LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/05 p. 8
  • Uża r-Rivisti fil-Ministeru Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uża r-Rivisti fil-Ministeru Tiegħek
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Uża r-Rivisti Tagħna bl-Aħjar Mod
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Ir-Rivisti Jħabbru s-Saltna
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • The Watchtower U l-Awake!—Rivisti f’Waqthom taʼ Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Agħżel Artikli Biex Timmira Lejn L-interessi Speċifiċi Tan-nies
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 2/05 p. 8

Uża r-​Rivisti fil-​Ministeru Tiegħek

1, 2. It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! kif effettwaw il-​ħajjiet tan-​nies?

1 “Interessanti, f’waqthom, u edifikanti.” “L-​iktar rivisti inkuraġġanti li qatt qrajt.” Dawn il-​kummenti jiddeskrivu tajjeb kif ħassewhom xi qarrejja madwar id-​dinja dwar It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Tabilħaqq, ir-​rivisti tagħna taw prova kemm huma għodda imprezzabbli li laħqu lill-​“bnedmin taʼ kull xorta” bl-​aħbar tajba.​—1 Tim. 2:4.

2 Wieħed negozjant kiseb rivista Stenbaħ! dwar suġġett li kien jinteressa ruħu fih. Iktar tard hu qara l-​ħarġa tat-​Torri taʼ l-​Għassa li ngħata magħha, u li fiha kien hemm artiklu li qanqlu biex jifli bir-​reqqa t-​twemmin tat-​Trinità li kien ilu jħaddan għal ħajtu kollha. Dan qajjimlu l-​interess. Sitt xhur wara, hu tgħammed. Raġel ieħor kien jirċievi r-​rivisti regolarment imma qatt ma qrahom. Martu, mill-​banda l-​oħra, evitat lix-​Xhieda imma kienet taqra r-​rivisti li kienu jitħallew maʼ żewġha. Il-​wegħda Biblika taʼ ġenna fuq l-​art mimlija b’nies tajbin messitilha qalbha. Maż-​żmien, hi, binha, u oħtha saru qaddejja taʼ Ġeħova.

3. X’inhu l-​vantaġġ li noffru r-​rivisti bħala sett?

3 Offrihom Bħala Sett: Bħalma juru l-​eżempji taʼ qabel, aħna ma nistgħux inkunu ċerti min se jaqra r-​rivisti jew x’jistaʼ jqanqlilhom l-​interess. (Koħ. 11:6) Għalhekk, huwa taʼ benefiċċju li noffru t-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! flimkien bħala sett, avolja ġeneralment aħna nuru biss rivista waħda fil-​preżentazzjoni tagħna. F’ċerti ċirkustanzi, jistaʼ jkun xieraq li noffru diversi ħarġiet differenti tar-​rivisti tagħna fi żjara waħda.

4. Kif nistgħu ninkludu x-​xogħol bir-​rivisti fl-​iskeda tagħna?

4 Huwa taʼ benefiċċju li fl-​iskeda tagħmel ġurnata fil-​ġimgħa biex tuża r-​rivisti. Fil-​kalendarju tax-​Xhieda taʼ Ġeħova għas-​sena 2005, kull nhar taʼ Sibt hija mmarkata bħala ġurnata tar-​rivisti. M’għandniex xi ngħidu, ladarba ċ-​ċirkustanzi lokali u persunali jvarjaw, xi wħud jistgħu jwarrbu ġurnata oħra biex jiffokaw fuq li joffru r-​rivisti tagħna. Hija din parti mill-​iskeda tiegħek taʼ kull ġimgħa?

5. Liema opportunitajiet biex inħallu r-​rivisti għandna nkunu attenti għalihom, u x’jistaʼ jgħinna nagħmlu dan?

5 Agħmel Mira Persunali: Il-​fatt li nagħmlu mira persunali dwar kemm inqassmu rivisti fix-​xahar jistaʼ jgħinna nkunu iktar konxji tar-​rivisti. Għandek int xi rotta bir-​rivisti? Toffrilhom rivisti lil dawk li tiltaqaʼ magħhom fil-​ministeru? Tistaʼ toffri r-​rivisti fit-​toroq, f’territorju taʼ negozju, u f’postijiet pubbliċi? Tieħu rivisti miegħek meta tkun qed tivvjaġġa, tmur tixtri, u meta tkun sejjer għal xi appuntament? Aħtaf kull opportunità xierqa biex tgħin lil oħrajn jibbenefikaw mit-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ!

6. Kif nistgħu nagħmlu użu tajjeb mill-​ħarġiet iktar qodma tar-​rivisti?

6 Nistgħu wkoll nagħmluha mira li nħallu man-​nies il-​ħarġiet iktar qodma li jistaʼ jkollna. Anki jekk ir-​rivisti li nkunu ħallejna jkunu taʼ xi xahar jew xahrejn ilu, l-​informazzjoni xorta għadha taʼ valur. Agħtihom lil dawk li huma interessati. Għal miljuni taʼ nies, ir-​rivisti tat-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! kienu “kelma . . . f’waqtha.” (Prov. 25:11) Ejja nużawhom biex ngħinu lil miljuni taʼ nies isiru jafu u jaqdu lil Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja