Agħmel dan l-istaġun tat-Tifkira wieħed taʼ ferħ!
1. Liema hu mod wieħed kif inżidu l-ferħ tagħna matul dan l-istaġun tat-Tifkira?
1 Tixtieq iżżid il-ferħ tiegħek matul ix-xhur taʼ Marzu, April, u Mejju? Mod wieħed kif tagħmel dan hu billi żżid fil-ministeru tiegħek u, jekk inhu possibbli, taqdi bħala pijunier awżiljarju. Dan kif se jżid il-ferħ tiegħek?
2. Għala se nkunu iktar ferħanin meta nżidu fil-ministeru tagħna?
2 Żid il-ferħ tiegħek: Ġeħova ħalaqna b’tali mod li nistgħu nħossuna ferħanin u sodisfatti meta nqimuh hekk kif nissodisfaw il-bżonnijiet spiritwali li nitwieldu bihom. (Mt. 5:3) Hu ddisinjana wkoll b’tali mod li nistgħu niksbu l-hena meta nagħtu lil oħrajn. (Atti 20:35) Bil-ministeru nistgħu nagħmluhom it-tnejn—inqimu lil Alla u ngħinu lin-nies. Għalhekk huwa loġiku li meta nżidu fil-ministeru tagħna se nkunu saħansitra iktar ferħanin. Barra minn hekk, iktar ma nippritkaw, iktar se nsiru tas-sengħa. Hekk kif insiru tas-sengħa, se nsiru iktar kunfidenti u ma nibqgħux daqstant beżgħanin. Se jkollna iktar opportunitajiet biex nagħtu xhieda u nibdew studji tal-Bibbja. Dan kollu se jagħmel il-ministeru iktar pjaċevoli.
3. Marzu u April għala se jkunu speċjalment xhur tajbin biex naqdu bħala pijunieri awżiljarji?
3 Marzu u April se jkunu speċjalment xhur tajbin biex naqdu bħala pijunieri awżiljarji għax nistgħu nagħżlu li nagħmlu 30 jew 50 siegħa. Barra minn hekk, mis-Sibt, 22 taʼ Marzu sa dakinhar tat-Tifkira, it-Tnejn, 14 t’April, se nieħdu sehem f’kampanja pjaċevoli biex nistiednu lil oħrajn jattendu t-Tifkira. Il-kongregazzjonijiet se jkunu mimlijin eċċitament għax ħafna se jkunu qed jaħdmu “spalla maʼ spalla” biex ikopru kemm jistaʼ jkun territorju fiż-żmien speċifiku.—Sof. 3:9.
4. Jekk irridu naqdu bħala pijunieri awżiljarji, xi rridu nagħmlu?
4 Ipprepara minn issa: Jekk għadek m’għamiltx hekk, ħu l-ħin biex tirrivedi l-iskeda tiegħek biex tara liema aġġustamenti tistaʼ tagħmel ħalli żżid fil-ministeru tiegħek matul xahar wieħed jew iktar. Itlob dwar din il-ħaġa. (Ġak. 1:5) Tkellem dwarha mal-familja tiegħek u m’oħrajn fil-kongregazzjoni. (Prov. 15:22) Għandek mnejn issib li minkejja problemi taʼ saħħa jew skeda mimlija daqs bajda, anki int tkun tistaʼ tesperjenza l-ferħ li jiġi milli taqdi bħala pijunier awżiljarju.
5. X’se jkun ir-riżultat jekk inżidu fil-ministeru tagħna dan l-istaġun tat-Tifkira?
5 Ġeħova jrid li l-qaddejja tiegħu jkunu ferħanin. (Salm 32:11) Billi nagħmlu ħilitna biex inżidu fil-ministeru tagħna dan l-istaġun tat-Tifkira, mhux biss se nżidu l-ferħ tagħna imma wkoll se nferrħu lil Missierna tas-sema.—Prov. 23:24; 27:11.