Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Mejju
6 min: Avviżi lokali u Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna.
9 min: X’Inhuma l-Pjanijiet Tiegħek għas-Sajf? Anzjan jew qaddej ministerjali flimkien mal-familja tiegħu jiddiskutu l-pjanijiet tagħhom għax-xhur tas-sajf. Jitkellmu dwar li jattendu għas-sessjonijiet kollha tal-konvenzjoni distrettwali, jieħdu sehem fix-xogħol taʼ pijunier awżiljarju, u forsi jieħdu vaganza u jgawdu xi tip taʼ rikreazzjoni. Huma lkoll jaqblu li ma jridux jittraskuraw l-attivitajiet teokratiċi, bħal li jattendu għal-laqgħat tal-kongregazzjoni, jieħdu sehem fis-servizz taʼ l-għalqa, u jagħmlu l-istudju tal-Bibbja bħala familja, anki jekk se jivvjaġġaw xi mkien ieħor. Huma se jkunu żguri li jirrapportaw l-attività tas-servizz taʼ l-għalqa lis-segretarju fil-ħin, kemm jekk ikunu marru xi mkien ieħor jew le.
14 min: “Ibnu lil Xulxin.”a
16 min: “Għala l-Fuljetti Huma Daqshekk Prezzjużi għall-Ministeru Tagħna Llum.”b
Għanja 31 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Mejju
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
17 min: “Kun Af lil Ħutek Sew.”c
18 min: “Insibu Wħud Interessati Billi Nagħtu Xiehda fit-Toroq b’Mod Effettiv.”d
Għanja 105 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Mejju
5 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Mejju. Irrevedi “Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Jehovah għas-Sena 2001 ‘Għalliema tal-Kelma t’Alla.’”
13 min: “Niffaċċjaw l-Isfidi fl-2001.” Diskussjoni maʼ l-udjenza li għandha tingħata minn anzjan.
10 min: Bżonnijiet lokali.
12 min: “Il-Kelma t’Alla Hi . . . Qawwija.”e Inkludi żewġ turijiet preparati sew, billi turi kif preżentazzjonijiet qosra jistgħu jiġbdu l-attenzjoni lejn il-Kelma t’Alla.
Għanja 79 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Ġunju
12 min: Avviżi lokali u esperjenzi mis-servizz taʼ l-għalqa.
15 min: “Ħu Sehem bis-Sħiħ fil-Ħsad.”f Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 4, inkludi l-eżempju li hemm f’It-Torri taʼ l-Għassa, taʼ l-1 t’Ottubru, 1996, paġna 17, paragrafu 10, billi turi x’inhuma jagħmlu xi wħud sabiex jespandu l-ministeru tagħhom.
18 min: “Ħdimna t-Territorju Tagħna Kemm-il Darba!”g Għandha tingħata mill-indokratur tas-servizz. (Il-kongregazzjonijiet li għandhom territorju li ma jinħadimx taʼ spiss jistgħu jirrevedu l-artiklu “Ir-Rivisti Jħabbru s-Saltna,” f’Il-Ministeru tas-Saltna t’April 1998.) Iddiskuti dwar x’jistaʼ jsir lokalment sabiex it-territorju jinħadem iktar bir-reqqa. Semmi l-esperjenzi li hemm fin-1997 Yearbook, paġna 204, u fil-Watchtower tal-15 taʼ Frar, 1996, paġna 26. Enfasizza l-importanza taʼ li nżommu noti tajbin minn dar għal dar, nerġgħu mmorru għand dawk li ma jkunux id-dar, u nagħmlu żjajjar lura fil-pront.
Għanja 142 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
e Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
f Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
g Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.