LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/05 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 2 taʼ Jannar
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 12/05 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Diċembru

Għanja 32

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Uża s-​suġġeriment f’paġna 8 (jekk adattat għat-​territorju lokali) biex turi kif tippreżenta t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Diċembru flimkien maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Wara t-​turija, ikkummenta dwar kemm hu faċli li tiġi inkluża skrittura fil-​preżentazzjoni.

15 min: “Skola li Tgħinna Nagħmlu Applikar Prattiku.” Taħdita mill-​indokratur taʼ l-​iskola. Inkludi kummenti mill-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna t’Ottubru 2005.

20 min: “Edukazzjoni li Twassal għall-​Ħajja.”a Ħejji minn qabel persuna jew tnejn biex jikkummentaw dwar kif ibbenefikaw minn edukazzjoni divina.

Għanja 101 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Diċembru

Għanja 160

5 min: Avviżi lokali. Semmi l-​arranġamenti speċjali għas-​servizz taʼ l-​għalqa nhar il-​25 taʼ Diċembru u l-​1 taʼ Jannar. Fakkar lil kulħadd biex iġib il-​ħarġa taʼ Stenbaħ! taʼ Jannar-Marzu 2006 għal-​Laqgħa tas-​Servizz tal-​ġimgħa d-​dieħla.

15 min: “Uri Interess Persunali—Billi Tadatta Ruħek.”b Inkludi turija fil-​qosor taʼ kif pubblikatur jistaʼ jirranġa l-​metodu tiegħu skond il-​kummenti taʼ l-​inkwilin.

25 min: Nobdu l-​Kmand t’Alla biex Ma Niħdux Demm. Taħdita minn anzjan li juża l-​manuskritt provdut mill-​uffiċċju lokali. Fil-​bidu semmi li l-​kards il-​ġodda Direttiva Medika bil-​Quddiem m’għandhomx jimtlew illejla. Waqt li jkun qed jaqra l-​manuskritt, il-​kelliemi jistaʼ jżid kummenti qosra biex jenfasizza l-​punti prinċipali imma m’għandux iżid iktar eżempji jew skritturi mal-​materjal. L-​iskritturi ċitati jistgħu jinqraw jew jiġu kwotati skond ma jippermetti l-​ħin. Qabel il-​laqgħa, is-​segretarju għandu jipprovdi lill-​pubblikaturi mgħammdin kollha b’kard ġdida u bl-​“Istruzzjonijiet Kif Timla l-​Kard Direttiva Medika bil-​Quddiem” ħalli jkunu jistgħu jsegwu waqt it-​taħdita. Is-​segretarju għandu wkoll ikun ċert li hemm biżżejjed Identity Cards disponibbli.

Għanja 56 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Diċembru

Għanja 85

5 min: Avviżi lokali. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Fakkar lill-​pubblikaturi sabiex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Diċembru. Jekk il-​kongregazzjoni tiegħek se tibdel il-​ħinijiet tal-​laqgħat għas-​sena l-​ġdida, ħabbar il-​ħinijiet il-​ġodda. Semmi l-​offerta taʼ letteratura għal Jannar, u semmi fejn jistgħu jinstabu s-​suġġerimenti għall-​preżentazzjonijiet.

10 min: “Xiehda Mingħajr Kliem.”c Stieden lil xi pubblikaturi li tkun għażilthom minn qabel biex jikkummentaw dwar kif ġew megħjunin isiru qaddejja taʼ Ġeħova meta osservaw l-​imġiba mill-​aħjar tan-​nies t’Alla.

10 min: Aspetti ġodda taʼ Stenbaħ! Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Semmi l-​aġġustamenti fi Stenbaħ! kif imħabbar fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Marzu 2005, paġna 1, paragrafi 5-6. Inkludi kummenti fuq “Lill-​Qarrejja Tagħna” fi Stenbaħ! taʼ Jannar-Marzu 2006, paġni 3-4. Semmi eżempji taʼ kif ir-​rivista tidderieġi b’mod dirett lill-​qarrejja lejn il-​Bibbja. Stieden lill-​udjenza biex tikkummenta fuq l-​aspett il-​ġdid f’paġna 31. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 8 (jekk adattati għat-​territorju lokali) biex turi kif tippreżenta t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Jannar flimkien maʼ Stenbaħ! taʼ Jannar-Marzu. Jistgħu jintużaw preżentazzjonijiet realistiċi oħra. Il-​ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar se tinkludi preżentazzjoni oħra taʼ wieħed mill-​artikli taʼ Stenbaħ! taʼ Jannar-Marzu. Iż-​żewġ preżentazzjonijiet jistgħu jintużaw matul dak ix-​xahar.

20 min: “Jistgħu t-​Tfal Tiegħek Jieħdu Deċiżjoni Matura?”d Għandha tingħata minn anzjan. Kull paragrafu għandu jinqara b’mod ċar minn ħu li jaf jaqra tajjeb. Iddiskuti l-​iskritturi ċitati kollha. Wara li tikkunsidra paragrafu 2, uri l-​kuntrast tas-​sitwazzjonijiet taż-​żewġ żgħażagħ imsemmijin f’paragrafi 16-17 u fil-​kaxxa f’paġni 14-15 tat-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Settembru, 1991. Fil-​konklużjoni, inkuraġġixxi lill-​ġenituri biex jirrivedu l-​artiklu kollu fit-​Torri taʼ l-​Għassa u biex immedjatament wara jiddiskutu magħhom u jagħmlu sessjonijiet taʼ prattika maʼ wliedhom dwar il-​kmand tal-​Bibbja rigward id-​demm, għax dan se jgħallimhom kif jesprimu ruħhom dwar it-​twemmin tagħhom b’konvinzjoni. Il-​kapijiet tal-​familji għandhom ikunu ċerti li kull tifel jew tifla mgħammda tkun qed iġġorr il-​kard Direttiva Medika bil-​Quddiem u li kull tifel jew tifla mhux mgħammda ġġorr magħha l-​Identity Card. Kulmeta xi ħadd jinżamm l-​isptar u jkun hemm il-​kwistjoni tat-​trasfużjonijiet tad-​demm, l-​anzjani għandhom jikkuntattjaw il-​Kumitat taʼ Koordinazzjoni maʼ l-​Isptarijiet lokali biex jassistuhom.

Għanja 222 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 2 taʼ Jannar

Għanja 5

5 min: Avviżi lokali.

15 min: “Uża bil-​Għaqal il-​Letteratura Tagħna Bbażata fuq il-​Bibbja.”e Inkludi kummenti mill-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Settembru 2002, paġna 1.

10 min: “Konvenzjoni Distrettwali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova għall-​2006 ‘Il-​Ħelsien fil-​Qrib.’”f Għandha tingħata mis-​segretarju tal-​kongregazzjoni. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jagħmel l-​arranġamenti għall-​konvenzjoni malajr kemm jistaʼ jkun. Il-​konvenzjoni f’Malta se ssir mit-​8 sa l-​10 taʼ Settembru, 2006, fin-​New Dolmen Hotel, il-​Qawra.

15 min: “L-​Istudju Persunali—Huwa Tassew Importanti.”g Inkludi xi kummenti magħżulin mit-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Ġunju, 2002, paġni 12-17.

Għanja 48 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

d Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

e Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

f Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

g Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja