LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/05 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Diċembru
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 11/05 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Novembru

Għanja 220

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Uża s-​suġġeriment f’paġna 4 (jekk huwa adattat għat-​territorju tagħkom) biex turi kif tippreżenta t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Novembru flimkien maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Tistaʼ tintuża preżentazzjoni realistika oħra. Uri mod kif wieħed iwieġeb lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-​konversazzjoni billi jgħid, “M’iniex interessat fir-​reliġjon.”—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, paġna 9.

15 min: Reviżjoni tal-​Konvenzjoni. Permezz taʼ diskussjoni maʼ l-​udjenza irrivedi punti mill-​konvenzjoni li l-​pubblikaturi sabuhom utli fil-​ministeru taʼ lgħalqa. Stieden lil kulħadd biex jikkummenta dwar kif qed juża dak li tgħallem fil-​konvenzjoni u kif dan għenna nkunu iktar effettivi fil-​ministeru tagħna.

20 min: “Xandar il-​Glorja taʼ Ġeħova.”a Meta tikkunsidra paragrafu 4, stieden lill-​udjenza biex tirrakkonta esperjenzi qosra li juru kif l-​imġiba tajba tistaʼ tiftaħ it-​triq biex tingħata xiehda.

Għanja 24 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Novembru

Għanja 40

10 min: Avviżi lokali.

20 min: Kif Tagħmel lil Ġeħova l-​Alla Tiegħek. Taħdita minn anzjan ibbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’April, 2005, paġni 25-8. Uri b’mod prattiku kif jiġu applikati l-​lezzjonijiet li nistgħu nieħdu mill-​eżempji t’Abraham, David, u Elija.

15 min: “Uri Interess Persunali—Billi Tosserva bir-​Reqqa.”b Inkludi turija taʼ pubblikatur li josserva xi ħaġa li turih x’jinteressa lill-​inkwilin u mbagħad jadatta l-​kummenti tiegħu skond dan.

Għanja 67 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Novembru

Għanja 7

12 min: Avviżi lokali. Aqra rrapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Novembru. Uża s-​suġġeriment f’paġna 4 (jekk huwa adattat għat-​territorju tagħkom) biex turi kif tippreżenta t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Diċembru flimkien maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Tistaʼ tuża preżentazzjoni realistika oħra. Għandu jissemma wkoll l-​arranġament tad-​donazzjonijiet. Agħmel avviż dwar l-​arranġamenti speċjali għas-​servizz taʼ l-​għalqa fil-​jum taʼ festa pubblika nhar il-​Ħamis, 8 taʼ Diċembru.

15 min: “Kif Nistgħu Ngħinu?” Taħdita. Agħti ftit eżempji taʼ l-​isforzi li għamlu qaddejja taʼ Ġeħova biex jipprovdu għajnuna lil sħabhom fit-​twemmin li huma tassew fil-​bżonn. (Ara l-​ħarġiet taʼ Stenbaħ! tat-​8 t’Awissu, 2003, pġi. 18-23; 8 taʼ Diċembru, 2002, pġi. 19-24; u l-​Awake! tat-​22 t’Ottubru, 2001, pġi. 23-7. Jistgħu jintużaw ukoll referenzi oħra.) Imbagħad iddiskuti l-​punti prinċipali mill-​artiklu f’paġna 3 tal-​Ministeru tas-​Saltna. Enfasizza li kulmin jixtieq jagħti donazzjoni għall-​għajnuna umanitarja jew f’xi diżastru, huwa preferibbli li jagħmel dan billi jikkontribwixxi għax-​xogħol madwar id-​dinja.

18 min: Nippreżentaw l-​Aħbar Tajba f’Diċembru. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Fl-​ewwel ħames minuti agħmel taħdita biex tirrivedi fil-​qosor il-​punti li ġejjin minn “Kif Nużaw l-​Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet,” li jinsab f’paġna 8 tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2005: (1) Spiss inkunu iktar effettivi jekk ngħidu l-​preżentazzjonijiet fi kliemna stess. (2) Għandna nużaw l-​għaqal u nadattaw il-​preżentazzjonijiet tagħna skond dak li hu aċċettabbli lokalment. (3) Hemm bżonn li nikkunsidraw l-​ambjent u l-​opinjoni tan-​nies fit-​territorju tagħna. (4) Għandna naqraw bir-​reqqa l-​kapitlu li bi ħsiebna nużaw u nfittxu punti li jistgħu jqanqlu l-​interess. (5) M’aħniex limitati biex nużaw biss il-​metodi li jidhru fl-​eżempji taʼ preżentazzjonijiet. Imbagħad iddiskuti kif jistgħu jiġu applikati dawn il-​punti meta nippreżentaw l-​offerta taʼ letteratura għal Diċembru. Tistaʼ tuża l-​eżempji taʼ preżentazzjonijiet fl-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2005 jew preżentazzjonijiet oħra li huma effettivi lokalment. Ippreżenta turija jew tnejn.

Għanja 123 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Diċembru

Għanja 38

10 min: Avviżi lokali. Ħabbar l-​arranġamenti speċjali għas-​servizz taʼ l-​għalqa nhar it-​Tlieta, 13 taʼ Diċembru, li hija btala pubblika.

15 min: Kontribuzzjonijiet li Jogħġbu lil Alla. Taħdita minn anzjan ibbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Novembru, 2005, paġni 26-30.

20 min: “Dak li Jwettaq il-​Ministeru Tagħna.”c Meta tikkunsidra paragrafu 5, inkludi kummenti mit-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Frar, 2004, paġna 32.

Għanja 26 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja