Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
NOTA: Fejn ikun xieraq, uża 15-il minuta fl-aħħar Laqgħa tas-Servizz qabel il-konvenzjoni sabiex tirrevedi l-pariri enfasizzati fl-insert tax-xahar li għadda. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu ftit minuti u jagħti daqqa t’għajn lejn il-programm stampat qabel ma tkun se tibda kull sessjoni taʼ fil-għodu u taʼ wara nofsinhar, u jaħseb minn qabel dwar dak li jistaʼ jiġi diskuss. Permezz t’hekk se jkun iktar faċli għal dak li jkun biex joqgħod attent għall-programm u jieħu xi noti qosra imma siewja. Ħmistax jew erbaʼ ġimgħat wara l-konvenzjoni, fil-Laqgħa tas-Servizz għandha tiġi ppjanata reviżjoni taʼ 30 minuta tal-punti prinċipali tal-programm. Dakinhar, kulħadd se jkun preparat li jagħmel kumment qasir meta t-tlett aħwa kwalifikati li jkunu ġew inkarigati biex jagħmlu din il-parti jitolbu xi kummenti. Dawn il-kummenti jistgħu jesprimu kif dak li jkun jistaʼ japplika personalment dak li tgħallem mill-konvenzjoni f’ħajtu kif ukoll fil-ministeru taʼ l-għalqa. Jistgħu jintgħażlu esperjenza jew tnejn biex jiġu rakkontati fil-qosor. Preparazzjoni tajba minn kulħadd hija l-qofol biex din il-parti tal-Laqgħa tas-Servizz tkun kemm interessanti kif ukoll istruttiva.
Ġimgħa li Tibda 14 t’Awissu
12 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Ikkummenta dwar ir-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Mejju kemm tal-pajjiż u kemm tal-kongregazzjoni lokali. Fadal żewġ Sibtijiet u żewġt Iħdud f’Awissu, u għalhekk inkuraġġixxi lil kulħadd biex jipparteċipa fil-ministeru qabel ma jispiċċa x-xahar. Irrevedi l-iskeda tal-laqgħat għas-servizz taʼ l-għalqa għal tmiem il-ġimgħa.
15 min: “Tqabad it-Taqbida t-Tajba tal-Fidi.” Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Ħu iżjed kummenti mill-ktieb Our Ministry, paġni 44-5, dwar kif dawk li jikkonduċu l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni jorganizzaw l-attività tas-servizz taʼ l-għalqa għall-gruppi tagħhom u jagħtu attenzjoni lil kulmin ikollu bżonn għajnuna persunali biex jieħu sehem b’mod regulari fil-ministeru u jagħmel ir-rapport.
18 min: Kif Tistaʼ Tibbenefika Billi Tmur l-Iskola. Missier ikellem lil uliedu biex jgħinhom japprezzaw għala l-edukazzjoni sekulari hija taʼ benefiċċju. (Ara l-ktieb Żgħażagħ Jistaqsu, paġni 133-9.) Ħafna żgħażagħ iħossu li l-fatt li jmorru l-iskola huwa tassew taʼ sfida fis-soċjetà bla regoli tal-lum. Huma jħossuhom ukoll imdejqin, billi jaslu għall-konklużjoni li dak li qed jitgħallmu ftit li xejn se jkun taʼ valur fil-prattika. Il-missier jirrevedi l-prinċipji Skritturali u xi raġunijiet f’lokhom għala huwa għaqli li wieħed jikseb ammont biżżejjed taʼ edukazzjoni sekulari. Hu jinkuraġġixxi lil uliedu biex jistudjaw sew u joqogħdu attenti fil-klassi.
Għanja 127 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 21 t’Awissu
12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Ħejji turija prattikata sew li turi kif nistgħu nwieġbu din il-mistoqsija fis-servizz taʼ l-għalqa: “Għala Alla li huwa kollu mħabba jippermetti li s-sofferenza tibqaʼ sejra daqshekk fit-tul?” (Il-ktieb Reasoning, paġni 395-6) Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu sehem fil-ministeru fi tmiem il-ġimgħa li jmiss.
8 min: “Nuru li Aħna ‘Sajjieda tal-Bnedmin.’” Taħdita b’entużjażmu, li tfaħħar u tenfasizza l-miri li nistgħu npoġġu sabiex nibqgħu mexjin ’il quddiem kif imsemmi f’paragrafu 4.
25 min: “Qiegħed Int Tibbenefika Personalment?” Mistoqsijiet u tweġibiet.
Għanja 152 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 28 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Kaxxa għall-Mistoqsija. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Awissu. L-aħwa li jikkonduċu l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni għandhom jiċċekkjaw maʼ kulmin hu fil-grupp tagħhom sabiex ir-rapporti kollha jkunu jistgħu jingħaddu sas-6 taʼ Settembru.
15 min: “Qiegħed Tissaporti Int?” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jirrifletti fuq is-suċċess persunali tiegħu f’li jissaporti fil-ministeru Kristjan. Jekk jibdew jidhru xi dgħjufijiet, ikun hemm bżonn li nissaħħu spiritwalment. Inkludi xi kummenti mit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Ottubru, 1999, paġni 20-1, paragrafi 17-21. Stieden żewġ pubblikaturi jew tlieta li ssaportew fedelment għal perijodu taʼ snin biex jirrakkontaw x’qegħdin jagħmlu sabiex jipperseveraw. Jekk ikun xieraq, minflok dan, tistaʼ tikkunsidra l-bżonnijiet lokali.
20 min: “Il-Laqgħat Huma taʼ Benefiċċju għaż-Żgħażagħ.” Anzjan jikkonduċi diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Meta tiddiskuti paragrafu 8, ikkunsidra xi affarijiet prattiċi li bihom wieħed ikun jistaʼ jikkonċentra u joqgħod attent iktar matul il-laqgħat. (Ara l-Awake! tat-22 taʼ Settembru, 1998, paġni 19-20.) Inkuraġġixxi lill-ġenituri biex ikunu deċiżi f’li t-tfal tagħhom jattendu regolarment għal-laqgħat kollha.—Ara l-esperjenza fil-Watchtower taʼ l-1 taʼ Settembru, 1997, paġna 25.
Għanja 176 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Settembru
Konvenzjoni Distrettwali f’Malta
8-10 taʼ Settembru, 2000.
M’hemmx skeda għal-Laqgħa tas-Servizz għal din il-ġimgħa.