Taqrahom ir-Rivisti?
1 Koppja missjunarja fl-Afrika kellha dan x’tgħid dwar ir-rivisti tagħna: “It-Torri taʼ l-Għassa jgħinna nibqgħu mqajmin spiritwalment fit-territorju tagħna. Kull ħarġa tagħtina inkuraġġiment u saħħa.” Għandek int l-istess apprezzament profond għall-ġurnali tagħna? U tkun daqshekk ħerqan li taqrahom?
2 Jinvolvi partita ħin biex jiġu ppreparati l-artikli tar-rivisti li jistgħu jinqraw fi ftit minuti biss. B’dan f’moħħok, se tgħaddihom int l-artikli taʼ fuq fuq biss, tħares lejn l-istampi, jew xi kultant taqra artiklu li jinzerta jolqtok? Inkunu għaqlin jekk ma niqfux hawn. Għandna nieħdu l-ħin biex naqraw u nanalizzaw l-artikli kollha f’kull ħarġa tar-rivisti tagħna. It-Torri taʼ l-Għassa huwa l-ġurnal prinċipali tagħna għall-ikel spiritwali f’waqtu. Stenbaħ! ikun fih artikli interessanti u informattivi dwar varjetà taʼ suġġetti. Dak li nitgħallmu billi naqraw dawn ir-rivisti mhux biss isaħħaħna spiritwalment imma wkoll jippreparana għal sehem iktar effettiv fil-ministeru. Jekk aħna stess ikollna l-ħerqa li naqraw ir-rivisti regolarment, se nkunu entużjasti li noffruhom lil ħaddieħor.
3 Kif Ittejjeb id-Drawwiet tal-Qari: Tistaʼ int titjieb f’li tlaħħaq mal-qari tiegħek tar-rivisti? Hawn żewġ suġġerimenti li ħafna wħud sabuhom effettivi. (1) Stabbilixxi skeda regulari għall-qari. Jekk twarrab sempliċement 10 minuti jew kwarta kuljum biex taqra, se tibqaʼ mbellah b’kemm jirnexxilek taqra fi żmien ġimgħa. (2) Ara li jkollok sistema taʼ kif tibqaʼ tiftakar sa fejn qrajt. Forsi tistaʼ tniżżel xi marka fil-bidu taʼ kull artiklu li tkun qrajt. Mingħajrha, jistaʼ jkun li taqbeż xi artikli jew saħansitra rivista sħiħa. Huwa importanti li toħloq rutina taʼ qari li tkun tirnexxi għalik u li tibqaʼ żżommha.—Qabbel Filippin 3:16.
4 “L-irsir leali u diskret” irreaġixxa bil-għaqal għall-fatt li ż-żminijiet jinbidlu billi jippubblika artikli li jittrattaw dwar dak li n-nies tassew għandhom bżonn. (Mt. 24:45, New World Translation) Verament, ir-rivisti effettwaw lil ħajjitna. Ir-rata tal-progress spiritwali tagħna tiddependi ħafna mill-kwalità tad-drawwiet tagħna taʼ qari teokratiku. Barka spiritwali u abbundanti hija maħżuna għal dawk li jwarrbu l-ħin biex jaqraw ir-rivisti kollha.