Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 10 t’April
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Tinsiex it-taħdita pubblika speċjali li se tingħata fis-16 t’April intitolata “Għala l-Umanità Teħtieġ Prezz tal-Fidwa.” Inkuraġġixxi lil kulħadd biex isegwi l-iskeda tal-qari tal-Bibbja għall-Mafkar mill-14 sad-19 t’April, bħalma hu mniżżel f’Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2000. Irrevedi t-“Tfakkiriet għall-Mafkar,” f’paġna 4 taʼ l-insert.
15 min: “Qed Twieġeb għall-Imħabba taʼ Kristu?” Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Inkludi xi ħsibijiet mit-Torri taʼ l-Għassa, taʼ l-1 taʼ Mejju, 1998, paġni 16-17, paragrafi 12-13. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jagħmel sforz speċjali ħalli jistieden lin-nies għall-Mafkar.
20 min: “April—Żmien biex Inkunu Mħeġġin għall-Għemil it-Tajjeb!” Mistoqsijiet u tweġibiet. Diskussjoni b’entużjażmu dwar dak li nixtiequ nwettqu fix-xahar t’April. Uża l-aħħar tliet minuti jew erbaʼ biex tirrevedi “Il-Ħeġġa li Tqanqal lil Ħafna.”
Għanja 199 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 17 t’April
13 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Fadal biss żewġ Sibtijiet u Ħdud f’April, u għalhekk inkuraġġixxi lil kulħadd biex jipparteċipa fil-ministeru qabel ma jispiċċa x-xahar. Uri preżentazzjoni qasira bir-rivisti billi tuża l-ħarġiet kurrenti. Ladarba rridu noqogħdu attenti kif inwieġbu lin-nies li jkunu jriduna nieħdu sehem fid-drawwiet tagħhom taʼ l-Għid, irrevedi dak li jgħid il-ktieb Reasoning, f’paġni 179-80.
16 min: “Tqanqlek Qalbek biex Tagħmel Sagrifiċċji għall-Verità?” Mistoqsijiet u tweġibiet. Għandna bżonn nagħrfu liema għandhom ikunu l-prijoritajiet f’ħajjitna, billi nfittxu l-ewwel l-iktar affarijiet importanti. Sabiex nippersistu f’li nagħmlu dak li se nibbenefikaw minnu spiritwalment hemm bżonn li nieħdu l-inizjattiva u jkollna kontroll fuqna nfusna. Spjega x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ Ġesù.—Ara l-Insight, it-2 Volum, paġna 68, paragrafi 3-5.
16 min: Qassam ir-Rivisti Fejn Ikunu l-Iktar Effettivi. Taħdita, bil-parteċipazzjoni taʼ l-udjenza. Irrevedi s-suġġerimenti fl-Awake!, tat-8 taʼ Jannar, 1995, paġni 22-4. Spjega għala huwa tajjeb li nfittxu nies li x’aktarx iwieġbu b’mod pożittiv għal artikli partikulari li jidhru fir-rivisti. Bħala eżempji, ikkunsidra xi artikli mill-ħarġiet tal-passat u għal liema xorta taʼ individwi, negozji, jew organizzazzjonijiet fit-territorju lokali għandhom mnejn kienu jappellaw. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw xi esperjenzi li juru kif kellhom riżultati tajbin meta wżaw dan il-metodu.
Għanja 71 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 24 t’April
10 min: Avviżi lokali. Ħabbar l-attendenza għall-Mafkar tal-kongregazzjoni. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw kif esprimew ruħhom dawk li attendew għall-ewwel darba.
17 min: Għin lil Uħud Ġodda Jattendu għal-Laqgħat. Taħdita bbażata fuq il-ktieb Għarfien, paġni 161-3, paragrafi 5-8. Wara li jkunu ilhom jistudjaw għal ċertu perijodu taʼ żmien, huwa essenzjali li l-uħud ġodda jibdew jiġu għal-laqgħat. Jistaʼ jkun taʼ sfida biex tqanqalhom jattendu. Allura x’tistaʼ tagħmel? Dawk li qed jikkonduċu xi studji għandhom jieħdu l-ħin biex jirrevedu dan il-materjal fil-ktieb Għarfien maʼ l-istudenti tagħhom u mbagħad jagħmlu arranġamenti definiti sabiex jgħinuhom jingħaqdu magħna fil-qima vera.
18 min: “Ixxandar Int is-Saltna Regolarment?” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza mogħtija mis-segretarju. Spjega għala aħna nirrapportaw l-attività tagħna tas-servizz taʼ l-għalqa. (Ara Our Ministry, paġni 106-8.) Irrakkonta xi problemi li jinħolqu meta nonqsu li nitfgħu r-rapporti tagħna minnufih. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jgħidu x’jagħmlu biex ikunu ċerti li jitfgħu r-rapporti tagħhom fil-ħin. Iġbed l-attenzjoni lejn kif dawk li jikkonduċu l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni jistgħu jgħinu f’din il-kwistjoni. Fadal l-aħħar Sibt u Ħadd f’April, u għalhekk enfasizza l-importanza taʼ li kulħadd jieħu sehem fis-servizz u li jirrapporta l-attività fl-aħħar tax-xahar.
Għanja 200 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Mejju
12 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal April. Dawk li jikkonduċu l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni għandhom jiċċekkjaw maʼ kulmin hu fil-grupp tagħhom sabiex ir-rapporti kollha jkunu jistgħu jingħaddu sas-6 taʼ Mejju. Irrevedi l-Kaxxa għall-Mistoqsija, billi tapplikaha għal-lokal.
15 min: Bżonnijiet lokali.
18 min: “Kun Żgur li Terġaʼ Tmur Lura!” Diskussjoni maʼ l-udjenza. Ikkunsidra r-raġunijiet għala aħna nistgħu nonqsu li nagħmlu ż-żjajjar lura. Spjega għala huwa importanti li jkollna n-noti eżatti u li nkunu lesti li nerġgħu mmorru lura. Issuġġerixxi biex dak li jkun iwarrab xi ħin kull ġimgħa biex jagħmel iż-żjajjar lura. Irrevedi dak li jgħid il-ktieb Our Ministry, f’paġni 88-9. Irrakkonta l-esperjenza rapportata fin-1995 Yearbook, paġna 45.—1 Kor. 3:6, 7.
Għanja 68 u talba taʼ l-għeluq.