Indokraturi li Huma minn taʼ Quddiem—Is-Segretarju
1 Is-segretarju tal-kongregazzjoni għandu rwol vitali f’li jiżgura li “jsir kollox kif imur u bl-ordni.” (1 Kor. 14:40) Bħala membru tal-Kumitat tas-Servizz tal-Kongregazzjoni, hu jieħu ħsieb l-informazzjoni li tirċievi l-kongregazzjoni u d-dokumenti importanti tagħha. Għalkemm id-dmirijiet tiegħu jistgħu ma jkunux jidhru għal kulħadd daqskemm jidhru dawk t’anzjani oħrajn, is-servizzi tiegħu huma bżonnjużi u apprezzati ferm.
2 Meta s-Soċjetà jew xi ħaddieħor jibgħat xi korrispondenza, is-segretarju jieħu ħsiebha u jara li tiġi mwieġba lura meta jkun meħtieġ. Hu jiżgura li l-ittri li jaslu jkunu ċċirkolati fost l-anzjani u mbagħad iżommhom iffajljati għal referenza. Hu jiċċekkja l-formoli taʼ l-ordni tar-rivisti u tal-letteratura u jibgħathom lis-Soċjetà. Hu jindokra direttament lil dawk li jieħdu ħsieb il-kontijiet kif ukoll il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-konvenzjoni.
3 Ladarba s-segretarju jrid jibgħat lis-Soċjetà r-rapport taʼ kull xahar tas-servizz taʼ l-għalqa tal-kongregazzjoni sas-sitt jum tax-xahar, huwa imperattiv li lkoll kemm aħna nirrapportaw mill-ewwel l-attività tagħna taʼ l-għalqa fl-aħħar taʼ kull xahar. Imbagħad hu jelenka r-rapporti tas-servizz fuq il-Congregation’s Publisher Record cards. Kwalunkwe pubblikatur jistaʼ jistaqsih biex jara x’ikun hemm imniżżel dwar l-attività persunali tiegħu.
4 Meta xi pubblikatur jiġi fil-kongregazzjoni jew jitlaq minnha, is-segretarju jitlob jew jibgħat lill-anzjani tal-kongregazzjoni l-oħra ittra taʼ introduzzjoni flimkien mal-Congregation’s Publisher Record cards taʼ dak l-individwu.—Our Ministry, pġi. 104-5.
5 Is-segretarju jirrevedi l-attività tal-pijunieri, billi jżomm lill-anzjani, u speċjalment lill-indokratur tas-servizz, informati dwar kwalunkwe problemi li forsi jkunu qed jesperjenzaw il-pijunieri. Hu jiġbed l-attenzjoni taʼ dawk li jikkonduċu l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni lejn pubblikaturi li jkunu irregolari fis-servizz taʼ l-għalqa. Kemm is-segretarju u kemm l-indokratur tas-servizz għandhom ikunu minn taʼ quddiem f’li jikkoordinaw l-isforzi biex ikun hemm min jieħu ħsieb taʼ uħud inattivi.—Our Kingdom Ministry, Novembru 1987, pġ. 1.
6 Billi jkollna apprezzament aħjar għad-dmirijiet tas-segretarju, jalla nagħmlu li nistgħu biex inkunu t’għajnuna f’li nagħmlulu l-prokura tiegħu eħfef biex iwettaqha.—1 Kor. 4:2, NW.