Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Billi tuża s-suġġeriment f’paġna 4 jew xi preżentazzjoni oħra li hija adattata għat-territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju. Waqt it-turija, għandu jintwera kif nistgħu nkellmu lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-konversazzjoni billi jgħid: “Aħna diġà Kristjani hawnhekk.”—Ara l-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja, pġ. 11.
15 min: Kif il-Kongregazzjoni Hija Organizzata u Mmexxija. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq kapitlu 4 tal-ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda taʼ Ġeħova.
20 min: “Ibni Apprezzament għall-Kwalitajiet bla Paragun taʼ Ġeħova.”a Inkludi turija biex turi kif għandhom jintużaw il-mistoqsijiet ħalli l-istudent jiġi megħjun jaħseb dwar il-punti tal-kaxxa tar-reviżjoni fl-aħħar taʼ kapitlu 1 tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem?
Għanja 88 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Ikkunsidra fil-qosor paġna 32 tat-Torri taʼ l-Għassa tal-15 t’Awissu, 2000. Enfasizza l-benefiċċji li niksbu meta jkollna programm regulari taʼ qari tal-Bibbja, saħansitra matul perijodi taʼ btala jew fi żminijiet oħrajn meta naqtgħu mir-rutina taʼ kuljum.
15 min: L-Imħabba u l-Umiltà—Kwalitajiet Vitali għall-Ministeru. Taħdita bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 t’Awissu, 2002, paġni 18-20, paragrafi 13-20.
20 min: “Imita lil Ġeħova, ‘l-Alla l-Hieni’ Tagħna.”b Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar x’jgħinhom iżommu attitudni ferriħija u pożittiva meta jippridkaw fit-territorju lokali.
Għanja 189 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Lulju
15 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Billi tuża s-suġġeriment f’paġna 4 jew xi preżentazzjoni oħra li hija adattata għat-territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Awissu. Wara t-turija erġaʼ semmi l-kummenti li ntużaw fil-bidu tal-preżentazzjoni biex jitqajjem l-interess taʼ l-inkwilin.
10 min: “Ħallew Eżempju taʼ Lealtà.” Taħdita li tinkludi xi ftit esperjenzi pubblikati dwar pijunieri speċjali jew intervisti lil xi pijunieri speċjali lokali li jistgħu jkunu qed jaqdu mal-kongregazzjoni.—Ara l-Watch Tower Publications Index taħt “Special Pioneers” (Pijunieri Speċjali).
20 min: Ibqgħu Sodi, Titħarrkux. (1 Kor. 15:58) Intervista żewġ jew tliet pubblikaturi jew pijunieri li qdew lealment għal ħafna snin. Kif tgħallmuha l-verità? Kif kien ix-xogħol taʼ l-ippridkar meta bdew jippridkaw huma? Liema sfidi ffaċċjaw? Liema barkiet esperjenzaw minħabba li żammew sod mal-qima vera?
Għanja 12 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 31 taʼ Lulju
15 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jagħtu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa tagħhom għal Lulju. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal Awissu. Ikkunsidra l-artiklu “Indiċi Ġdid taʼ l-Iskritturi bil-Malti!” Inkuraġġixxi lil kulħadd biex juża din l-għodda ġdida bis-sħiħ.
10 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: “Meta Nikkultivaw Drawwiet Tajbin Se Naħsdu Ħafna Barkiet.”c Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar l-isforzi li għamlu biex jistabbilixxu u jżommu rutina spiritwali tajba u dwar il-barkiet li ħasdu minħabba dan.
Għanja 130 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 7 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Irrivedi fil-qosor kif l-eżempji taʼ preżentazzjonijiet li jidhru fil-Ministeru tas-Saltna jistgħu jiġu adattati skond il-bżonn tat-territorju lokali. (Ara Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Jannar, 2005, pġ. 8.) Ħabbar l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa fil-festa pubblika nhar it-Tlieta, 15 t’Awissu.
15 min: Laqgħat li Jħajru għall-Imħabba u għall-Għemil Tajjeb. Taħdita bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Marzu, 2002, paġni 24-5. Inkludi intervista qasira li tenfasizza liema sforz jagħmel il-pubblikatur biex jattendi l-laqgħat regolarment u kif hu jew hi qed tibbenefika minn dan.
20 min: Inkunu Progressivi u Flessibbli fil-Ministeru Tagħna. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Diċembru, 2005, paġni 28-30. F’taħdita bbażata fuq paragrafi 6-11, enfasizza kif Pawlu kien attent, flessibbli, u prattiku fl-ippridkar u t-tagħlim. Imbagħad stieden lil dawk fl-udjenza jikkummentaw dwar il-mistoqsijiet għal paragrafi 12-14, waqt li japplikawhom għal-lokal. Inkludi turija li turi kif pubblikatur jistaʼ jadatta l-mod kif ikellem lin-nies fil-ministeru, waqt li jikkunsidra l-bżonnijiet, iċ-ċirkustanzi, u l-isfond kulturali tan-nies fit-territorju lokali.
Għanja 83 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.