Agħżel Artikli Biex Timmira Lejn L-interessi Speċifiċi Tan-nies
1 Bħal Arċieri Li Jimmiraw Bl-attenzjoni L-vleġeġ Tagħhom, Ħafna Pubblikaturi U Pijunieri fil-kongregazzjoni Qed Igawdu Suċċess Eċċellenti Billi Jużaw Artikli Magħżulin Minn It-torri Taʼ L-għassa U Stenbaħ! Biex Jappellaw Għall-interessi Speċifiċi Tan-nies fit-territorju Tagħhom. Huma Jiddeterminaw Min L-iktar X’aktarx Li Se Jkun Irid Jaqra Ċerti Artikli Mir-rivisti. Kif Jagħmluh Dan?
2 L-ewwelnett Huma Jaqraw Kull Ħarġa Minn Qoxra Sa Qoxra. Imbagħad Isaqsu Lilhom Infushom, Kull Artiklu Għal Liema Tip Taʼ Persuna Se Jappella? Imbagħad Isir Sforz Biex Isiru Żjajjar Lil Individwi Li X’aktarx Li Jkunu Interessati Li Jaqraw Dak L-artiklu. Meta Jantiċipaw Li Ħarġa Partikulari Għandha Tingħoġob Minn Ħafna fit-territorju Tagħhom, Jordnaw Provvista Żejda.
3 Ir-Rivisti Tagħna Huma Rrispettati Ħafna: Wieħed mill-abbonati tagħna li jaħdem għall-iktar rivista internazzjonali moqrija fin-Niġerja qal dwar Stenbaħ!: “Prosit għall-aħjar rivista fid-dinja taʼ interess ġenerali.” Qarrej entużjast tar-rivisti tagħna osserva: “X’ġawhar taʼ l-għaġeb taʼ għerf imprezzabbli! Bilkemm ikun hemm suġġett li jinteressani li ma nsibux diskuss xi mkien fil-paġni taʼ wieħed minn dawn [il-ġurnali].”
4 Ir-rivisti jkopru varjetà vasta taʼ suġġetti, inklużi l-Bibbja, ġrajjiet dinjin, tħassib tal-familja, problemi soċjali, storja, xjenza, il-ħajja taʼ l-annimali u tal-pjanti, biex insemmu biss ftit. Ċertament li individwu jkun iktar inklinat li jaqra xi ħaġa meta jkollha x’taqsam mal-bżonnijiet, iċ-ċirkostanzi, jew il-professjoni tiegħu. Peress li nitkellmu maʼ ħafna individwi, kull wieħed minnhom bil-preferenzi u l-problemi partikulari tiegħu, li nagħżlu artikli speċifikament biex jappellaw għan-nies li niltaqgħu magħhom huwa effettiv ħafna.
5 Innota x’ġara meta żewġ Xhieda offrew il-ħarġa tat-8 taʼ Settembru, 1996, taʼ l-Awake!, lil wieħed li jikteb fil-gazzetti. Hu kiteb: “Qabel ma kelli ċ-ċans ngħid li ma kontx interessat, wieħed minnhom żied: ‘Hemm artiklu fuq l-Indjani Amerikani. Nafu li kont qed tikteb ħafna dwar dan is-suġġett.’” Hu ħa r-rivista u, waqt il-kolazzjon, qara l-materjal dwar l-Indjani, u iktar tard ammetta li “kien eċċellenti” u “onest għall-aħħar.”
6 X’Jinteressa lin-Nies fit-Territorju Tiegħek?: X’rajt fir-rivisti fix-xhur reċenti li jistaʼ jappella għal tal-ħwienet u għal nies professjonisti fit-territorju tiegħek jew għall-ġirien tiegħek, sħabek tax-xogħol u tal-klassi? X’jistaʼ jkun taʼ interess partikulari għall-avukati, edukaturi, dawk li jagħtu pariri fl-iskola, lill-familja, u liż-żgħażagħ, dawk li jipprovdu servizzi soċjali, u dawk li jipprattikaw professjoni li għandha x’taqsam mas-saħħa? Billi żżomm f’moħħok in-nies li tippridkalhom waqt li tanalizza kull ħarġa se jagħtik modi eċċellenti biex ixxerred il-kelma tal-verità.
7 Meta ssib individwu li juri interess speċjali f’ċertu artiklu tat-Torri taʼ l-Għassa jew Stenbaħ! u li jaċċetta r-rivista, tistaʼ tgħid: “Meta jkun hemm xi artiklu f’ħarġa fil-futur li nħoss li se jkun ukoll taʼ interess għalik, ikun il-pjaċir tiegħi li nġiblek kopja.” Għandek mnejn tkun tistaʼ żżid lill-individwu mar-rotta tar-rivisti tiegħek, billi żżur lura minn żmien għall-ieħor bl-aħħar rivisti. Dan huwa simili għal dak li ġie mwettaq biex tinkiseb stedina miftuħa biex isiru żjajjar lura lil individwi li jistgħu jkunu interessati b’mod speċjali f’ċerti artikli li jidhru fir-rivisti tagħna.
8 Ara li Jkollok Intenzjoni Spiritwali: Xi snin ilu, raġel orjentat lejn il-karrieri akkwista rivista Stenbaħ! fuq suġġett li interessah. Madankollu, dan ir-raġel reliġjuż qara wkoll il-ħarġa li kienet magħha taʼ It-Torri taʼ l-Għassa, li kien fiha artiklu li qanqlu jkompli jeżamina mill-qrib it-twemmin li dejjem kellu fit-Trinità. Sitt xhur wara tgħammed! Għaldaqstant, iżżommx lura milli tinvolvi l-qarrejja tar-rivisti tagħna f’diskussjonijiet Skritturali. Tistaʼ tintroduċi l-browxer Alla X’Jirrikjedi Minna? u toffri li tieħu biss ftit minuti biex tiddiskuti lezzjoni waħda kulmeta tmur lura b’sett ġdid taʼ rivisti.
9 Agħti konsiderazzjoni bir-reqqa lil min fost iż-żjajjar lura u n-nies tan-negozju li għandek kuntatt magħhom x’aktarx li se japprezza l-ħarġiet kurrenti taʼ It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Imbagħad agħmel sforz serju biex tilħaqhom. Ikkuntattja lil kemm jistaʼ jkun b’dawn il-ġurnali prezzjużi. U qatt tinsa li waqt li tissara biex tgħin iktar nies jaqraw ir-rivisti tagħna, int qed ‘tibgħat ħobżok fuq wiċċ il-baħar.’ Meta jkun il-waqt, int jistaʼ jkollok suċċess f’li ssib lil dawk li għad ikunu dixxipli sħabek.—Koħ. 11:1, 6.