LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/00 p. 1
  • Qed Twieġeb għall-Imħabba taʼ Kristu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qed Twieġeb għall-Imħabba taʼ Kristu?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Għala Nattendu għat-Tifkira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Ġeħova Jbierek l-Isforzi Biex Nattendu t-Tifkira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Kun Ħerqan għat-Tajjeb!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 4/00 p. 1

Qed Twieġeb għall-​Imħabba taʼ Kristu?

1 Hekk kif irrifletta fuq il-​ħajja taʼ l-​Għalliem tiegħu, l-​appostlu Ġwanni kiteb: “Hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-​dinja, ħabbhom għall-​aħħar.” (Ġw. 13:1) Matul dan l-​istaġun tal-​Mafkar, nibdew naħsbu dwar l-​aqwa mod li bih Kristu wera mħabba. Nistgħu nwieġbu għal din l-​imħabba billi neżerċitaw fidi fil-​prezz tal-​fidwa, billi jkollna sehem bil-​ħeġġa fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar u billi, bħal Ġesù, nissaportu “sa l-​aħħar.”—Mt. 24:13; 28:​19, 20; Ġw. 3:16.

2 Inwieġbu għall-​Imħabba taʼ Kristu: Ġesù kien attiv ħafna fl-​aħħar ġimgħa taʼ ħajtu fuq l-​art. (Mt. 21:23; 23:1; 24:3) Bħala wħud li nimitaw lil Kristu, aħna wkoll niġu mqanqlin mill-​imħabba biex ‘nitħabtu’ fis-​servizz taʼ Jehovah. (Lq. 13:24) Tistaʼ int tieħu vantaġġ mill-​arranġamenti li qed isiru biex tingħata iżjed xiehda matul April billi żżid il-​ħin li tqattaʼ fil-​ministeru?

3 Din is-​sena l-​Ikla taʼ Fil-​Għaxija taʼ Sidna se taħbat l-​Erbgħa fil-​għaxija, id-​19 t’April. Kemm se jkun hemm preżenti għal din l-​okkażjoni mimlija tifsir? Fil-​biċċa l-​kbira, dan jiddependi minna. Għamilt lista taʼ dawk li bi ħsiebek tistieden—l-​istudenti tiegħek tal-​Bibbja u wħud interessati oħra, qrabatek, sħabek tax-​xogħol, u sħabek taʼ l-​iskola? Ikkuntattjajthom u stidinthom mill-​qalb? Se terġaʼ tfakkarhom ftit jiem qabel il-​Mafkar? Għandhom bżonn l-​għajnuna tiegħek biex jiġu? L-​anzjani qed jistiednu wkoll lil kulmin sar inattiv fil-​ministeru. Il-​fatt li l-​Mafkar se jinżamm f’nofs il-​ġimgħa minflok fi tmiem il-​ġimgħa ma jagħmlux inqas importanti għalina lkoll biex nattendu.

4 Ejja Preparat: Huwa vitali għalina li nkunu preparati u li jkollna l-​attitudni mentali xierqa meta nattendu għall-​Mafkar. Pawlu ħeġġeġ lill-​kredenti sħabu biex iżommu f’moħħhom is-​serjetà taʼ l-​okkażjoni. (1 Kor. 11:​20-26) Tistaʼ taqra kapitli 13 sa 17 taʼ l-​Evanġelju taʼ Ġwanni waqt l-​istudju tal-​Bibbja mal-​familja tiegħek u mbagħad tqabbad lil kull membru tal-​familja jirrakkonta xi jfisser is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù għalih persunali. Tinsiex ukoll taqra l-​qari tal-​Bibbja kuljum għall-​ġimgħa tal-​Mafkar!

5 L-​imħabba tagħna għal Kristu ġejja minn qiegħ qalbna, u ma tiqafx fid-​19 t’April. Aħna determinati li nuru l-​imħabba tagħna lejh għal dejjem! Iċ-​ċelebrazzjoni tal-​Mafkar taʼ din is-​sena se tgħinna nsaħħu din id-​deċiżjoni.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja