Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Jannar
7 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna.
13 min: “Hekk Għandu Jiddi d-Dawl Tagħkom.”a Inkludi xi kummenti mit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Ġunju, 1997, paġni 27-28, paragrafi 12-13. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu vantaġġ minn kull opportunità sabiex jagħti xiehda.
25 min: Provvedimenti taʼ Mħabba għall-Kura taʼ Saħħitna. Taħdita minn anzjan kwalifikat, ibbażata fuq l-ittra taʼ l-1 taʼ Diċembru, 2000, u l-outline mis-Soċjetà. Enfasizza l-fatt li biex wieħed jikseb l-aqwa protezzjoni legali kontra t-trasfużjonijiet mhux mixtiqin huwa billi jimla d-dokument Advance Medical Directive/Release. Dawn id-dokumenti se jkunu disponibbli għall-pubblikaturi mgħammdin wara l-laqgħa tal-lejla, imma M’GĦANDHOMX jimtlew il-lejla. Il-kongregazzjoni għandu jkollha f’idejha kwantità biżżejjed taʼ dokumenti xi tqassam. L-iffirmar minnek u mix-xhieda, u d-data tad-dokumenti kollha se jsiru wara l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni li jmiss, bl-għajnuna fejn ikun hemm bżonn tal-ħu li jikkonduċi l-istudju tal-ktieb. Dawk li jiffirmaw bħala xhieda jridu attwalment jaraw lill-individwu jiffirma d-dokument tiegħu. L-aħwa li jikkonduċu l-istudju tal-ktieb għandhom jiżguraw li dawk kollha assenjati fil-grupp tagħhom jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex jimlew id-dokument Advance Medical Directive/Release. L-Identity Cards għat-tfal se jingħataw lill-ġenituri wara din il-laqgħa. Il-pubblikaturi li m’humiex mgħammdin jistgħu jiktbu d-direttiva tagħhom stess għalihom infushom u għal uliedhom billi jaddattaw il-kliem minn dawn id-dokumenti għaċ-ċirkustanzi u l-konvinzjonijiet tagħhom stess.
Għanja 1 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: Qiegħed Teżamina l-Iskrittura Kuljum? Taħdita u intervisti. Ikkunsidra t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Jannar, 1997, paġni 13-14, paragrafi 12-14, billi tenfasizza l-għerf taʼ li jkollok diskussjoni fuq l-iskrittura tal-jum bħala familja. Intervista xi membri tal-familja, li kull wieħed minnhom jiftakar diskussjoni reċenti fuq l-iskrittura tal-jum li kienet speċjalment taʼ benefiċċju u jagħti r-raġuni għalxiex. Enfasizza li dan għandu jkun parti minn programm regulari taʼ l-istudju tal-familja bl-iskop li jsaħħaħ lill-familji tagħna u jżomm il-familja attiva fil-ministeru.
Għanja 67 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Jannar
7 min: Avviżi lokali.
18 min: Kif Tistaʼ Tipprepara l-Introduzzjonijiet. Taħdita u turijiet. Irrevedi xi punti prinċipali mill-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja, paġna 2. Uri kif nistgħu nagħżlu introduzzjonijiet li huma addattati għall-istil, il-personalità, u t-territorju tagħna. Irrevedi xi introduzzjonijiet tajbin li jistgħu jintużaw mal-browxer X’Jirrikjedi, u ħejji turija jew tnejn fuqhom. (Ara Il-Ministeru tas-Saltna t’April 1997, paġna 8.) Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jagħmel użu tajjeb mis-suġġerimenti offruti fil-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja u f’Il-Ministeru tas-Saltna fl-attività tagħhom tas-servizz taʼ l-għalqa.
20 min: “Kun Semmiegħ Tajjeb.” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Irrevedi xi punti mill-iSchool Guidebook, paġni 27-8, paragrafi 15-17. L-aħjar mod kif nittestjaw kemm huma tajbin id-drawwiet tagħna bħala semmiegħa huwa billi naraw kemm nistgħu niftakru. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw xi punti importanti li ħarġu l-parteċipanti fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku tal-lejla.
Għanja 96 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Jannar. Semmi l-offerta tal-letteratura għal Frar.
15 min: “Nikkooperaw maʼ Dak li Jikkonduċilna l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni.” Diskussjoni minn ħu li jikkonduċi l-istudju tal-ktieb u li hu eżemplari f’dan l-irwol, bil-parteċipazzjoni taʼ l-udjenza. Ibni l-antiċipazzjoni għall-istudju tal-kongregazzjoni bil-ktieb Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja. Inkuraġġixxi liż-żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom fid-diskussjonijiet taʼ kull ġimgħa waqt l-istudju tal-ktieb. Kulħadd se jkun jixtieq jattendi regolarment, billi jkun ħerqan li jitgħallem kemm jistaʼ jkun dwar is-sigriet taʼ l-hena fil-familja.
20 min: “Ġenituri—Nisslu Drawwiet Tajbin f’Uliedkom.” Taħdita u intervista maʼ ġenituri li wliedhom mexjin tajjeb spiritwalment. Il-ġenituri jirriflettu fuq l-affarijiet pożittivi li jkunu għamlu sabiex uliedhom jinvolvu ruħhom fil-ministeru taʼ l-għalqa. Skond ma jippermetti l-ħin, daħħal xi suġġerimenti mill-ktieb Hena Fil-Familja, paġni 55-9.
Għanja 149 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Frar
10 min: Avviżi lokali.
15 min: “Kun Ferħan f’Dak li Tagħmel.”b Uri x’inhu li jżidilna l-ferħ tagħna fis-servizz t’Alla, kif imniżżel fil-ktieb Insight, it-2 Volum, paġna 120, paragrafi 6-8.
20 min: Int Tistaʼ Ssib Divertiment Edifikanti. Grupp taʼ familja jiddiskuti l-parir mogħti fi Stenbaħ! t’April-Ġunju, 1997. Il-missier huwa interessat dwar l-attivitajiet taʼ rikreazzjoni tal-familja tiegħu. Wara li jirrevedu fil-qosor l-artiklu “Xi Ġralu d-Divertiment?” (paġni 4-7), huma jiffokaw fuq ċerti tipi taʼ divertiment li jistgħu jkunu edifikanti u taʼ benefiċċju. Ikkunsidra l-materjal fil-ktieb Our Ministry, paġni 131-2, taħt “Recreation,” u paġni 135-6, taħt “Do All Things for God’s Glory.” Enfasizza l-irwol tal-ġenituri f’li jieħdu t-tmexxija u l-bżonn għall-membri tal-familja sabiex jikkooperaw għall-benefiċċju tal-familja kollha.
Għanja 190 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.