Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
NOTA: B’seħħ minn din il-ħarġa taʼ Il-Ministeru tas-Saltna, l-Iskeda għal-Laqgħat tas-Servizz se tkun tinkludi outline għall-ewwel Laqgħa tas-Servizz tax-xahar taʼ wara. Dan l-aġġustament qed isir f’każ li Il-Ministeru tas-Saltna tintbagħat tard minħabba arranġament ġdid rigward il-konsenji tal-letteratura.
Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna.
15 min: “Imita l-Imparzjalità taʼ Jehovah.” Illimita l-kummenti fl-introduzzjoni għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Spjega xi tfisser l-imparzjalità, kif juriha Jehovah, u kif aħna nistgħu nuruha fil-ministeru tagħna.—Ara l-Insight, l-1 Volum, paġna 1192, paragrafi 4-7.
20 min: “Din mhux diġà Smajnieha?” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw fuq kif ir-ripetizzjoni għenithom jifhmu u japprezzaw il-verità iktar bis-sħiħ.—Ara l-Watchtower tal-15 taʼ Lulju, 1995, paġni 21-2, u t-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Novembru, 1993, paġni 9-10, paragrafi 10-12.
Għanja 218 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Agħti suġġerimenti dwar kif inwieġbu bit-tattika għal tislimiet konnessi maʼ festi. Jekk il-kongregazzjoni għandha kopji tal-kotba L-Aqwa Bniedem jew Stejjer mill-Bibbja maħżunin, uri kif jistgħu jintużaw effettivament fil-ministeru matul il-vaganzi tal-Milied.
15 min: “L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għas-Sena 2000.” Taħdita mill-indokratur taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku. Irrevedi l-bidliet li ġejjin fl-iskeda għas-sena l-ġdida. Inkarigu Nru. 3 se jkun ibbażat fuq il-“Bible Topics for Discussion” kif insibu fin-New World Translation. Inkarigu Nru. 4 se jkompli jkopri karattri Bibliċi mill-Insight on the Scriptures, u matul l-aħħar tliet xhur tas-sena se jkun ibbażat fuq il-“Bible Topics for Discussion.” Meta is-sinjal (#) jidher ħdejn l-inkarigu, l-aħjar li jingħata minn xi ħu. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex iżomm mal-qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa u biex ikun diliġenti f’li jwettaq l-inkarigi fl-iskola.
20 min: “Kieku Int x’Tgħidlu lil Wieħed Ateu?” Mistoqsijiet u tweġibiet. Irrevedi diversi raġunijiet għala ħafna nies tilfu l-fidi f’Alla. Issuġġerixxi xi modi li bihom nistgħu navviċinawhom, billi ngħinuhom jaraw il-loġika f’li wieħed jirrikonoxxi l-eżistenza t’Alla. Ħejji turija qasira jew tnejn. Għal iktar tagħrif, ara l-ktieb Reasoning, paġni 145-51, u Mankind’s Search for God, kapitlu 14.
Għanja 220 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Ħejji pubblikaturi biex jirrakkontaw fil-qosor xi esperjenzi rilevanti li gawdew reċentement fis-servizz taʼ l-għalqa.
15 min: Kif Twieġeb għal Risposti x’Aktarx Intenzjonati li Jwaqqfu l-Konversazzjoni. Diskussjoni maʼ l-udjenza u turijiet. Aqra l-“Kummenti” f’paġni 7-8 tal-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja. Agħżel żewġ jew tliet “risposti intenzjonati li jwaqqfu l-konversazzjoni” minn paġni 8-12, jew uża oħrajn li tiltaqaʼ magħhom spiss fit-territorju tiegħek. Irrevedi ftit mir-risposti suġġeriti, u analizza għala jistgħu jkunu effettivi lokalment. Uri fil-qosor ftit minnhom. Stieden lil dawk fl-udjenza biex isemmu xi risposti li wżaw u li kellhom riżultati tajbin.
20 min: Għandi Naċċetta Xogħol li Jinvolvi lil xi Organizzazzjoni Reliġjuża? Taħdita minn anzjan, ibbażata fuq it-Torri taʼ l-Għassa, tal-15 t’April, 1999, paġni 28-30. Xi individwi aċċettaw xogħol bħal dan u iktar tard skoprew li dak li kienu qed jagħmlu ma kienx fi qbil mal-prinċipji tal-Bibbja. Irrevedi l-mistoqsijiet li għandna bżonn nikkunsidraw meta nkunu se nieħdu xi deċiżjoni dwar li nagħmlu xogħol sekulari li għandu xi konnessjonijiet reliġjużi. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex isegwi korsa li tassigura waqfa tajba quddiem Jehovah.—2 Kor. 6:3, 4, 14-18.
Għanja 109 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Jekk il-kongregazzjoni tiegħek se tbiddel il-ħinijiet tal-laqgħat għas-sena l-ġdida, agħti inkuraġġiment b’qalb tajba billi tħeġġeġ lil kulħadd biex jibqaʼ jattendi għal-laqgħat regolarment fil-ħinijiet il-ġodda. Informaw lill-istudenti tal-Bibbja u lil uħud interessati oħrajn dwar kwalunkwe tibdil, u ibdew użaw il-volantini li juru l-iskeda l-ġdida. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz għal Diċembru.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: Noffru Kotba Antiki Matul Jannar. Taħdita u turijiet. Uri żewġ jew tliet kotba antiki, li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha ħafna maħżunin minnhom, u inkuraġġixxi lill-pubblikaturi biex jieħdu ftit għall-ministeru taʼ l-għalqa. (Jekk m’hemm xejn disponibbli, iddiskuti l-offerta alternattiva għal Jannar.) Spjega għala dawn il-pubblikazzjonijiet antiki xorta għadhom effettivi biex nikkultivaw interess fil-Bibbja. Enfasizza f’kull ktieb xi punti u stampi li jistgħu jintużaw b’suċċess biex nibdew konversazzjonijiet. Ħejji turija jew tnejn. Fejn ikun hemm interess, jistaʼ jintuża l-browxer X’Jirrikjedi biex jinbeda studju.
Għanja 224 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Jannar
8 min: Avviżi lokali.
17 min: Kun Af kif Tagħti Tweġiba. (Kol. 4:6) Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Il-ktieb Reasoning huwa għajnuna meraviljuża f’li nwittu t-triq biex naqsmu l-verità tal-Bibbja m’oħrajn. Meta inkwilin iqajjem oġġezzjoni għal xi twemmin minn tagħna, forsi nistgħu nużaw il-parti “If Someone Says—” fl-aħħar tas-sezzjoni li tittratta fuq dak it-twemmin. Iddiskuti r-rimarki dwar il-Bibbja li huma mniżżlin f’paġni 64-8, u kkunsidra għala t-tweġibiet suġġeriti jistgħu jkunu effettivi.
20 min: “Żgħażagħ Ferrħu lill-Ġenituri Tagħkom!” Ġenituri Poġġu Miri Quddiem Uliedkom! Anzjan jgħaddi l-artiklu fl-insert bħala mistoqsija u tweġiba.
Għanja 56 u talba taʼ l-għeluq.