The Watchtower U l-Awake!—Rivisti f’Waqthom taʼ Verità
“Int fdejtni, O Jehovah dak Alla tal-verità.”—SALM 31:5.
1, 2. (a) Waħda oħt kif ħassitha dwar xi ħaġa li qrat f’The Watchtower? (b) X’mistoqsijiet isiru dwar ir-rivisti tagħna?
“GRAZZI ħafna,” kitbet oħt Kristjana, “għall-informazzjoni taʼ l-għaġeb fl-artiklu tal-Watchtower ‘You Can Find Comfort in Times of Distress.’a (Tistaʼ Ssib Il-Faraġ Fi Żminijiet Taʼ Niket) Ħafna mill-punti li ħriġtu kienu eżatt is-sentimenti li kelli nittratta magħhom jien; kien bħal li kieku dan l-artiklu kien miktub dirett għalija. L-ewwel darba li qrajtu, kelli d-dmugħ f’għajnejja. Tant hu taʼ l-għaġeb li tirrealizza li xi ħadd ieħor jaf x’inħoss jien! Jiena grata ħafna li jiena waħda mix-Xhieda taʼ Jehovah. Fejn iżjed nistgħu nsibu wegħdiet taʼ ħajja taʼ dejjem f’Ġenna fil-futur qarib u, issa, faraġ għal erwieħna! Grazzi. Għal miljun darba grazzi.”
2 Int qatt ħassejtek hekk? Qatt ħassejt li qisu xi ħaġa f’The Watchtower jew fir-rivista seħbitha, Awake!, kienet miktuba b’mod speċjali għalik? X’hemm dwar ir-rivisti tagħna li tant jilħaq il-qlub tan-nies? Kif nistgħu ngħinu lil oħrajn biex jibbenefikaw mill-messaġġ li fihom li jsalva l-ħajja?—1 Timotew 4:16.
Rivisti Li Jappoġġjaw Lill-Verità
3. Għal liema raġunijiet tajbin ir-rivisti Watchtower u Awake! effettwaw il-qlub taʼ ħafna qarrejja?
3 Jehovah hu “dak Alla tal-verità.” (Salm 31:5) Kelmtu, il-Bibbja, hi ktieb taʼ verità. (Ġwann 17:17) Nies taʼ qalb onesta jwieġbu għall-verità. (Qabbel Ġwann 4:23, 24.) Raġuni waħda għala The Watchtower u l-Awake! effettwaw il-qlub taʼ miljuni taʼ qarrejja hi għaliex huma rivisti taʼ integrità u verità. Fil-fatt, kien minħabba l-kwistjoni taʼ lealtà lejn il-verità Biblika li The Watchtower beda jiġi ppubblikat.
4, 5. (a) X’kienu ċ-ċirkostanzi li wasslu lil C. T. Russell biex jippubblika l-Watch Tower? (b) Ir-rivista Watchtower kif tintuża mill-“irsir fidil u diskret”?
4 Fl-1876, Charles T. Russell assoċja ruħu maʼ Nelson H. Barbour, taʼ Rochester, New York. Russell ipprovda fondi biex jerġaʼ jieħu l-ħajja l-istampar tal-perjodiku reliġjuż taʼ Barbour Herald of the Morning, waqt li Barbour innifsu kien l-editur prinċipali u Russell bħala editur assistent. Madwar sena u nofs wara, madankollu, fil-ħarġa tal-Herald t’Awissu 1878, Barbour kiteb artiklu li ċaħad il-valur taʼ redenzjoni tal-mewt taʼ Kristu. Russell, li kien kważi 30 sena iżgħar minn Barbour, wieġeb b’artiklu fil-ħarġa taʼ wara stess li kien jappoġġja lir-rahan, li hu rrefera għalih bħala “wieħed mill-iktar tagħlim importanti tal-Kelma t’Alla.” (Mattew 20:28) Wara sforzi ripetuti biex jirraġuna b’mod Skritturali maʼ Barbour, Russell fl-aħħar iddeċieda li jaqtaʼ kull konnessjoni mal-Herald. B’seħħ mill-ħarġa taʼ Ġunju 1879 taʼ dik ir-rivista, isem Russell ma baqax jidher iżjed bħala editur assistent. Xahar wara, Russell li kellu 27 sena beda jippubblika Zion’s Watch Tower and Herald of Christ’s Presence (issa magħrufa bħala The Watchtower Announcing Jehovah’s Kingdom), li mill-bidu appoġġjat lil verità Skritturali, bħalma hu r-rahan.
5 Għal dawn l-aħħar 114-il sena, ir-rivista The Watchtower, bħal avukat taʼ ħila, stabbiliet lilha nfisha bħala difensura taʼ verità u duttrina tal-Bibbja. Fil-proċess, rebħet il-fiduċja taʼ miljuni taʼ qarrejja li japprezzaw. Hi għadha bil-qawwa tappoġġja lir-rahan. (Ara, per eżempju, il-ħarġa tal-15 taʼ Frar, 1991.) U tkompli tkun l-istrument prinċipali taʼ l-“irsir fidil u diskret” u tal-Ġemgħa Li Tiggverna tiegħu biex iħabbar is-Saltna stabbilita taʼ Jehovah u jqassam ikel spiritwali “fiż-żmien xieraq.”—Mattew 24:14, 45.
6, 7. X’kien l-oġġettiv mistqarr taʼ The Golden Age, u x’juri li nies li jaħsbu wieġbu għall-messaġġ tagħha?
6 Xi ngħidu dwar ir-rivista Awake!? Mill-bidu tagħha, l-Awake! ukoll appoġġjat lill-verità. Imsejħa oriġinalment The Golden Age, din ir-rivista kienet imfassla għat-tqassim lill-pubbliku. Rigward l-oġġettiv tagħha, l-ewwel ħarġa, bid-data taʼ l-1 t’Ottubru, 1919, stqarret: “Il-għan tagħha hu li tispjega fid-dawl taʼ għerf Divin it-tifsir veru tal-fenomeni kbar taż-żmien preżenti u li tagħti prova lil imħuħ li jaħsbu permezz taʼ evidenza li ma tistax tiġi miċħuda u li tikkonvinċi li ż-żmien għal barka akbar taʼ l-umanità hu issa qrib.” Nies li jaħsbu wieġbu għall-messaġġ taʼ The Golden Age. Għal għadd taʼ snin, iċ-ċirkolazzjoni tagħha kienet saħansitra akbar minn dik taʼ The Watchtower.b
7 L-effett fuq in-nies taʼ The Watchtower u l-Awake!, madankollu, jissupera l-fatt li huma jippubblikaw verità dottrinali u jispjegaw is-sinjifikat profetiku taʼ kundizzjonijiet dinjin. B’mod speċjali f’dawn l-aħħar għaxra jew għoxrin sena, ir-rivisti tagħna effettwaw il-qlub tan-nies minħabba raġuni oħra wkoll.
Artikli F’Waqthom Li Jeffettwaw Il-Ħajjiet Tan-Nies
8. Ġuda liema aġġustament taʼ kitba għamel, billi ħeġġeġ lill-qarrejja tiegħu biex jirreżistu liema influwenzi ġewwa l-kongregazzjoni?
8 Madwar 30 sena wara l-mewt u l-irxoxt taʼ Ġesù Kristu, il-kittieb Bibliku Ġuda ffaċċja sitwazzjoni taʼ sfida. Irġiel immorali u annimalistiċi kienu ndiesu fost il-Kristjani. Ġuda kellu l-intenzjoni li jikteb lill-Kristjani sħabu dwar suġġett dottrinali—is-salvazzjoni li Kristjani midlukin kellhom inkomuni. Minflok, iddireġut mill-ispirtu qaddis, hu ra l-bżonn li jħeġġeġ lill-qarrejja tiegħu biex jirreżistu influwenzi li jikkorrompu ġewwa l-kongregazzjoni. (Ġuda 3, 4, 19-23) Ġuda aġġusta għas-sitwazzjoni u pprovda pariri f’waqthom li laħqu l-ħtiġijiet taʼ ħutu l-Kristjani.
9. X’inhu involut f’li tipprovdi artikli f’waqthom għar-rivisti tagħna?
9 B’mod simili, it-tħejjija taʼ artikli f’waqthom għar-rivisti tagħna hi responsabbiltà taʼ sfida. Iż-żminijiet jinbidlu, u n-nies ukoll—il-bżonnijiet tagħhom u l-interessi tagħhom m’għadhomx dak li kienu saħansitra għaxra jew għoxrin sena ilu. Indokratur li jivvjaġġa dan l-aħħar osserva: “Meta jien sirt Xhud lura fis-snin ħamsin, il-metodu tagħna f’li nistudjaw il-Bibbja man-nies kien bażikament dottrinali—ngħallmuhom il-verità dwar it-Trinità, in-nar taʼ l-infern, ir-ruħ, u affarijiet bħal dawn. Imma issa, milli jidher, tant hemm problemi u diffikultajiet fil-ħajjiet tan-nies li aħna rridu ngħallmuhom kif għandhom igħixu.” Dan għala hu minnu?
10. Għala m’għandux jissorprendina l-fatt li kien hemm diġenerazzjoni kontinwa fil-ħajjiet tan-nies mill-1914 ’il hawn?
10 Rigward “l-aħħar jiem,” il-Bibbja bassret: “Nies mill-agħar u imposturi se jimxu ’l quddiem mill-ħażin għall-agħar, jiżżvijaw u jiġu żvijati.” (2 Timotew 3:1, 13) Għalhekk, m’għandux jissorprendina l-fatt li kien hemm diġenerazzjoni kontinwa fil-ħajjiet tan-nies minn mindu beda ż-żmien tat-tmiem fl-1914. Satana, li ż-żmien li baqagħlu hu iqsar minn qatt qabel, qed jiżżvoga l-korla tiegħu fuq is-soċjetà umana bħal qatt qabel. (Rivelazzjoni 12:9, 12) Bħala riżultat, il-morali u l-valuri tal-familja huma bil-wisq differenti minn dak li kienu 30 jew 40 sena ilu biss. In-nies inġenerali m’għadhomx miġbudin lejn ir-reliġjon daqs kemm kienu fil-għexur tas-snin taʼ qabel. Il-kriminalità tant hi mifruxa li n-nies qegħdin jieħdu prekawzjonijiet li ma kontx timmaġinahom 20 jew 30 sena ilu biss.—Mattew 24:12.
11. (a) Liema xorta taʼ suġġetti qegħdin jaħsbu fuqhom in-nies, u l-klassi taʼ l-irsir fidil u diskret kif wieġbet għall-ħtiġijiet? (b) Agħti eżempju taʼ xi artiklu f’Watchtower jew Awake! li effettwalek ħajtek.
11 Mhux taʼ b’xejn, allura, li kwistjonijiet emozzjonali, soċjali u tal-familja jinsabu fuq l-imħuħ taʼ ħafna nies. Il-klassi taʼ l-irsir fidil u diskret wieġbet b’mod kuraġġuż f’The Watchtower u fl-Awake! billi ppubblikat artikli f’waqthom li ttrattaw mal-ħtiġijiet veri tan-nies u li effettwaw verament il-ħajjiet tagħhom. Ikkunsidra xi eżempji.
12. (a) Artikli dwar familji b’ġenitur wieħed għala ġew ippreparati għal The Watchtower fl-1980? (b) Waħda oħt kif esprimiet l-apprezzament tagħha għall-artikli dwar familji b’ġenitur wieħed?
12 Kwistjonijiet familjari. Meta rapporti dinjin urew żjieda mgħaġġla fil-għadd taʼ familji b’ġenitur wieħed, artikli oriġinali fuq it-tema “One-Parent Families—Coping With the Problems” (Familji B’Ġenitur Wieħed—Ikampaw Mal-Problemi) ġew ippreparati għall-ħarġa tal-15 taʼ Settembru, 1980, taʼ The Watchtower. L-artikli kellhom skop doppju: (1) biex igħin lill-ġenitur li jrid imexxi familja waħdu jkampa mal-problemi uniċi li jrid jiffaċċja u (2) biex igħin lil oħrajn ħalli jkunu informati aħjar sabiex ikunu jistgħu juru “l-istess sentimenti” u b’mod ġenwin ‘jieħdu ħsieb’ taʼ familji b’ġenitur wieħed. (1 Pietru 3:8; Ġakbu 1:27) Ħafna qarrejja kitbu biex jesprimu apprezzament għall-artikli. “Verament ġabli d-dmugħ f’għajnejja meta rajt il-qoxra taʼ barra,” kitbet waħda minn dawn il-ġenituri, “u meta ftaħt ir-rivista u qrajt l-informazzjoni, qalbi faret bi gratitudni lejn Jehovah talli pprovda din l-informazzjoni fiż-żmien meħtieġ.”
13. X’diskussjoni fil-fond dwar id-dipressjoni kienet ippubblikata fl-Awake! fl-1981, u waħda qarrejja x’kellha xi tgħid dwarha?
13 Kwistjonijiet emozzjonali. Is-suġġett tad-dipressjoni ilu jiġi diskuss f’The Watchtower u fl-Awake! mis-snin sittin. (1 Tessalonkin 5:14) Imma ħarsa friska u pożittiva lejn is-suġġett ġiet meħuda fis-serje fuq il-qoxra taʼ barra “You Can Fight Depression!” fl-Awake! tat-8 taʼ Settembru, 1981. Ittri taʼ apprezzament malajr waslu lill-Watch Tower Society minn mad-dinja kollha. “Kif nistaʼ nesprimi bil-kitba dak li qiegħda nħoss f’qalbi?” kitbet waħda oħt. “Jien għandi 24 sena, u għal dawn l-aħħar għaxar snin, għaddejt minn ħafna perjodi taʼ dipressjoni. Imma issa nħossni eqreb lejn Jehovah u grata li hu wieġeb għall-bżonnijiet taʼ nies dipressi b’dawn l-artikli taʼ mħabba, u ridt ngħidulkom dan.”
14, 15. (a) Is-suġġett dwar l-abbuż tat-tfal kif ġie ttrattat fir-rivisti tagħna? (b) Liema artikli f’rivista impressjonaw lil ġerrej taż-żwiemel fl-Awstralja?
14 Kwistjonijiet soċjali. Il-Bibbja bassret li “fl-aħħar jiem” in-nies kellhom ikunu “jħobbu lilhom infushom, . . . m’għandhom ebda affezzjoni naturali, . . . mingħajr kontroll fuqhom infushom, feroċi, mingħajr imħabba lejn it-tjubija.” (2 Timotew 3:1-3) Għalhekk, m’għandux jissorprendina li abbuż fuq it-tfal hu pprattikat fuq skala kbira llum. Dan is-suġġett ġie ttrattat b’mod speċifiku fl-artiklu “Help for the Victims of Incest” (Għajnuna Għall-Vittmi Taʼ L-Inċest) f’The Watchtower taʼ l-1 t’Ottubru, 1983. Tmien snin wara, is-serje fuq il-qoxra taʼ barra “Healing the Wounds of Child Abuse” (Infejqu L-Feriti Taʼ L-Abbuż Fuq It-Tfal) fl-Awake! tat-8 t’Ottubru, 1991, kienet imħejjija bir-reqqa biex tipprovdi fehma u tama għall-vittmi kif ukoll biex tinforma lil oħrajn sabiex ikunu jistgħu joffru għajnuna meħtieġa. Din is-serje taʼ artikli ġabet l-akbar rispons mill-qarrejja fl-istorja tar-rivisti tagħna. Waħda qarrejja kitbet: “L-akbar effett fuq il-fejqan tiegħi kienu l-ħsibijiet taʼ faraġ u r-referenzi Skritturali f’dawn l-artikli. Li nkun naf li Jehovah ma kienx jistmani xi ħaġa inqas kien taʼ serħan kbir għalija. Li nkun naf li ma kontx waħdi kien daqstant taʼ faraġ.”
15 Ġerrej taż-żwiemel f’Melbourne, l-Awstralja, ċempel mill-bogħod lill-uffiċċju tal-Watch Tower Society f’Sydney, billi qal kemm kien iddiżgustat bl-ambjent tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Hu qal li kien għadu kif qara l-Awake! tat-8 taʼ Marzu, 1993, dwar “Rape—A Woman’s Nightmare” (L-Istupru—Esperjenza Kerha Taʼ Mara) u bil-kemm setaʼ jemmen li kienet teżisti rivista imprezzabbli bħal din. Hu staqsa mistoqsijiet għal madwar 30 minuta u ħa pjaċir ferm jismaʼ t-tweġibiet mogħtijin.
16. B’liema modi tistaʼ int turi l-apprezzament tiegħek għar-rivisti tagħna?
16 Xi ngħidu għalik? Ġiet ħajtek effettwata b’xi artiklu speċifiku ppubblikat f’The Watchtower jew fl-Awake!? Jekk iva, bla dubju int tħoss sens profond taʼ gratitudni għar-rivisti tagħna. Kif tistaʼ turi l-apprezzament tiegħek? Ċertament billi taqra kull ħarġa int stess. Tistaʼ taqsam ukoll f’li tagħti lil dawn ir-rivisti prezzjużi l-akbar tqassim possibbli. Dan kif jistaʼ jsir?
Aqsamhom Maʼ Oħrajn!
17. Il-kongregazzjonijiet x’jistgħu jagħmlu biex iżidu t-tqassim tar-rivisti?
17 L-ewwel, hemm xi ħaġa li kull kongregazzjoni tistaʼ tagħmel. Il-ħarġa t’Ottubru taʼ l-1952 taʼ l-Informant (issa Our Kingdom Ministry) qalet: “Il-mezz l-iktar effettiv taʼ tqassim tar-rivisti hu minn dar għal dar u minn ħanut għal ħanut. Għaldaqstant is-Soċjetà tirrikkmanda li dawn il-mezzi taʼ tqassim tar-rivisti jkunu parti regulari mill-attività taʼ Magazine Day.” Dak il-parir għadu validu llum. Kongregazzjonijiet jistgħu jkollhom skeda għal Magazine Day regulari, ġurnata ddedikata primarjament għal għoti taʼ xiehda bir-rivisti. Għall-biċċa l-kbira tal-kongregazzjonijiet, Sibtijiet speċifiċi bla dubju se jkunu żmien tajjeb. Iva, ħalli kull kongregazzjoni tiddedika ġranet jew ħinijiet fil-għaxija speċjali għal għoti taʼ xiehda bir-rivisti—minn dar għal dar, minn ħanut għal ħanut, fit-toroq, u fuq rotot tar-rivisti. Maʼ dan, x’tistaʼ tagħmel int, il-pubblikatur tas-Saltna, biex tgħin iżżid it-tqassim tar-rivisti?
18, 19. (a) Li żżomm dejjem f’moħħok il-Watchtower u l-Awake! kif jistaʼ jgħinek tħalli r-rivisti? (b) X’inhu l-vantaġġ taʼ preżentazzjoni qasira u relevanti meta toffri r-rivisti? (ċ) Liema ħaġa turi l-valur taʼ li tħalli r-rivisti fid-djar tan-nies?
18 Li żżomm dejjem f’moħħok il-“Watchtower” u l-“Awake!” hu l-ewwel pass. Aqra r-rivisti hekk kif jaslu. Hekk kif taqra kull artiklu, staqsi lilek innifsek, ‘Għal min ikun taʼ interess dan l-artiklu?’ Aħseb dwar xi ftit kliem li tistaʼ tgħid biex tistimula l-interess fl-artiklu. Barra milli tappoġġja b’mod regulari l-Magazine Day, għala ma ġġorrx xi kopji miegħek sabiex tkun tistaʼ tieħu vantaġġ minn kull opportunità biex taqsamhom maʼ oħrajn—meta tkun tivvjaġġa jew tixtri u meta titkellem maʼ sħabek tax-xogħol, ġirien, sħabek taʼ l-iskola, jew għalliema?
19 Żomm il-preżentazzjoni tiegħek sempliċi hu t-tieni suġġeriment. Il-Watchtower taʼ l-1 taʼ Diċembru, 1956, stqarr: “Preżentazzjoni qasira u relevanti hi l-aħjar meta noffru r-rivisti. L-oġġettiv hu li nħallu ħafna kopji. Huma ‘jitkellmu’ għalihom infushom.” Xi pubblikaturi sabuh effettiv li jieħdu idea waħda mill-artiklu, jiġbruha fi ftit kliem, u jippreżentaw ir-rivisti. Ladarba jidħlu fid-dar, ir-rivisti jistgħu ‘jkellmu’ lil oħrajn kif ukoll lill-persuna li tkun aċċettathom mingħandek. Fl-Irlanda studentessa żagħżugħa taʼ l-università qrat il-ħarġa taʼ l-1 taʼ Settembru, 1991, taʼ The Watchtower, li missierha kien aċċetta mingħand Xhud. L-artikli fuq il-komunikazzjoni u suġġetti oħrajn qajmu l-interess tagħha. Hekk kif qrat ir-rivista, hi ċemplet lix-Xhieda, billi dawret in-numru li kien hemm fid-direttorju. Ma damx ma nbeda studju tal-Bibbja, u l-mara żagħżugħa ġiet imgħammda fil-Konvenzjoni Distrettwali “Tagħlim Divin” f’Lulju taʼ l-1993. Ċertament, ejjew inpoġġu r-rivisti ġewwa d-djar, fejn huma jistgħu ‘jkellmu’ lin-nies! Indokratur li jivvjaġġa offra suġġeriment sempliċi ieħor: “Oħroġ ir-rivisti minn ġol-basket tiegħek.” Tabilħaqq, jekk dak li tgħid ma jqajjimx l-interess taʼ l-inkwilin, allura forsi l-istampa attraenti fuq il-qoxra tagħhom tistaʼ tagħmel dan.
20, 21. (a) Kif tistaʼ tkun flessibbli meta tieħu sehem fix-xogħol bir-rivisti? (b) X’tistaʼ tagħmel biex tħalli iżjed rivisti kull xahar, liema miri persunali huma ssuġġeriti?
20 It-tielet suġġeriment hu kun flessibbli. (Qabbel 1 Korintin 9:19-23.) Ħejji ftit preżentazzjonijiet qosra. Żomm artiklu wieħed f’moħħok li jinteressa lill-irġiel, ieħor lin-nisa. Għaż-żgħażagħ, forsi tintroduċi xi artiklu mill-“Young People Ask . . .” Kun flessibbli, ukoll, rigward meta tieħu sehem fix-xogħol bir-rivisti. Minbarra l-Magazine Day, tistaʼ ssib li għoti taʼ xiehda fil-għaxija jipprovdi opportunità eċċellenti biex toffri rivisti minn dar għal dar.
21 Ir-rabaʼ suġġeriment hu għamel mira persunali. L-artiklu “Magazines Point the Way to Life,” (Ir-Rivisti Jindikaw Il-Mogħdija Lejn Il-Ħajja) li deher fil-Our Kingdom Ministry taʼ Marzu 1984, stqarr: “Bħala suġġeriment, il-pubblikaturi jistaʼ jkollhom mira taʼ, per eżempju, 10 rivisti fix-xahar, jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tagħhom; il-pijunieri jistgħu jimmiraw għal 90. M’għandniex xi ngħidu, xi pubblikaturi jistgħu jkunu kapaċi jħallu iżjed rivisti fix-xahar u għalhekk se jagħmlu mira persunali ogħla. Madankollu, minħabba nuqqas taʼ saħħa, tip taʼ territorju, jew xi raġunijiet tajbin oħrajn, il-mira taʼ oħrajn tistaʼ tkun iżjed baxxa. Madankollu s-servizz tagħhom lil Jehovah hu daqstant mistħoqq. (Matt. 13:23; Luqa 21:3, 4) Il-ħaġa importanti hi li jkollok mira persunali.”
22. B’liema mod nistgħu nuru li aħna grati lejn Jehovah għar-rivisti taʼ verità f’waqthom tagħna?
22 Kemm aħna grati li Jehovah, “dak Alla taʼ verità,” uża lill-klassi taʼ l-irsir fidil u diskret u l-Ġemgħa Li Tiggverna tagħha biex tipprovdilna dawn ir-rivisti f’waqthom! (Salm 31:5) Sakemm Jehovah jogħġbu, dawn ir-rivisti se jkomplu jittrattaw mal-ħtiġijiet veri tan-nies. Se jkomplu jappoġġjaw il-livelli għoljin taʼ moralità taʼ Jehovah. M’humiex se jieqfu milli javanzaw duttrina tajba. U se jibqgħu jippersistu f’li jiġbdu l-attenzjoni lejn it-twettieq tal-profezija li jimmarka ż-żmien tagħna bħala dak meta s-Saltna t’Alla qiegħda taħkem u r-rieda t’Alla qiegħda ssir fuq l-art bħal qatt qabel minn għadd li dejjem jiżdied taʼ adoraturi veri taʼ Jehovah. (Mattew 6:10; Rivelazzjoni 11:15) X’teżor imprezzabbli għandna f’The Watchtower u fl-Awake! Ejjew nieħdu vantaġġ minn kull opportunità biex naqsmu maʼ wħud taʼ qalb ġwejda dawn ir-rivisti importanti li jeffettwaw il-ħajjiet tan-nies u javanzaw veritajiet tas-Saltna. [w94 1/1]
[Noti taʼ taħt]
a 15 taʼ Lulju, 1992, paġni 19-22.
b Għal ħafna snin The Watchtower kienet meqjusa bħala rivista b’mod partikulari għall-Kristjani midlukin. B’seħħ mill-1935, madankollu, iżjed enfasi ngħatat biex tiġi inkuraġġita l-“folla kbira,” li t-tama tagħhom hi ħajja taʼ dejjem fuq l-art, biex jiksbu u jaqraw The Watchtower. (Rivelazzjoni 7:9) Ftit snin wara, fl-1940, ir-rivista The Watchtower kienet tiġi offruta regolarment lin-nies fit-triqat. Wara dan, iċ-ċirkolazzjoni żdiedet bil-għaġla.
X’Inhi T-Tweġiba Tiegħek?
◻ Liema ħaġa turi li The Watchtower u l-Awake! huma rivisti taʼ verità?
◻ The Watchtower u l-Awake! kif effettwaw il-ħajjiet tan-nies?
◻ Il-kongregazzjonijiet x’jistgħu jagħmlu biex iżidu t-tqassim tar-rivisti?
◻ Liema suġġerimenti jistgħu jgħinuk biex tħalli iżjed rivisti?
[Kaxxa f’paġna 26]
Xi Artikli Li Effettwaw Il-Ħajjiet Tan-Nies
Matul is-snin ħafna qarrejja kitbu biex jesprimu apprezzament għal artikli speċifiċi ppubblikati f’The Watchtower u fl-Awake! Taħt hawn lista taʼ biss ftit mill-ħafna suġġetti li effettwaw lill-qarrejja tagħna. Bidlu lil ħajtek dawn l-artikli jew xi oħrajn?
The Watchtower
“Accept God’s Help to Overcome Secret Faults” (Aċċetta L-Għajnuna T’Alla Biex Tegħleb Difetti Sigrieti) (15 t’April, 1985)
“Practicing Godly Devotion Toward Elderly Parents” (Nipprattikaw Devozzjoni Lejn Alla Maʼ Ġenituri Xjuħ) (1 taʼ Ġunju, 1987)
“Education With a Purpose” (Edukazzjoni Bi Skop) (1 taʼ Novembru, 1992)
Awake!
“You Can Fight Depression!” (Tistaʼ Tiġġildilha Lid-Dipressjoni!) (8 taʼ Settembru, 1981)
“When Someone You Love Dies . . .” (Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut . . .) (22 t’April, 1985)
“Protect Your Children!” (Ipproteġi Lil Uliedek!) (8 t’Ottubru, 1993)
[Stampa f’paġna 27]
Fil-Kanada—jippridkaw minn dar għal dar bir-rivisti
[Stampa f’paġna 28]
Fil-Myanmar—jippreżentaw ir-rivisti li jindikaw il-mogħdija lejn il-ħajja