Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Jannar: Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja. Frar: Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar. April: Ir-rivisti It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Fejn jinstab l-interess fiż-żjajjar lura, offri l-ktieb Għarfien jew il-browxer X’Jirrikjedi, bil-mira li tibda studji tal-Bibbja fid-djar.
◼ Jekk jogħġbok innotaw li l-Mafkar għas-sena 2002 se jkun nhar il-Ħamis, 28 taʼ Marzu, wara nżul ix-xemx u mhux nhar il-Ġimgħa, 22 taʼ Marzu, bħalma huwa indikat fl-aħħar tal-kalendarju tas-Soċjetà għas-sena 2001. Dan l-avviż bil-quddiem qiegħed jingħata sabiex l-aħwa jkunu jistgħu jibbukkjaw jew jagħmlu kuntratti skond il-bżonn għal swali disponibbli għal meta jkun hemm diversi kongregazzjonijiet li jużaw is-Sala tas-Saltna u jkunu jridu jinstabu faċilitajiet oħrajn. L-anzjani għandu jkollhom ftehim mal-maniġment biex jiżguraw li ma jkun hemm ebda tfixkil minn attivitajiet oħrajn fil-bini sabiex l-osservanza tal-Mafkar tkun tistaʼ ssir b’manjiera paċifika u bl-ordni. Minħabba l-importanza taʼ l-okkażjoni, meta taħtar kelliemi għall-Mafkar, il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandha tagħżel wieħed mill-iktar anzjani kwalifikati minflok ma tagħżel lil min imissu jew tuża lill-istess ħu kull sena. Issir eċċezzjoni jekk hemm anzjan kapaċi mill-midlukin li jistaʼ jagħti t-taħdita.
◼ Il-pubblikaturi mgħammdin kollha preżenti għal-Laqgħa tas-Servizz fil-ġimgħa tat-8 taʼ Jannar, jistgħu jiksbu d-dokument Advance Medical Directive/Release u l-Identity Card għal uliedhom.
◼ B’seħħ mill-bidu taʼ Frar, u mhux iktar tard mill-4 taʼ Marzu, it-taħdita pubblika l-ġdida għall-indokraturi tas-circuit se tkun “Il-Jum taʼ Ġudizzju—Żmien taʼ Biżaʼ jew taʼ Tama?”
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu arranġamenti konvenjenti biex josservaw il-Mafkar din is-sena nhar il-Ħadd, 8 t’April, wara nżul ix-xemx. Għalkemm it-taħdita tistaʼ tibda iktar kmieni, it-tqassim taʼ l-emblemi m’għandux jibda qabel inżul ix-xemx. Iċċekkjaw maʼ sorsi lokali biex tiddeterminaw meta jkun se jseħħ inżul ix-xemx fil-lokalità tagħkom. Ladarba dakinhar m’għandhomx jinżammu laqgħat ħlief dawk għas-servizz taʼ l-għalqa, għandhom isiru bidliet xierqa biex l-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa jsir f’ħin ieħor. L-indokraturi tas-circuit ikollhom bżonn jirranġaw l-iskeda tagħhom tal-laqgħa għal dik il-ġimgħa skond iċ-ċirkustanzi lokali. Għalkemm huwa mixtieq li kull kongregazzjoni jkollha ċ-ċelebrazzjoni tal-Mafkar tagħha stess, dan mhux dejjem jistaʼ jkun possibbli. Fejn normalment għadd taʼ kongregazzjonijiet jużaw l-istess Sala tas-Saltna, forsi kongregazzjoni waħda jew iktar jistgħu jiksbu l-użu taʼ xi faċilità oħra għal dik il-lejla. Fejn ikun possibbli, nissuġġerixxu minn taʼ l-inqas 40 minuta bejn kull programm sabiex kulħadd ikun jistaʼ jibbenefika bis-sħiħ mill-okkażjoni, billi jkun hemm biżżejjed ħin biex niltaqgħu mal-viżitaturi u ninkuraġġixxu lil uħud interessati ġodda. Ukoll għandha tingħata konsiderazzjoni għall-problemi tat-traffiku u taʼ l-ipparkjar, inkluż il-fatt li l-passiġġieri jkunu deħlin u ħerġin mill-karozzi. Il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandha tiddeċiedi liema arranġamenti jkunu l-aħjar lokalment.
◼ It-taħdita pubblika speċjali għall-istaġun tal-Mafkar 2001 se tingħata nhar il-Ħadd l-1 t’April. Is-suġġett tat-taħdita se jkun “Min Jistaʼ Jiġi Salvat?” Se jiġi provdut outline. Dawk il-kongregazzjonijiet li se jkollhom iż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit, l-assemblea tas-circuit, jew il-jum t’assemblea speċjali f’dak it-tmiem il-ġimgħa se jkollhom it-taħdita speċjali l-ġimgħa li tibda 9 t’April. L-ebda kongregazzjoni m’għandu jkollha t-taħdita speċjali qabel l-1 t’April, 2001.