LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/05 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 4 t’April
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 3/05 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Marzu

Għanja 132

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-​vidjo David​—He Trusted in God (David​—Hu Fada f’Alla) bħala preparazzjoni għal-​Laqgħa tas-​Servizz tal-​ġimgħa li tibda fl-​4 t’April. Uża s-​suġġerimenti li hemm f’paġna 4 (jekk huma addattati għat-​territorju tiegħek) biex turi kif jiġu preżentati It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Marzu u Stenbaħ! tat-​8 t’April. Jistgħu jintużaw preżentazzjonijiet realistiċi oħrajn. F’waħda mill-​preżentazzjonijiet, uri kif issir żjara lura fuq żjara taʼ rotta bir-​rivisti. Fi tmiem il-​preżentazzjoni, uża l-​qoxra taʼ wara tat-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Marzu biex tfakkar lill-​inkwilin dwar l-​osservanza tat-​Tifkira li se tasal dalwaqt.

20 min: “Iktar Enfasi fuq il-​Bibbja!”a

15 min: Provvediment biex Isaħħaħna. Wara introduzzjoni taʼ inqas minn minuta, ikkonduċi diskussjoni maʼ l-​udjenza dwar it-​2005 Yearbook. Meta nimmeditaw fuq l-​attività meraviljuża taʼ Ġeħova fi żmienna nersqu eqreb lejh u lejn ħutna madwar id-​dinja. (Salm 77:​13-​15 [77:​12-​14, New World Translation]) Dan isaħħaħna biex nieħdu l-​waqfa tagħna kontra x-​Xitan, “sodi fil-​fidi.” (1 Pt. 5:​8, 9) Jgħin lil uħud ġodda jiżviluppaw l-​apprezzament tagħhom lejn l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova. Stieden lill-​udjenza biex jirrakkontaw punti minn dak li qraw mit-​2005 Yearbook. Irranġa minn qabel biex wieħed jew tnejn jikkummentaw fuq kif isibu ħin biex jaqraw il-​Yearbook personalment.

Għanja 137 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Marzu

Għanja 140

10 min: Avviżi lokali.

15 min: “Nikkonduċu Studji tal-​Bibbja Progressivi​—Is-​Sebaʼ Parti.”b Meta tkun qed tipprepara din il-​parti, ara t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju, 2002, paġna 27, paragrafi 5-​6.

20 min: X’inhi Armageddon? Wara introduzzjoni taʼ inqas minn minuta, ikkonduċi diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba bbażata fuq paġni 44-​9 tal-​ktieb Reasoning. Stieden lill-​udjenza tikkummenta fuq il-​mistoqsijiet b’tipa grassa, billi tuża l-​iskritturi kwotati u ċitati. Iddiskuti kif nistgħu nużaw dan it-​tagħrif fil-​ministeru taʼ l-​għalqa.

Għanja 109 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Marzu

Għanja 144

10 min: Avviżi lokali. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Fakkar lil kulħadd biex jara l-​vidjo David​—He Trusted in God (David​—Hu Fada f’Alla) bħala preparazzjoni għal-​Laqgħa tas-​Servizz tal-​ġimgħa d-​dieħla. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jistieden lil min juri interess biex jattendi għat-​taħdita pubblika speċjali fl-​10 t’April. Semmi l-​offerta taʼ letteratura għal April u Mejju.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: Ippreżenta It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Irrivedi ssuġġerimenti dwar kif inżidu t-​tqassim taʼ rivisti fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Frar 2005, paġna 8. Iddiskuti punti li wieħed jistaʼ jitkellem fuqhom fil-​ħarġiet kurrenti tar-​rivisti. Billi tuża ssuġġerimenti li hemm f’paġna 4 (jekk huma addattati għat-​territorju tiegħek) uri kif tistaʼ tippreżenta It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’April u Stenbaħ! tat-​8 t’April. Jistgħu jintużaw preżentazzjonijiet realistiċi oħrajn. F’kull waħda mill-​preżentazzjonijiet, spjega kif ix-​xogħol tagħna madwar id-​dinja jiġi finanzjat.​—Ara It-​Torri taʼ l-​Għassa, pġ. 2, jew Stenbaħ! pġ. 5.

Għanja 116 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 4 t’April

Għanja 119

5 min: Avviżi lokali.

15 min: Ħa Jkollkom l-​Imħabba Bejnietkom. (Ġw. 13:​35) Taħdita minn anzjan ibbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Frar, 2003, paġni 15-​18, paragrafi 10-​21. Kif issemma fl-​offerta taʼ letteratura għal April u Mejju, aħna inkuraġġiti biex nipprovaw nibdew studji tal-​Bibbja maʼ dawk li diġà studjaw il-​ktieb Għarfien u l-​browxer X’Jirrikjedi. Enfasizza kif il-​pubblikaturi jistgħu jikkooperaw maʼ l-​anzjani biex jgħinu lil dawk li huma dgħajfin.

25 min: “Vidjo b’Messaġġ li Jibqaʼ Dejjem taʼ Siwi.” Aqra Salm 91:​2 u 31:​15 (31:​14, NW), u ikkummenta fil-​qosor fuq iż-​żewġ skritturi. Imbagħad idħol mill-​ewwel f’diskussjoni maʼ l-​udjenza dwar il-​mistoqsijiet għall-​vidjo taʼ David, billi tuża l-​mistoqsijiet kollha li hemm fit-​tieni paragrafu kif ukoll il-​mistoqsija li hemm fit-​tielet paragrafu. Wara dan, staqsi lill-​familji jirrakkontaw kif ibbenefikaw meta pparteċipaw fil-​“Learning Activities” suġġeriti fuq id-​DVD. Ikkonkludi billi taqra Salm 56:​12 (56:​11, NW).

Għanja 36 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja