Ħarsa Storika Lejn The New World Society in Action
Hekk kif tkun qed tara l-preżentazzjoni taʼ dan il-film taʼ l-1954, aħseb fuq it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin: (1) Għala ħareġ il-film oriġinarjament, u x’kien l-iskop li laħaq? (2) Liema pubblikazzjonijiet joħorġu x-Xhieda taʼ Jehovah, għal min, u għala? (3) It-tqassim tat-Torri taʼ l-Għassa llum kif jitqabbel maʼ dak taʼ l-1954? (4) Fi snin reċenti, il-mod li bih nistampaw il-letteratura kif sar iktar modern? (5) X’jimpressjonak mill-konvenzjoni internazzjonali taʼ l-1953 li saret fil-Yankee Stadium? (6) X’kienet Trailer City, u liema affarijiet li jispikkaw innotajt dwarha? (7) X’juri li x-xogħol tagħna m’huwiex biss taʼ ġens wieħed, nazzjonalità waħda, jew taʼ poplu wieħed? (8) B’liema modi fhimt li huwa bl-ispirtu taʼ mħabba li taħdem bih l-organizzazzjoni taʼ Jehovah? (Salm 133:1) (9) Min taħseb li japprezza li jagħti ħarsa lejn l-istorja taʼ l-attivitajiet tas-soċjetà tad-dinja l-ġdida matul is-snin 50?