Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-28 t’Awissu, 2006. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tat-3 taʼ Lulju sat-28 t’Awissu, 2006. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Spjega għala hu taʼ benefiċċju li nħallu biżżejjed ħin biex l-udjenza tilħaq issib l-iskritturi li nkunu se naqraw. [ht pġ. 27 pari. 5-6]
2. Il-mistoqsijiet b’liema mod jistgħu jgħinuna meta niġu biex ngħallmu? [ht pġ. 28 par. 10]
3. Kif tistaʼ tinduna jekk qanqaltx biżżejjed interess fil-vers li tkun se taqra? [ht pġ. 29, par. 19]
4. Għala għandna nidderieġu l-attenzjoni lejn ir-raġuni li għaliha se nużaw il-vers? [ht pġ. 29 par. 21]
5. X’jiġifieri “enfasizza l-kliem eżatt”? [ht pġ. 31 pari. 4-5]
INKARIGU NRU. 1
6. X’inhu li jagħmel lill-priedka taʼ Ġesù daqshekk taʼ valur? [gt kap. 35 par. 6]
7. X’jiddetermina jekk wieħed ikunx għaref jew iblah? (Prov. 14:2) [w04 11/15 pġ. 26 par. 5]
8. It-tagħlim għala hu ‘ħafif għal min jifhem’? (Prov. 14:6, NW) [w04 11/15 pġ. 28 pari. 4-5]
9. Xi tfisser il-kelma parusija? [bi7 pġ. 422 pari. 3, 5]
10. Kif għandha teffettwana l-meditazzjoni fuq l-għemejjel kreattivi taʼ Ġeħova? [w04 11/15 pġ. 8 par. 4]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Fl-antik, Ġeħova kif ‘ta ordni’ li wasslet biex armata kbira taʼ “nisa . . . jagħtu l-bxara [“t-tajba,” NW],” u dan kif japplika llum? (Salm 68:12 [Salm 68:11, NW])
12. X’kien li kważi wassal lil Asaf biex jieqaf jagħmel dak li hu tajjeb, u kif ġie aġġustat il-mod kif kien jaħsibha? (Salm 73:2, 3, 17)
13. Il-manna li ġiet provduta għall-Iżraelin għala kienet imsejħa “l-qamħ mis-sema” u “l-ħobż tal-qalbenin”? (Salm 78:24, 25)
14. X’inhu “l-post sigriet taʼ l-Iktar Għoli,” u kif nistgħu ‘ngħammru’ fih? (Salm 91:1, 2, NW)
15. B’liema mod nistgħu ngħidu li l-mewt taʼ l-uħud leali taʼ Ġeħova hi għażiża f’għajnejh? (Salm 116:15)