq l-​imħabba kbira li Ġeħova wera meta ta lil Ibnu bħala fidwa. (Ġw. 3:16) Dan iġiegħel lil qalbna timtela bl-​apprezzament, u jkabbrilna x-​xewqa li ngħidu lil oħrajn dwar Ġeħova u dwar dak li qed jagħmel għall-​umanità. (Is. 12:4, 5; Lq. 6:45) Ukoll, hu żmien meta ngawdu kampanja speċjali li fiha nistiednu lil dawk li nafu u lil nies fit-​territorju biex jattendu t-​Tifkira magħna. Wara, nistinkaw biex nikkultivaw l-​interess taʼ dawk li jkunu attendew. Se żżid int fil-​ministeru tiegħek billi taqdi bħala pijunier awżiljarju matul Marzu, April, jew Mejju?

2. X’jagħmel lil Marzu xahar ideali biex taqdi bħala pijunier awżiljarju?

2 Agħmel Marzu Xahar Speċjali: Marzu se jkun xahar speċjalment ideali biex taqdi bħala pijunier awżiljarju. Dawk li japplikaw jistgħu jagħżlu li jagħmlu 30 jew 50 siegħa. Jekk iż-​żjara tal-​indokratur tas-​circuit taħbat f’Marzu, il-​pijunieri awżiljarji jistgħu jattendu l-​laqgħa kollha li l-​indokratur ikollu mal-​pijunieri regulari u speċjali. Il-​kampanja biex noffru l-​inviti għat-​Tifkira, li se ssir nhar it-​Tlieta, 26 taʼ Marzu, 2013, se ddum iktar minn tas-​snin l-​oħra u se tibda fl-​1 taʼ Marzu. Minbarra dan, Marzu fih ħames Sibtijiet u ħamest Iħdud. Allura għala ma tikkunsidrax bis-​serjetà jekk tistax tieħu sehem f’li tagħmel dan ix-​xahar l-​iktar xahar speċjali tas-​sena?

3. Kif nistgħu nippjanaw biex inżidu fil-​ministeru tagħna?

3 Ippjana Issa: Issa hu l-​waqt biex tirrivedi l-​iskeda tiegħek u tara liema aġġustamenti għandek bżonn tagħmel ħalli tkun tistaʼ taqdi bħala pijunier. Il-​kooperazzjoni tal-​familja hi importanti, u għalhekk ħu l-​ħin matul il-​lejla tal-​Qima tal-​Familja biex tiddiskutu l-​miri tal-​familja tiegħek u biex tagħmlu skeda. (Prov. 15:22) Jekk ma tistax taqdi bħala pijunier awżiljarju, taqtax qalbek. Tistaʼ taġġusta l-​iskeda tiegħek biex iddum iktar fil-​ġranet li tistaʼ toħroġ? Tistaʼ toħroġ fil-​ministeru ġurnata oħra matul il-​ġimgħa?

4. Liema benefiċċji se niksbu jekk inżidu l-​attività tagħna matul Marzu, April, u Mejju?

4 Hekk kif inżidu l-​attività tagħna matul Marzu, April, u Mejju, il-​ferħ u s-​sodisfazzjon li niksbu milli naqdu lil Ġeħova u milli nagħtu lil oħrajn se jiżdiedu. (Ġw. 4:34; Atti 20:35) Iktar importanti minn hekk, l-​isforzi tagħna taʼ li nagħtu minna nfusna se jferrħu lil Ġeħova.—Prov. 27:11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja