LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/01 p. 1
  • Kemm Hija Importanti s-Sħubija Kristjana?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kemm Hija Importanti s-Sħubija Kristjana?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Skeda tal-Familja—Laqgħat tal-Kongregazzjoni
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Napprezzaw il-Laqgħat Kristjani
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Għala għandna niltaqgħu flimkien għall-qima?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • X’Se Ssib fil-Laqgħat Kristjani Tagħna?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 8/01 p. 1

Kemm Hija Importanti s-​Sħubija Kristjana?

1 “L-​ebda bniedem m’hu gżira.” Din l-​istqarrija li saret minn poeta Ingliż tas-​seklu 17 tesprimi b’mod eżatt il-​kliem misjub fil-​Bibbja dwar il-​bżonn bażiku tal-​bniedem​—is-​sħubija. (Prov. 18:1) Is-​sħubija Kristjana tagħna timla dan il-​bżonn. Kif inhi taʼ benefiċċju għalina?

2 Fil-​Ministeru: Wieħed mill-​akbar benefiċċji huwa l-​mod kif ħutna jsaħħuna u jappoġġawna fil-​ministeru pubbliku. Ġesù bagħat lid-​dixxipli tiegħu jippridkaw “tnejn tnejn.” (Mk. 6:7; Lq. 10:1) Fi qbil maʼ dan l-​eżempju, meta naħdmu m’oħrajn fis-​servizz taʼ l-​għalqa, nesperjenzaw il-​verità tal-​kliem li nsibu f’Koħèlet 4:​9, 10. Hekk kif inwettqu l-​ministeru tagħna flimkien, il-​fidi, l-​ubbidjenza, u l-​imħabba taʼ dawk li jkunu qegħdin magħna se jimlewna bil-​kuraġġ u se jġeddulna ż-​żelu tagħna.

3 Għall-​Għajnuna Persunali: Il-​fratellanza tagħna hija wkoll sors taʼ inkuraġġiment u gwida sabiex inkampaw mal-​pressjonijiet u nirreżistu t-​tentazzjonijiet. Kristjani sħabna jistgħu jiġbdulna l-​attenzjoni lejn skritturi li jitkellmu dwar dak li jkun qed jinkwetana personalment. Jistgħu anki jitolbu għalina, bħalma aħna nagħmlu għalihom. (2 Kor. 1:​11) U żgur li l-​eżempju tajjeb tagħhom se jqanqalna biex nagħmlu t-​tajjeb u se jsaħħaħna.

4 Fil-​Laqgħat: Il-barka tas-​sħubija Kristjana titgawda meta aħna nattendu regolarment għal-​laqgħat Kristjani. (Lhud 10:24, 25) Il-​programm ikun fih abbundanza taʼ istruzzjoni spiritwali, u l-​attendenza tagħna għal-​laqgħat iżżommna fil-​qrib maʼ ħutna fit-​twemmin. Dawn il-​laqgħat jagħtuna l-​opportunità li nisimgħu lil ħutna jesprimu l-​fidi tagħhom, kemm jekk minn fuq il-​platform jew fl-​udjenza. (Rum. 1:​12) Ir-​rabta taʼ sħubija tagħna ssir iktar profonda meta nkellmu lil xulxin qabel u wara l-​laqgħat. Okkażjonijiet bħal dawn jagħtuna l-​opportunità biex nitkellmu dwar l-​esperjenzi li jibnu l-​fidi li kellna aħna stess. Il-​personalitajiet tagħna jiġu effettwati b’mod pożittiv meta nissieħbu taʼ spiss maʼ dawk li jħobbu ’l Jehovah, il-​Kelma tiegħu, ix-​xogħol tiegħu, u l-​poplu tiegħu.​—Flp. 2:​1, 2.

5 Għandna bżonn lil sħabna l-​Kristjani. Ikun iktar diffiċli mingħajrhom biex nimxu fit-​triq id-​dejqa li tieħu għall-​ħajja. Madankollu, bl-​imħabba u l-​inkuraġġiment tagħhom, nistgħu nkomplu mexjin lejn id-​dinja l-​ġdida taʼ tjieba taʼ Jehovah.​—Mt. 7:​14.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja