Iktar Enfasi fuq il-Bibbja!
1. Fil-bidu, għal min ġie pubblikat The Watchtower, u għal min ġie pubblikat The Golden Age?
1 Fl-1 t’Ottubru tas-sena 1919, ġiet pubblikata l-ewwel ħarġa tar-rivista The Golden Age. Din uriet li kienet għodda taʼ valur mill-akbar għax-xogħol taʼ l-ippridkar. Għala? Għaliex kienet disinjata b’mod speċjali għall-pubbliku. Min-naħa l-oħra, ir-rivista The Watchtower għal ħafna snin kienet meqjusa bħala rivista li kienet l-iktar għall-“merħla ċkejkna.” (Lq. 12:32) Il-pubblikaturi tas-Saltna tant wieġbu b’entużjażmu għall-pubblikazzjoni l-ġdida li għal ħafna snin it-tqassim tal-Golden Age kien bil-wisq iktar minn dak tal-Watchtower.
2. Illum x’jisimha r-rivista The Golden Age, u x’kien l-iskop taʼ din ir-rivista sa mill-bidu?
2 Ir-rivista The Golden Age ġiet pubblikata biex turi lin-nies li s-soluzzjoni vera għall-problemi taʼ l-umanità hija r-Renju Millennjali taʼ Kristu, li tassew se jkun żmien tad-deheb għall-umanità. Fis-snin taʼ wara saru diversi aġġustamenti fir-rivista The Golden Age biex jintlaħqu l-bżonnijiet li dejjem jinbidlu maż-żmien. Fl-1937, l-isem tar-rivista nbidel għal Consolation. Fl-1946 sar Awake!, l-isem li aħna nafu bih illum.
3. Ir-rivista Awake! kienet għodda b’saħħitha għat-twettiq taʼ liema profezija?
3 Mill-bidu tagħha, din ir-rivista kellha sehem sostanzjali fix-xiehda kbira li ngħatat mill-1919 ’l hawn. (Mt. 24:14) Madankollu, meta nqisu l-urġenza taʼ żminijietna, jidher li hu għaqli li nkomplu nagħmlu iktar aġġustamenti lil Awake!
4. (a) Wieħed x’għandu bżonn jagħmel jekk irid jistkenn “f’jum il-korla tal-Mulej”? (b) Skond Rivelazzjoni 14:6, 7, l-‘anġlu jtir f’nofs is-sema’ x’qalilna biex nagħmlu?
4 Miljuni taʼ nies iħobbu jaqraw ir-rivista Awake! minħabba li tkopri varjetà kbira taʼ suġġetti sekulari b’mod li jolqot lil dak li jkun. Bla dubju, il-maġġuranza taʼ dawk li jattendu t-Tifkira kull sena huma qarrejja regulari taʼ l-Awake! M’għandniex xi ngħidu, jekk wieħed irid jistkenn “f’jum il-korla tal-Mulej,” se jkollu bżonn l-għajnuna biex jagħmel iktar milli sempliċement ikun qarrej regulari tal-pubblikazzjonijiet tagħna.—Sof. 2:3; Riv. 14:6, 7.
5. (a) Mill-ħarġa taʼ l-Awake! taʼ Jannar 2006, x’se jkun hemm li jispikka iktar? (b) Ħafna wħud x’jistgħu jitqanqlu biex jagħmlu, u bi twettiq taʼ liema profezija?
5 Għalhekk, minn Jannar tas-sena 2006, ir-rivista Awake! se tagħmel iktar enfasi fuq is-Saltna t’Alla. Se tinkuraġġixxi lill-qarrejja b’mod iktar dirett biex ifittxu fil-Bibbja għas-soluzzjonijiet tal-problemi tagħhom u b’mod li jispikka iktar se tenfasizza l-ispjegazzjoni li tagħti l-Bibbja għall-ġrajjiet taʼ llum. B’hekk, il-qarrejja se jkollhom fehma aħjar tal-ġrajjiet taʼ llum u forsi b’dak li jaqraw jitqanqlu biex jitgħallmu iktar dwar Ġeħova.—Żak. 8:23.
6, 7. (a) Ir-rivista Awake! kif se tgħin lil ħafna nies japplikaw l-1 Tessalonikin 2:13? (b) Ir-rivista Awake! bl-Ingliż kemm-il darba se tibda toħroġ u kemm-il lingwa se tiġi effettwata minn din il-bidla?
6 Fl-Awake! se jkompli jkun hemm suġġetti taʼ interess ġenerali. Però, se jkun hemm iktar enfasi fuq il-Bibbja. (1 Tess. 2:13) Ladarba t-Torri taʼ l-Għassa fih informazzjoni Biblika fil-fond u l-Awake! se jkun fih iktar materjal li huwa Skritturali, ma jidhirx li hemm iktar bżonn li r-rivista Awake! bl-Ingliż tibqaʼ tiġi pubblikata darbtejn fix-xahar. Għalhekk, minn Jannar 2006, se jibda jkun hemm ħarġa waħda biss kull xahar taʼ l-Awake! bl-Ingliż. B’dan il-mod, se jkun iktar faċli għalina li nħejju, nittraduċu, u nibagħtu l-letteratura.
7 Din il-bidla se teffettwa madwar 40 fil-mija mil-lingwi li fihom tiġi pubblikata r-rivista Awake! Fil-maġġorparti mil-lingwi, Awake! diġà joħroġ darba biss fix-xahar jew inkella darba kull tliet xhur. M’hu se jkun hemm l-ebda bidla fil-pubblikazzjoni tat-Torri taʼ l-Għassa.
8. Ir-rivista Awake! liema rwol se jkompli jkollha?
8 Sa mill-ewwel ħarġa lura fl-1919, ir-rivista li qabel kienet magħrufa bħala The Golden Age, Consolation, u issa bħala Awake! kellha rwol ewlieni fix-xogħol taʼ l-ippridkar. Aħna nitolbu li Ġeħova jkompli jbierek it-tqassim tar-rivista fil-kontenut rivedut tagħha u li din tkompli tgħin lil ħafna iktar nies minn “kull ġens u tribù u poplu u lsien” biex iduru lejn is-Saltna t’Alla bħala l-unika tama għalihom.—Rivelazzjoni 7:9.