LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/01 pp. 2-7
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 13 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 20 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 27 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Settembru
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 8/01 pp. 2-7

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 13 t’Awissu

Għanja 30

13 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-​vidjo The New World Society in Action (Is-Soċjetà tad-​Dinja l-​Ġdida fl-​Azzjoni) bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni fil-​Laqgħa tas-​Servizz għall-​ġimgħa tas-​27 t’Awissu.

17 min: “Trid Taħdem Iktar?”a Inkludi xi suġġerimenti dwar li jsir iktar sforz biex tingħata xiehda lin-​nies fit-​territorju tagħkom li jitkellmu lingwa barranija. Ikkummenta fil-​qosor mill-​Watchtower tal-​15 taʼ Ġunju, 1997, paġni 26-9.

15 min: “Żomm il-​Ħin Liberu f’Postu.” Ħu li jikkonduċi l-​istudju tal-​ktieb jitkellem maʼ koppja miżżewġa wara l-​istudju. B’qalb tajba jsemmilhom li dan l-​aħħar ma kienx qed jarahom fis-​servizz taʼ l-​għalqa jew fil-​laqgħat taʼ tmiem il-​ġimgħa. Il-​koppja tispjegalu li l-​vaganzi u xi attivitajiet oħra tas-​sajf żammewhom okkupati. L-​anzjan jirrivedi l-​punti prinċipali fl-​artiklu, billi jgħin lil dawn it-​tnejn jaraw kif l-​affarijiet spiritwali dejjem għandhom jiġu l-​ewwel post. Huma juru apprezzament għat-​tfakkiriet tajbin li ngħataw. Jaqblu li se jpoġġu l-​prijoritajiet aħjar fil-​futur.​—Ara t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’Ottubru, 2000, paġni 19-​20.

Għanja 68 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 20 t’Awissu

Għanja 33

5 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

10 min: “Intom ‘Spettaklu’!”b Semmi xi ġrajjiet li seħħew lokalment fejn in-​nies taw kummenti pożittivi dwar ix-​xogħol u l-​kondotta tax-​Xhieda taʼ Jehovah.​—Ara It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Marzu, 1998, paġna 10, u tal-​15 taʼ Jannar, 1999, paġna 32.

10 min: “‘Ismaʼ u Żid l-​Għerf Tiegħek.’” Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Spjega għala l-​istruzzjoni li tiġi provduta fil-​konvenzjonijiet hija ikel spiritwali vitali li għandna bżonn. Ikkummenta dwar l-​ammont kbir taʼ ħin u sforz meħtieġ sabiex isir programm bħal dan. Stieden lill-​udjenza biex tikkummenta dwar x’jistaʼ jagħmel kull individwu sabiex kemm hu u kemm oħrajn jibbenefikaw bis-​sħiħ. Enfasizza r-​raġunijiet għala lkoll kemm aħna għandna nkunu f’postna meta tibda kull sezzjoni.

20 min: “Il-​Manjieri Tajbin​—Karatteristika tan-​Nies Devoti Lejn Alla.” Anzjan jagħti taħdita taʼ 5 minuti fuq paragrafi 1 sa 5. Imbagħad jiddiskuti l-​bqija taʼ l-​artiklu fuq il-​platform m’anzjan ieħor u qaddej ministerjali. Jitkellmu dwar kif nistgħu nevitaw drawwiet taʼ nuqqas taʼ tħassib għal oħrajn li jistgħu jtellfu mil-​laqgħat u jnaqqsu l-​benefiċċji li nirċievu. Jenfasizzaw kif is-​sħubija tagħna flimkien verament tħeġġiġna meta nuru tħassib b’imħabba lejn l-​interessi taʼ l-​oħrajn.​—Flp. 2:4.

Għanja 72 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 27 t’Awissu

Għanja 40

5 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Awissu. Fil-​qosor aqsam xi suġġeriment jew tnejn dwar kif il-​ktieb Hena fil-​Familja jistaʼ jiġi offrut fil-​ministeru matul Settembru.​—Ara l-​eżempji f’Il-Ministeru tas-​Saltna taʼ Frar 1999, paġna 4.

15 min: Tfakkiriet tal-​Konvenzjoni Distrettwali. Irrepeti l-​pariri speċifiċi mit-​taħditiet dwar il-​konvenzjoni distrettwali f’Il-Ministeru tas-​Saltna taʼ dan ix-​xahar kif ukoll f’taʼ Lulju li jistgħu jkunu addattati lokalment. Matul ix-​xahar t’Ottubru, Laqgħa tas-​Servizz sħiħa se tkun ippjanata għar-​reviżjoni tal-​punti prinċipali tal-​konvenzjoni. Bħala preparazzjoni għal dik id-​diskussjoni, ilkoll kemm aħna nistgħu nieħdu noti siewja meta nkunu l-​konvenzjoni, fosthom lista taʼ punti li nixtiequ napplikaw personalment f’ħajjitna stess u fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. Imbagħad nistgħu nkunu preparati biex nispjegaw kif applikajna dawk is-​suġġerimenti minn meta attendejna għall-​konvenzjoni ’l quddiem. Se jkun taʼ inkuraġġiment għal xulxin li nisimgħu kif ibbenefikajna mill-​istruzzjoni tajba li rċivejna.

15 min: “Ħarsa Storika Lejn The New World Society in Action.” Diskussjoni maʼ l-​udjenza u intervisti. Wara li tiddiskuti l-​mistoqsijiet li huma provduti, intervista lil min setaʼ ra l-​vidjo oriġinali jew li attenda għall-​konvenzjonijiet internazzjonali tas-​snin 50. Għidilhom biex jesprimu dak li jiftakru dwar dawk il-​ġrajjiet, l-​effett fuqhom spiritwalment, u dwar il-​konvinzjoni tagħhom li din hija l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah. F’Ottubru se nirrivedu l-​vidjo United by Divine Teaching (Magħqudin Permezz taʼ Tagħlim Divin).

10 min: “Kemm Hija Importanti s-​Sħubija Kristjana?”c Inkludi xi kummenti minn taħt is-​sottitlu “Through the Congregation” (Permezz tal-​Kongregazzjoni) fil-​Watchtower tal-​15 taʼ Jannar, 1996, paġna 22.

Għanja 74 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Settembru

M’hemmx Laqgħa tas-​Servizz fl-​iskeda taʼ din il-​ġimgħa peress li l-​kongregazzjonijiet kollha se jkunu qed jattendu l-​Konvenzjoni Distrettwali “Għalliema tal-​Kelma t’Alla.”

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja