LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/99 p. 5
  • Nibdew Studji bil-Browxer X’Jirrikjedi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nibdew Studji bil-Browxer X’Jirrikjedi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Kif Tuża Aħbar Tajba Mingħand Alla!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Għallem bil-browxer Aħbar Tajba
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Strieħ Fuq Jehovah Biex Ikabbar
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Qiegħed Tuża l-Browxer X’Jirrikjedi biex Tibda l-Istudji?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 5/99 p. 5

Nibdew Studji bil-​Browxer X’Jirrikjedi

1 Rapporti minn madwar id-​dinja juru li l-​browxer Alla X’Jirrikjedi Minna? huwa għodda qawwija biex ngħallmu l-​verità lin-​nies. Eluf taʼ studji tal-​Bibbja qed jinbdew kull ġimgħa b’dan il-​browxer. Irnexxielek tibda u tikkonduċi studju tal-​Bibbja bil-​browxer X’Jirrikjedi?

2 Filwaqt li l-​biċċa l-​kbira jsibuha faċli li jqassmu l-​browxer, xi wħud isibuha diffiċli li jkunu jafu x’iridu jgħidu biex jibdew studju. Ħaddieħor liema metodi sabhom effettivi biex jibda studji tal-​Bibbja billi juża l-​browxer X’Jirrikjedi? Is-​suġġerimenti li ġejjin għandhom ikunu t’għajnuna.

3 Offri li Turi kif Isir Studju: Meta nagħmlu l-​ewwel żjara jew żjara lura, minflok ma sempliċement noffru studju tal-​Bibbja lill-​inkwilin, nistgħu nuruh kif se nikkonduċu l-​kors taʼ studju tal-​Bibbja. Dan għandu t-​tendenza li jneħħi l-​misteru u l-​ansjetà sussegwenti li ħafna inkwilini jassoċjaw mal-​kelma “studju.” Meta nitgħallmu kif nuruhom dan, se nsibu li b’introduzzjoni sempliċi, nistgħu nibdew l-​istudju mill-​ewwel.

4 Il-​Preparazzjoni Hija Fundamentali: L-​entużjażmu tagħna biex nibdew studji tal-​Bibbja għandu x’jaqsam direttament maʼ kemm inkunu ppreparajna sewwa. Preparazzjoni bil-​quddiem se tgħinna negħlbu kwalunkwe ħaġa li tistaʼ żżommna lura milli nieħdu sehem fix-​xogħol taʼ l-​istudji tal-​Bibbja. Billi nipprattikaw il-​preżentazzjoni tagħna diversi drabi, inkunu nafu iktar x’għandna ngħidu, billi nkunu kapaċi nesprimu lilna nfusna b’mod naturali u fi kliemna stess. Dan mhux biss se jgħinna nirrilassaw, imma l-​inkwilin se jħossu iktar komdu wkoll.

5 Meta tkun qed tipprovaha, tajjeb li tara kemm tkun twila l-​preżentazzjoni tiegħek, sabiex imbagħad tkun tistaʼ tavża lill-​inkwilin kemm se tiħodlok ħin it-​turija taʼ l-​istudju. Wara li jintroduċi ruħu, wieħed ħu jgħid: “Għaddejt s’hawn biex nurik il-​programm tagħna taʼ studju tal-​Bibbja b’xejn. Jieħu madwar ħames minuti biex nurik kif. Għandek ħames minuti ċans?” Lezzjoni Nru. 1 tal-​browxer X’Jirrikjedi tistaʼ tintwera f’madwar ħames minuti. M’għandniex xi ngħidu, tistaʼ tagħżel ftit biss mill-​iskritturi biex jinqraw f’dan l-​ammont taʼ ħin, imma billi tlesti l-​ewwel lezzjoni fi ftit minuti, l-​inkwilin ikun jistaʼ jesperjenza l-​ewwel studju tiegħu. Imbagħad għidlu li meta tmur lura biex tistudja Lezzjoni Nru. 2, se tieħu biss kwarta.

6 Il-​preżentazzjoni li ġejja wriet li hija effettiva:

◼ “Nixtieq nurik kors taʼ studju tal-​Bibbja fid-​dar, sempliċi ħafna imma mgħaġġel, permezz taʼ dan il-​browxer Alla X’Jirrikjedi Minna? Ħafna sabu li fi kwarta biss kull ġimgħa għal 16-il ġimgħa, jistgħu jsibu tweġibiet Skritturali sodisfaċenti għal dawn il-​mistoqsijiet Bibliċi importanti.” Uri fil-​qosor il-​werrej. Billi tmur f’Lezzjoni Nru. 1, għid: “Jekk għandek ħames minuti għalina, nixtiequ nuruk kif dan isir. Lezzjoni Nru. 1 jisimha ‘Kif Tistaʼ Tiskopri X’Jirrikjedi Alla.’” Imbagħad aqra t-​tliet mistoqsijiet, u spjega x’inhuma n-​numri fil-​parentesi. Aqra paragrafu 1, u uri lill-​inkwilin kif isib it-​tweġiba. Tistaʼ ssaqsi lill-​inkwilin biex jaqra paragrafu 2. Imbagħad għid: “Minn din l-​informazzjoni, kieku kif tweġibha din il-​mistoqsija? [Erġaʼ aqra l-​mistoqsija, u agħti ċans lill-​inkwilin iwieġeb.] Se tinnota li hemm xi skritturi assoċjati maʼ kull paragrafu. Dawn jiġbdu l-​attenzjoni tagħna lejn it-​tweġiba tal-​Bibbja għal dawn il-​mistoqsijiet. Per eżempju, ejja naqraw it-​2 Timotju 3:​16, 17 u naraw jekk dan jappoġġax it-​tweġiba li tajt dwar l-​awtur tal-​Bibbja.” Wara li taqra paragrafu 3, tikkunsidra l-​mistoqsija, u taqra Ġwann 17:​3, iġbed l-​attenzjoni taʼ l-​inkwilin lejn l-​għarfien li jkun ħa billi rreveda Lezzjoni Nru. 1. Hawnhekk tistaʼ tmur f’Lezzjoni Nru. 2 u taqra l-​aħħar mistoqsija, “Liema huma żewġ modi kif nistgħu nitgħallmu dwar Alla?” Imbagħad saqsi: “Meta jkollok kwarta ċans sabiex nagħmlu Lezzjoni Nru. 2 u nsibu t-​tweġiba?”

7 Huwa importanti li żżomm id-​diskussjoni sempliċi u li tgħid prosit lill-​inkwilin kulmeta jkun possibbli. Meta tiftiehem għal żjara oħra, minflok ma ssaqsih jekk jixtieqx ikompli, sempliċement inkuraġġih biex isegwi l-​istess proċedura għal-​lezzjoni li jmiss. Għidlu li tixtieq ħafna terġaʼ tmur. Xi pubblikaturi offrew li jagħmlu lezzjoni fuq it-​telefon jekk ikun diffiċli li jsir arranġament. Tistaʼ wkoll tinkuraġġixxi lill-​istudent biex ipoġġi l-​browxer f’post żgur u konvenjenti sabiex ikun jistaʼ jsibu malajr meta żżuru darb’oħra.

8 Kun Determinat: Filwaqt li l-​muftieħ għas-​suċċess huwa l-​preparazzjoni, irridu nkunu determinati li nkomplu nipprovaw. Jistaʼ jkun taʼ sfida li tgħallem lezzjoni fi ftit minuti, allura kun determinat li tipprattika l-​preżentazzjoni kemm-il darba jkun hemm bżonn sabiex tkun fluwenti meta tkun qed turi kif isir l-​istudju. Ipprova agħmel turija taʼ studju maʼ kulmin tiltaqaʼ fuq il-​bibien, informalment, u fl-​għoti taʼ xiehda bit-​telefon. Jekk qed issibha iebsa li tibda studju tal-​Bibbja, tiskuraġġix ruħek. Biex jirnexxilek tibda studji tal-​Bibbja jeħtieġ li jkollok determinazzjoni u xewqa sinċiera li twassal il-​verità lil ħaddieħor.​—Gal. 6:9.

9 Billi tapplika dawn is-​suġġerimenti, int ukoll jistaʼ jkollok il-​privileġġ li tgħin lil xi ħadd jaqbad it-​triq għall-​ħajja, billi tibda u tikkonduċi studju tal-​Bibbja bil-​browxer X’Jirrikjedi.​—Mt. 7:14.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja