Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Il-kampanja speċjali biex jitqassam il-browxer Ibqgħu Għassa! se tispiċċa fl-14 taʼ Novembru. Għall-bqija taʼ Novembru se noffru Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Irrivedi fil-qosor il-preżentazzjonijiet suġġeriti fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Mejju 2004, paġna 3.
15 min: Ibbenefika bis-Sħiħ mil-Laqgħa tas-Servizz. Diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq il-ktieb Our Ministry, paġni 71-2. Il-Laqgħa tas-Servizz f’liema ħames aspetti tgħinna nitjiebu bħala ministri Kristjani? Semmi xi eżempji mill-programm taʼ dan ix-xahar. X’benefiċċji niksbu jekk nippreparaw minn qabel? Għala għandna nattendu regolarment? Liema preċedent Skritturali jeżisti għal din il-laqgħa?
20 min: “Ibqaʼ Uri Sens t’Urġenza!”a Inkludi kummenti mit-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Jannar, 2000, paġni 12-13.
Għanja 19 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Jekk is-suġġerimenti f’paġna 4 huma prattiċi għat-territorju tal-kongregazzjoni tagħkom, użahom biex turi kif tippreżenta t-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Novembru u Stenbaħ! tat-8 taʼ Novembru. Preżentazzjonijiet realistiċi oħra jistgħu jintużaw.
15 min: Ġieli Esperjenzajt l-Hena li Jiġi Meta Tagħti? Taħdita bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Novembru, 2004, paġni 19-23.
20 min: Ikkultiva l-Interess Billi Tuża l-Browxer il-Ġdid. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza li trid tingħata mill-indokratur tas-servizz. Għandna nagħmlu żjara lura biex nikkultivaw l-interess taʼ kull persuna li aċċettat kopja tal-browxer Ibqaʼ Għassa! Billi tuża l-werrej f’paġna 2, spjega fil-qosor x’fih il-browxer u iġbed l-attenzjoni għas-sezzjonijiet qosra li qed jiġu enfasizzati (miktubin b’tipa normali taħt it-titli b’tipa skura). Dan il-materjal jistaʼ jintuża għal diskussjonijiet qosra u istruttivi li jkomplu jibnu fuq dak li jkun intqal qabel. Per eżempju, jekk fl-ewwel żjara ġew diskussi paġni 3-4, tistaʼ tintuża s-sezzjoni “Veru li Alla Jimpurtah?” f’paġna 5 biex issir iż-żjara lura. Iddiskuti kif jistaʼ jsir dan. Irrivedi sezzjonijiet oħra, bħal dawk li hemm f’paġni 6-8 u 17-18 jew oħrajn li huma addattati għat-territorju lokali. Agħmel turija taʼ żjara lura, billi tuża waħda mis-sezzjonijiet enfasizzati. Għandha tinqara u tiġi diskussa skrittura, jew iktar minn waħda, minn dawk li jkunu ċitati. Il-pubblikatur jagħlaq billi jiġbed l-attenzjoni lejn sezzjoni oħra li tistaʼ tiġi diskussa fiż-żjara li jmiss.
Għanja 66 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: Nibdew Studji tal-Bibbja maʼ Dawk li Aċċettaw il-Browxer il-Ġdid. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza li trid tingħata mill-indokratur tas-servizz. Irrivedi fil-qosor iż-żjara lura li ntweriet fil-Laqgħa tas-Servizz tal-ġimgħa l-oħra, u semmi b’mod speċjali s-sezzjoni enfasizzata li ssemmiet fi tmiem dik iż-żjara. Ħejji lill-istess pubblikaturi (jekk ikun possibbli) biex jużaw dan il-materjal u jagħmlu turija taż-żjara li jmiss. Imbagħad, il-pubblikatur juża l-qoxra taʼ wara tal-browxer biex joffri studju tal-Bibbja, u jsiru arranġamenti sabiex fiż-żjara li jmiss jaraw l-ewwel lezzjoni tal-browxer X’Jirrikjedi. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jiffoka fuq li jibda studji tal-Bibbja maʼ dawk li aċċettaw kopja tal-browxer Ibqaʼ Għassa!
Għanja 58 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Novembru. Ħejji turijiet taʼ kif jiġu preżentati t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Diċembru u Stenbaħ! tat-8 taʼ Diċembru.
10 min: Kaxxa għall-Mistoqsija. Taħdita minn anzjan.
25 min: “Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—It-Tielet Parti.”b Uża l-mistoqsijiet provduti. Wara li tiddiskuti paragrafu 3, inkludi turija qasira taʼ studju tal-Bibbja bil-browxer X’Jirrikjedi, lezzjoni 5, paragrafu 1. Il-paragrafu jkun diġà nqara u l-mistoqsija tkun ġiet imwieġba. L-istudent u min jikkonduċi l-istudju jaqraw u jiddiskutu Isaija 45:18 u Koħèlet 1:4. Dak li jikkonduċi juża mistoqsijiet sempliċi biex iħeġġeġ lill-istudent jispjega kif kull vers huwa marbut mal-punt li jkun qed jiġi kunsidrat.
Għanja 178 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Semmi l-offerta tal-letteratura għal Diċembru. Ħejji turija jew tnejn tal-preżentazzjonijiet li jistgħu jintużaw meta noffru l-ktieb L-Aqwa Bniedem.
20 min: “Tistaʼ Tagħti Daqqa t’Id?”c Intervista pubblikatur jew tnejn li apprezzaw l-għajnuna jew l-inkuraġġiment li tawhom oħrajn.
15 min: Esperjenzi lokali. Stieden lill-udjenza biex tirrakkonta xi esperjenzi li gawdiet meta rritornat għand dawk li aċċettaw kopja tal-browxer Ibqaʼ Għassa! Irranġa minn qabel biex jiġu reċtati xi esperjenzi li jispikkaw. Faħħar lil kulħadd għall-appoġġ tiegħu fil-kampanja speċjali.
Għanja 101 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.